Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 | illum Sports 33 'Bħala Valletta aħna mhux biss tim tal-Futsal iżda familja waħda magħquda' - Xavier Saliba FIL-JIEM li għaddew, Valletta rebħu u ġabu fix-xejn lill-Ħamrun Spartans bl-iskor ta' 10-4, sabiex rebħu l-Kampjonat tal-Futsal għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. F'logħba li ntlagħbet bil-bibien magħluqa, Valletta rebħu t-tielet u l-aħħar finali deċisiva tal-Gatorade Elite Group. Ħamrun kienu rebħu l-ewwel finali bl-iskor ta' 13-12 wara l-għoti tal-penalties. Valletta min-naħa l-oħra kienu rebħu wkoll it-tieni finali bl-iskor ta' 7-6. Sa mill-bidu l-Beltin ħarġu aggressivi u wara biss tliet minuti marru fil- vantaġġ permezz ta' Dylan Musu. Minuta biss wara kien Cuadros Silva li bix- xutt tiegħu reġa' għeleb lill-goalkeeper Ħamruniż Brian Baldacchino. Dan ma kienx biżżejjed tant li Jovica Milijic għamilhom 3-0. Fil-11-il minuta Mohammed Elamari qabeż lil Baldacchino u minn pożizzjoni angolata għamilhom 4-0. F'inqas minn minuta, minn żball ta' Baldacchino, reġa' kien Elamari li skorja għall-Beltin. Kien propju hawnhekk li Ħamrun Spartans daħlu lil George Frendo bħala flying keeper. Iżda din il-mossa ma ħadmet tajjeb xejn għax Milijic skorja min- nofs il-grawnd f 'lasta vojta. Fis-sitt minuta, Milijic mess il-ballun b'idu fil- kaxxa u Rodrigo skorja minn penalty għall- Ispartans. Reġgħu kienu l-Ħamruniżi li minn korner mogħti minn Frendo, Andy Mangion tefa' l-ballun fix-xibka. Qabel tmiem l-ewwel taqsima Musù u Milijic skurjaw għall-Belt Valletta, meta raw il-lasta vojta. Fit-tielet minuta tat-tieni taqsima, Frendo skorja t-tielet gowl Ħamruniż. Waqt li Peter Pullicino kien qed jilgħab bħala flying keeper, Dejan Bizjak sab l-opportunità biex għamilhom 9-3. Immedjatament wara, Rodrigo ħasad għalkollox lill-goalkeeper Belti, Gaetano Mallia, u skorja r-raba' gowl Ħamruniż. Wara diversi ċansijiet mitlufa miż-żewġ naħat, tliet minuti mit-tmiem tal-logħba, Cuadros Silva skorja l-għaxar u l-aħħar gowl Belti. Wara tmiem il-logħba, bdew mill-ewwel iċ- ċelebrazzjonijiet Beltin, li laħqu l-qofol tagħhom meta l-president tal- FMA, il-Perit Mark Borg, ippreżenta t-tazza lit- tim ta' Valletta. Issa se jkunu l-istess Valletta li se jirrapreżentaw lil Malta fir-rawnd preliminari tal- UEFA Futsal Cup. Intant, biex ikollu stampa aħjar tal-istaġun kollu ta' Valletta li ntemm bl-aħjar mod possibbli bir-rebħ tal- Kampjonat, dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futsal lokali f 'dawn l-aħħar snin, il-captain ta' Valletta, Xavier Saliba, li dan kien it-tieni kampjonat tal- futsal li rebaħ fil-karriera tiegħu wara li kien diġà rebaħ il-kampjonat ma' Hibernians lura fl-2013. Huwa afferma li: "Eżatt kif spiċċa l-istaġun li għadda erġajna bdejna naħdmu għal dan l-istaġun biex insaħħu fuq li kellna u nwessgħu l-għan tagħna, fejn minflok naslu sal-play- offs, din id-darba jkun li nilagħbu fil-finali. Bdejna billi għamilna akkwisti importanti u l-ewwel impenn tagħna kien is-semi-finali tas-Super Cup kontra Ħamrun fejn ħriġna rebbieħa bl-iskor ta' 11-4 biex imbagħad lgħabna l-finali tas-Super Cup kontra Luxol fejn sal- aħħar 20 sekonda konna qed nirbħulhom 5-4 biex imbagħad tlifnieha fil-ħin barrani. Wara dan kollu l-ħidma kompliet bil- president tagħna Dassier Borg u l-kumitat tiegħu jirsistu għal aktar sponsors flimkien mal- kowċ Clayton Felice biex l-iskwadra tkompli taħdem sod għall-istaġun. Beda l-kampjonat u żammejna postna ma' ta' fuq biex imbagħad f 'Jannar li għadda għamilna miraklu fejn bil- baġit finanzjarju limitat li kellna u bl- għajnuna tal-plejers infushom ġibna kowċ li jġib l-isem ta' ħadd ħlief Dejan Bizjak, li huwa plejer internazzjonali Sloven ta' kwalità kbira fejn saħansitra ġie anke nominat fl-MFPA Awards bħala wieħed mill-aqwa tliet plejers tal-Futsal Malti. Minn hemm bdejna t-triq għas-suċċess b'ħafna xogħol anke mill-plejers u l-kowċ u ħarġet il-qalb u l-passjoni tagħna kemm fil-grawnd u anke barra minnu, għax aħna bħala Valletta mhux biss tim tal- Futsal iżda familja waħda magħquda! Wasalna biex fil-play- offs ġejna kontra Luxol - it-tim li kulħadd beda jara bħala l-favoriti għar- rebħ ta' dan il-kampjonat u bir-raġun meta tara li dawn ingħaqdu żewġ timijiet f 'wieħed u l-kwalità tal-plejers kienet kbira u l-baġit kien wieħed b'saħħtu wkoll iżda dan lilna ma qatgħalniex qalbna u komplejna naħdmu qatigħ u wara li tlifna l-ewwel leg 6-5 fl-aħħar sekondi, komplejna ningħaqdu biex fit-tieni leg indawru r-riżultat favurina u nilagħbu l-finali u fil-fatt hekk ġara għax it-tieni leg dawwarnieh b'rebħa ta' 4-1 u personalment b'doppjetta (il-1-0 u t-2- 0), li ħa nibqa' niftakarha għal għomri kollu! Waslet il-finali (l-aqwa minn tliet logħbiet) kontra l-Ħamrun - partita li kulħadd beda jistenna bil-ħerqa għax Valletta u Ħamrun huma rivali kbar, kif jaf kulħadd. L-ewwel logħba ġejna 6-6, imbagħad tlifnieha bil-penalties fejn personalment skurjajt u tkeċċejt (din kienet l-ewwel karta ħamra ta' ħajti), għax tlift rasi għal 10 sekondi u ta' dan tlift iż-żewġ finali l-oħra għax weħilt sospensjoni ta' erba' logħbiet. Waslet it-tieni logħba u hawn bdew ġejjin kontroversji kbar fejn jien tlabt permess biex ninżel nagħmilha bħala acting coach fl-assenza tal-kowċ tagħna. Lill-president tal- FMA, il-Perit Mark Borg, kienu tawh informazzjoni li iva dan kien possibbli għax kien diġà ġara każ simili wkoll. It-tieni logħba ntlagħbet u rbaħna 7-6 fejn inqalgħu anke xi inċidenti u ż-żewġ timijiet żbaljaw f 'dak li għandu x'jaqsam ma' mġiba. F'nofs il-ġimgħa ta' wara, ħareġ rapport ta' dixxiplina fejn jien kont ġejt sospiż għal erba' logħbiet oħra u ġewni tmienja b'kollox għax inżilt fuq il-bank meta jien kelli permess li dan stajt nagħmlu u fil-fatt appellajt din id- deċiżjoni! Ħarġu wkoll sospensjonijiet oħra fuq plejers u membri tal-kumitat tagħna fejn saħansitra spiċċajna disgħa min-nies tagħna sospiżi! It-tielet u l-aħħar finali deċisiva damet ftit biex intlagħbet minħabba l-inċidenti li nqalgħu u wara deċiżjoni tal-pulizija flimkien mal- FMA ġie deċiż li tintlagħab bla nies. Il-finali rbaħniha 10-4 fejn iddominajna mill- bidu sal- aħħar fejn sħabi l-plejers għamlu logħba kbira u ġabu fix-xejn il- qawwa ta' Ħamrun biex b' hekk sirna champions meritatament. Wara li ġejna preżentati bit-Tazza, ħriġna barra biha fejn kien hemm is-sapporters tagħna flimkien mal- president tagħna jistennewna, għax dan is- suċċess huwa tagħhom ukoll! Issa rridu nibdew naħsbu għall-UEFA Futsal Cup u wara niftħu l-istaġun lokali bis-Super Cup. Nixtieq nagħlaq billi niddedika dan is-suċċess lill-president Dassier Borg, lill-kumitat kollu u lil kull min għenna tax-xogħol kbir li għamel, fosthom Mike Grech, Stuart Diacono, Jesmond Musù, Karl Azzopardi, Joseph Borg, Eammon O'Neil, Owen O'Brien, Jonathan Ellul, Steve Bonello u Jesmond Sammut. Nirringrazzja wkoll lill-isponsors kollha u lill- Valletta Football Club b'mod speċjali lil Alexander Fenech, lill- kowċ Clayton Felice li żamm dejjem il-grupp kumpatt, lill-assistent tiegħu Mario Gaffiero tad-dedikazzjoni tiegħu, lil sħabi l-plejers kollha li għamilna staġun magħqudin, lis-sapporters tagħna, lill-familja tiegħi u lit- tfajla tiegħi tal- paċenzja li tieħu bija bit-taħriġ u l-impenji li jkolli. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas ngħid grazzi speċjali lill-għażiż ħija li m'għadux magħna u tlabtu kemm flaħt għal dan is- suċċess u tassew semagħni," temm jgħid Xavier Saliba. Il-captain ta' Valletta, Xavier Saliba, jippoża bil-medalja u t-Trofew tar- rebħ tal-Kampjonat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016