Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407
ALESSANDRO Birindelli twieled fit-12 ta' Novembru tal-1974. Beda jilgħab il-logħba tal-futbol fl-età tenera ta' tmien snin fl-iskwadra ta' San Frediano, post żgħir ġewwa l-Provinċja ta' Pisa. Kien żagħżugħ li kien jipprattika l-Judo wkoll u qabel ingħaqad ma' Empoli, kellu jagħżel bejn il-judo u l-futbol u eventwalment, għażel il-logħba tal- ballun. Kiber u żviluppa kemm bħala żagħżugħ kif ukoll bħala plejer fl-akkademja ta' Empoli u ma tantx dam sabiex ipoġġi ismu fuq il-quċċata, għaliex mal-Empoli sab postu mil-lejl għan-nhar fl- ewwel skwadra, fejn minn plejer offensiv, irtira żewġ passi u sab ruħu fuq il-faxxa ta' wara. Fir- reġjun tat-Toskana, huwa lagħab ħames kampjonati, fejn rebaħ żewġ promozzjonijiet konsekuttivi bejn l-istaġuni 1995/96 u 1996/97, mis-Serie C1 għas-Serie A taħt it- tmexxija tal-kowċ bravu, Luciano Spalletti. Fis-sajf tal-1997, kien propju Spalletti li ssuġġerixxa lil Birindelli lil Marcello Lippi, b'dan tal-aħħar jakkwistah mat-tim ta' Juventus u għal Birindelli, din kienet bidu ta' ħolma għaliex irnexxielu jingħaqad mat-tim li kien jissapportja. L-ewwel staġun tiegħu kien ferm impressjonanti, fejn irnexxielu jisraq post fl-ewwel 11 u lagħab kważi 50 logħba sħaħ, fejn kien protagonist fir-rebħ tal-kampjonat u tas-Super Cup Taljana. F'dak l-istaġun, huwa anke rnexxielu jiskurja gowl fil- UEFA Champions League kontra l-Olandiżi ta' Feyenoord. Fit-tieni sena tiegħu li kienet ekwivalenti għall-ewwel sena ta' Carlo Ancelotti fit-tmun ta' Juventus, Birindelli lagħab kważi 40 logħba, iżda fl-istaġuni sussegwenti, huwa ma bediex isib post regolari. Minkejja dan, il-kowċis li ġew dejjem żammewh parti mit-tim għaliex għarfu japprezzaw il-kwantità li kien kapaċi joffri lit-tim ta' Juventus. Matul dawk is-snin, Birindelli xorta kellu mumenti ferm prestiġjużi, fejn fost l-oħrajn lagħab fil-finali tal-UEFA Champins League tal- istaġun 2002/2003. Barra minn hekk, matul dik l-avventura Ewropea, huwa kien anke skorja gowl stupend minn 30 metru bogħod, fil-grawnd ta' Deportivo La Coruna. Huwa kien anke protagonist permezz tal-assists, fejn fost l-oħrajn kien għamel l-assist gowl deċisiv ta' Marcelo Zalayeta kontra Barcelona fil-Camp Nou u anke fid-Delle Alpi, kontra Real Madrid għall-gowl ta' David Trezeguet, f 'waħda mill-iżjed logħbiet storiċi għall-ġganti minn Turin. Sfortunatament, matul l-avventura tiegħu f 'Turin, huwa kellu mumenti diffiċli ħafna fosthom meta kellu jitlef l-istaġun 2005/2006 minħabba injury gravi li kien sofra waqt partita ta' ħbiberija kontra Benfica. Dan ifisser li meta rritorna għad- dispożizzjoni, huwa sab ruħu fil- kampjonat kadett tas-Serie B wara l-iskandlu ta' Calciopoli. Matul dak l-istaġun, huwa kien inħatar fl-irwol ta' viċi-captain u kien anke beda jilgħab b'mod regolari, kompliċi anke l-injuries persistenti ta' Jonathan Zebina. Iżda kien evidenti l-fatt, li l-injury li sofra tefgħetu lura fl-aspett ta' veloċità, fejn mhux l-ewwel darba li kien ikun protagonist fin-negattiv fil-logħbiet tas-Serie B. Fl-istaġun ta' wara, Claudio Ranieri żammu fl-iskwadra iżda ma lagħabx iżjed minn 11-il partita bejn Serie A u Coppa Italia, sabiex fis-17 ta' Mejju tal-2008, huwa ġab fit-tmiem l-avventura tiegħu ma' Juventus wara 306 logħbiet u sitt gowls, fejn rebaħ erba' kampjonati, tliet Super Cups Taljani u Coppa Italia. Huwa normali, li meta tkun qiegħed turi kwalità u livell ta' logħob importanti, in-Nazzjonal juri interess fik. Fl-20 ta' Novembru tal-2002, Birindelli għamel id- debutt tiegħu man-Nazzjonal fil- partita ta' ħbiberija kontra t-Turkija. Madankollu, Birindelli qatt ma' qata' post regolari mal-Azzurri, kemm minħabba n-nuqqas ta' kwalità li forsi kellu u kemm għaliex fil- pożizzjoni tiegħu, pjuttost kien hemm plejers ta' kwalità ferm għolja wkoll. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bdejt nilgħab fit-triq ma' sħabi, bħal kull tifel ieħor. Imbagħad, mit-triq, bdejt nilgħab mat-tim tal-lokal tiegħi u minn hemm mort mal-Empoli. Int bdejt tipprattika l-isport permezz tal-judo. X'relazzjoni sibt bejn il- judo u l-futbol? Bejn il-judo u l-futbol hemm relazzjoni kbira. Issir taf ġismek, id- daqqa tiegħek u l-karattru tiegħek u kollox huwa importanti fil-futbol. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek ma' Empoli? Mort mal-Empoli fis-sena 1988, meta kont għadni żgħir ħafna. Huma kienu tim li kien fis-Serie A iżda dejjem telgħin u neżlin bejn Serie A, B u anke C. Bdejt nilgħab fit- timtal-kbartal-Empoli fis-Serie C, waqt li kont għadni anke mat-tim tal-Primavera. Bdejt ma' Francesco Guidolin u spiċċajt ma' Luciano Spalletti, li kienu żewġ kowċis ferm importanti fil-progress tiegħi bħala plejer. Kif għenek Guidolin? Jien mort ma' Empoli ta' età żgħira, u ntegrajt mal-ewwel fl-ideat moderni li kellu. Anke Spalletti għenni sew, għaliex kien hu li ssuġġerixxa ismi lit-tim minn Turin sabiex ningħaqad magħhom. Irrakkontalna l-esperjenza tiegħek f 'Turin ma' Juventus. Li nilgħab ma' Juventus kienet ħolma għaliex minn età żgħira kont inżomm ma' dan it-tim u rnexxieli nasal fil-livell li dejjem xtaqt. Barra minn hekk, lgħabt ħafna logħbiet illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 Cristian Antony Muscat Alessandro Birindelli - Plejer ta' kwantità li kien protagonista kemm ma' Juventus kif ukoll mat-tim nazzjonali Taljan. Fl-aħħar ġranet kien f'pajjiżna fuq żjara privata, fejn ġie biex jistudja l-Ingliż. Birindelli - Il-plejer ta' kwantità li Sports 34 "Bejn il-judo u l-futbol hemm relazzjoni kbira. Issir taf ġismek, id-daqqa tiegħek u l-karattru tiegħek u kollox huwa importanti fil-futbol"