Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 Intervista 16 Ir-raġel li jrid iġib F i ftit żmien ieħor il-poplu tar-Renju Unit se jkun affaċċjat b'għażla kruċjali. Għażla li se tkun qed tagħmel differenza, mhux biss fuq livell makro imma wkoll deċiżjoni li se tkun qed tiddetermina l-futur tal-Unjoni Ewropea, bħala blokk ekonomiku, politiku u bħala għaqda ta' pajjiżi xprunata mill-ideal tal-paċi u tas- saħħa fl-għaqda. Għalkemm id-deċiżjoni ta' dan il- poplu, minkejja l-qrubija u l-istorja ta' pajjiżna, darba ikkolonizzat mir-Renju Unit, tista' tidher bħala xi ħaġa li mhux se taffetwana b'mod dirett, f 'pajjiżna diġà hawn min qiegħed jipprofessa illi dak li ġara fir-Renju Unit għandu jseħħ f 'Malta wkoll. Ivan Grech Mintoff, għalkemm imexxi partit li ftit għandu appoġġ popolari u li kellu suċċess pjuttost limitat fil-passat riċenti, huwa l-ewwel vuċi f 'Malta illi qed jitlob negozjar mill-ġdid tat-trattati u tal-pakkett li nnegozjat Malta qabel saret membru tal-UE fl- 2004, b'referendum wara. Bħal Grech Mintoff jista' jkun hemm ħafna oħrajn, mhux biss f 'pajjiżna iżda madwar l-Ewropa kollha, għalkemm il-qawwa u l-veloċità ta' kemm jista' jinbet dan l-argument u linja ta' ħsieb se tkun qed tiddependi ħafna fuq ir-riżultat tar- referendum fir-Renju Unit għaxart ijiem oħra. Ninnegozjaw mill-ġdid u jiddeċiedi l-poplu Viċin tal-argument ta' ħafna mill- Konservattivi Ingliżi, imma l-aktar tal-Prim Ministru David Cameron, Grech Mintoff isostni mal-ILLUM għal bosta drabi li hu ma jridx li Malta titlaq mill-UE, imma li jkun hemm negozjar mill-ġdid. "Aħna l-unika partit u l-unika grupp ta' nies f 'Malta li qed nistaqsu u li qed ngħidu illi t-trattat ta' Liżbona mhux aċċettabbli, għax dan neħħa d-dritt li aħna niddeċiedu liema liġi tgħodd u liema ma tgħoddx għal pajjiżna." Huwa kompla jispjega illi fost dawk li qegħdin fl-Alleanza Bidla hemm min irid jibqa' u min irid jitlaq mill-UE, "imma lkoll naqblu li hemm bżonn illi l-UE tal-lum tinbidel. Ejja mmorru ninnegozjaw pakkett ġdid għal Malta," jappella Grech Mintoff, "imbagħad ibbażat fuq trattat ġdid u fuq in-negozjati niddeċiedu rridux nibqgħu jew le. Wara 12-il sena, wasal iż-żmien li nerġgħi nikkunsidraw il-pożizzjoni tagħna fl-UE." Qed nikbru. Jikber il-federaliżmu u nikbru aħna. Grech Mintoff jgħid illi l-premessa tiegħu mhux bħal dik tal-eks-Prim Ministru Laburista Karmenu Mifsud Bonnici li jrid li Malta titlaq mill-UE, "jien ma rridx lil Malta titlaq mill-UE, irrid li nibqgħu jekk jaqblilna u mhux akkost ta' kollox." Mistoqsi minn l-ILLUM jekk hux qed isib xi forma ta' appoġġ minn partiti oħrajn dwar il-pożizzjoni tiegħu huwa qal illi kellu laqgħat ma' Marlene Farrugia dwar dan il- punt partikolari, għalkemm sostna illi l-premessa ta' Farrugia dejjem kien illi jiġri x'jiġri Malta tibqa' membru tal-UE. Infakkru allura illi fix-xenarju politiku lokali preżenti, fejn iż-żewġ partiti l-kbar u anke l-Alternattiva Demokratika jappoġġjaw bis-sħiħ sħubija fl-Unjoni Ewropea, dak li jixtieq hu li jseħħ, se jibqa' kliem fieragħ u fl-arja. Imma l-minoranza assoluta li fiha tinsab l-Alleanza Bidla mhux talli ddejqu talli jsostni illi huwa dan li jagħmel lilu differenti u rappreżentattiv ta' settur tal- poplu li baqa' jemmen li Malta ma nnegozjatx l-aħjar pakkett. "Aktar minn hekk, int qed tħares lejn il-kwistjoni, purament minn lenti lokali" sostna Grech Mintoff, "ir-riformisti u l-ewro-xettiċi qed jikbru u dan ir-referendum fir- Renju Unit fetaħ beraħ il-bibien ta' diskussjoni fost l-Ewropej, diskussjoni dwar il-bżonn ta' bidliet u dwar il-bżonn li l-Ewropa terġa' ssib il-fundamenti tagħha u li jkollha lin-nies fiċ-ċentru tagħha ." Jerġa' jdur fuq ix-xena lokali u jgħid illi "f 'Malta l-PN, il-PL u l-AD saru kollha federalisti, jiġifieri jaċċettaw dak kollu ddettat minn barra. Kuntrarjament għal dan, madwar l-Ewropa, qed jikber is- sentiment illi dan mhux aċċettabbli, speċjalment fl-oqsma tas-sigurtà u l-immigrazzjoni. U iktar kemm jikber il-federaliżmu, aktar qed nikbru aħna." Għandna bżonn sistema ta' 'green card' ... issib xogħol imbagħad tiġi Malta Grech Mintoff, li tul l-intervista juża ton t'allarm fil-konfront tal- lemin estrem f 'Malta u l-Ewropa, sostna illi pajjiżna jeħtieġ ikollu xi forma ta' poter fuq il-fruntieri tiegħu, fuq min jista' jidħol jew le, proposta li fil-fatt hija użata ħafna minn partiti tal-lemin estrem biex jagħlqu l-vit fuq l-immigrazzjoni. "Niltaqa' ma' nies ilhom ma jieħdu promozzjoni żmien fuq il-post tax-xogħol għax illum qed jitħaddmu nies minn barra l-pajjiż bħal Spanjoli u Franċiżi u anke nies mill-Ewropa tal-Lvant. Dawn jitħallsu biċ-ċiċri u allura kulħadd qed iħaddem lilhom." L-ILLUM pronta tfakkru illi filwaqt li qed jitkellem dwar problema li ħafna qed iħossu u jaraw b'għajnejhom kuljum, speċjalment fil-qasam tas-servizzi, hu ma jidher li qed jipproponi xejn ġdid. "Allura, x'se tipproponi għal din is-sitwazzjoni? Qed tipproponi li twaddab lil kulħadd 'il barra jew li tagħlaq l-aċċess tal-barranin għal Malta?" tistaqsi l-ILLUM. Mintoff jiċħad mill-ewwel li hu qed jieħu l-istess pożizzjoni ta' partiti fuq il-lemin estrem u jfakkar kif "fl-Istati Uniti, l-Awstralja u anke l-Kanada, ilkoll pajjiżi b'saħħithom ekonomikament u demokratiċi għandhom sistema ta' green card. Malta għandha tagħmel l-istess," kompla Grech Mintoff, "nimlew il-postijiet tax-xogħol li m'hemmx biżżejjed Maltin biex jimlewhom mhux inħallu lil kulħadd ġej u joqgħod hawn anke jekk bla xogħol, juża s-servizzi b'xejn biex imbagħad jispiċċa jaħdem biċ-cheap labour." Il-poplu Ingliż għandu jmur għall-'Brexit' Ma kinitx b'sorpriża allura illi Grech Mintoff stqarr illi hu jemmen li l-poplu Ingliż għandu jmur għall-Brexit. "Iva l-poplu Ingliż għandu jitlaq, wara kollox, minkejja t-theddid politiku sottili li qed isir fuq dan il-pajjiż, l-UE għandha bżonn lir-Renju Unit, jiġifieri dan il-pajjiż se jkun jista' jinnegozja minn barra." L-aħħar stħarriġ illi qed itella' s-sit The Economist, sit illi jiġbor il- medju tal-aktar stħarriġ prinċipali fuq din il-kwisjoni, juri kif minkejja li sa ftit ilu ħadd ma seta' basar li jista' qatt jiġri, illum il-Brexit huwa xenarju reali ħafna. Sa nofs din il-ġimgħa The Economist kien qed jindika vot li jxaqleb aktar lejn il-Brexit, anke jekk b'maġġoranza relattiva, kemm fin-naħa ta' fuq kif ukoll fin-nofsinhar tal-Ingilterra b'47% u 44% rispettivament. L-Iskoċċiżi jibqgħu fil-maġġoranza kbira tagħhom favur, hekk kif huma ż-żgħażagħ. Ġejna avviċinati minn Marlene... Fid-dawl tal-aħħar żviluppi politiċi, bit-tnedija tal-Partit Demokratiku (PD) Grech Mintoff jistqarr li hu kien avviċinat minn Marlene Farrugia u saru diskussjonijiet mal-Partit Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Nimlew il-postijiet tax-xogħol li m'hemmx biżżejjed Maltin biex jimlewhom mhux inħallu lil kulħadd ġej u joqgħod hawn anke jekk bla xogħol " " Jien ma rridx lil Malta toħroġ mill- UE, irrid li nibqgħu jekk jaqblilna u mhux akkost ta' kollox " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016