Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407
Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 | illum Sports 31 Clayton Camilleri isir Champion tal- ASMK fil-Motocross għall-10 darba NHAR is-Sibt 4 ta' Ġunju, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat b'suċċess l-ewwel attività bil-lejl fejn fiha ħadu sehem il-Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross. Matul din il-lejla l-ASMK organizzat il- 11-il programm mill- Kampjonati Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2015/2016 fejn ukoll ġie fi tmiemu l-Kampjonat Nazzjonali tal-Muturi Motocross. Intant, ħarsa ħafifa lejn il-ġurnata fejn 40 kompetitur irreġistraw għal din l-attività. Il-programm beda bil-Muturi Motocross tard wara nofsinhar fejn fi Klassi A rajna lil Mario Cauchi fuq mutur Honda jikkompeti f 'din il-klassi u ddomina fiż-żewġ heats tal-ġurnata u spiċċa rebaħ il-ġurnata. Cauchi kien dejjem segwit minn David Dimech fuq mutur Kawasaki. Ġie nnutat in- nuqqas tal-aħwa Camilleri milli jieħdu sehem f 'din l-aħħar kompetizzjoni. Minkejja dan Clayton Camilleri fuq KTM ġie ddikjarat champion fil- Kampjonat Nazzjonali Motocross 2015/2016 għall-għaxar darba. Clayton spiċċa segwit minn ħuh Kyle Camilleri fuq mutur KTM. Għall-istaġun li jmiss se nkunu qed naraw għall-ewwel darba lill-aħwa Camilleri jikkompetu bin- numru 1 għal Clayton u bin-numru 2 għal Kyle. Fi Klassi B rajna taqtigħa interessanti bejn Jethro Sant u s-sewwieq Għawdxi Robert Spiteri - it-tnejn fuq muturi Yamaha. Minkejja li matul iż-żewġ heats, Sant irnexxielu dejjem joħroġ quddiem Spiteri, dan tal- aħħar dejjem għamel minn kollox u spiċċa għalaq il-ġurnata quddiem Sant. Spiteri spiċċa rebaħ il- ġurnata segwit minn Sant u Paul Deguara fuq mutur Honda. Fir-raba' post daħal Peter Lee Sammut fuq mutur KTM. Fil-Klassi Open tal- Motocross Mario Cauchi fuq Honda irreġistra t-tielet rebħa f 'dan l-istaġun biex kompla jikkonferma d-doppjetta tiegħu f 'din il-klassifika wkoll. Cauchi kien segwit minn David Dimech fuq Kawasaki filwaqt li fit-tielet post spiċċa Robert Spiteri fuq Yamaha. Iktar tard bdew it-tiġrijiet bil-karozzi Autocross fejn fit-8pm bdiet l-ewwel tiġrija Autocross minn kategorija Modified. Hawn rajna lil Malcolm Borg u lil Gordon Johnson, it-tnejn fuq karozzi Opel Corsa jiddominaw il-heats tal- ġurnata li minkejja li ma rebħux il-heats kollha xorta waħda kellhom l-ogħla punteġġ biex assiguraw posthom fil-finali A fejn f 'din il-kategorija magħhom ikkwalifikaw Andrew Pisani u Josef Abela, it-tnejn fuq Opel Nova, Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Micallef u lil Johnson jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna, tant li sal- ewwel kantuniera Johnson rajnieh jieħu l-ewwel pożizzjoni segwit minn Micallef. L-attenzjoni marret fuq Grech li kien fit-tielet post segwit ferm viċin minn Abela u Pisani. Dawn tal-aħħar kienu qed jagħmlu pressjoni fuq Grech, iżda dan irnexxielu jiddefendi postu sal-aħħar. Il-finali spiċċat b'Johnson jirbaħ għat-tielet darba segwit minn Micallef u Grech. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Abela u Pisani. Għall-finali Autocross Modified Klassi B ikkwalifikaw Joseph Micallef u Jonathan Camilleri, it-tnejn fuq Opel Corsa, Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta, Matthew Borg fuq Fiat Ritmo, Josef Grech fuq Ford Fiesta u Keith Borg fuq Vauxhall Nova. Mat-tluq, rajna lil Borg jieħu l-ewwel pożizzjoni ftit qabel l-ewwel kantuniera segwit minn Grech u Camilleri b'dan tal-aħħar wara l-ewwel dawra beda jaqa' lura minħabba ħsara teknika bil-kumplament tal-kompetituri javvanzaw pożizzjoni. Il-finali spiċċat b'Borg rebbieħ segwit minn Grech u Micallef. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Scicluna u Borg rispettivament. Fil-Kategorija Autocross Standard rajna taqtigħa bejn 12-il kompetitur fejn jidher li iktar ma jgħaddi ż-żmien, din il-klassi iktar qed tkompli tikber. Ian Fenech fuq Citroen AX kien il-protagonist matul il-heats tal-ġurnata fejn irnexxielu jirbaħhom kollha biex issiġilla postu fil- finali għal din il-kategorija. Ma' Fenech ikkwalifikaw Melvin Buttigieg fuq Citroen AX, Johann Vella fuq Opel Nova, Traydon Bailey fuq Ford Ka u Karl Scicluna fuq Peugeot 106. Mat-tluq tal-finali rajna lil Scicluna u Bailey jieħdu l-ewwel pożizzjonijiet b'Scicluna fuq quddiem segwit minn Bailey u Vella. L-attenzjoni marret fuq l-aħħar żewġ pożizzjonijiet okkupati minn Buttigieg u Fenech fejn mill-ewwel bdew jagħmlu pressjoni fuq l-avversarji rispettivi tagħhom. Buttigieg wara l-ewwel dawra rnexxielu jissupera lil Vella b'dan tal-aħħar sab pressjoni minn Fenech sakemm dan tal-aħħar spiċċa jagħmel azzjoni anti-sportiva fuq Vella u r-referi tal-ġurnata ordna 'warning' lil Fenech, b'Vella jitlaq minn fuq il-post fejn ġara l-inċident, iżda ddeċieda li jirtira ftit iktar tard. Fenech kompla d-debutt tiegħu fejn sal- aħħar tal-finali rnexxielu jissupera wkoll lil Buttigieg u lil Bailey biex il-finali spiċċat b'Scicluna jirbaħ, segwit minn Fenech u Bailey. Fir-raba' post spiċċa Buttigieg segwit minn Vella fil-ħames post. Intant, l-Assoċjazzjoni bħalissa qed tipprepara għall-aħħar attività mill- Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2015/2016 li se jkun organizzat nhar is-Sibt li ġej. Għal darb'ohra l-attività se ssir tard wara nofsinhar u tibqa' sejra sa tard bil-lejl. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, jew il-paġni fuq is-sit soċjali Facebook bl-isem ASMK Malta jew inkella jibgħat email fuq l-indirizz elettroniku, info@ asmk.org.mt. Karl Micallef fuq Ford Fiesta segwit minn Matthew Borg fuq Fiat Ritmo u Jonathan Vella fuq Ford Fiesta Ritratt: Mario Micallef