Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407
Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 | illum li kien protagonista ma' Juventus Sports 35 fejn kelli mument importanti bħal dak il-gowl kontra Deportivo La Coruna, li ħafna Maltin baqgħu jiftakru wkoll. Lgħabt ukoll man-Nazzjonal Taljan. Il-kummenti tiegħek. Lgħabt sitt logħbiet, bejn Giovanni Trapattoni u Marcello Lippi u sfortunatament weġġajt fis-sajf tal-2005, b'hekk ma stajtx nagħti l-kontribut tiegħi fit-Tazza tad-Dinja tal-2006, li eventwalment irbaħna. Tħoss li t-tim nazzjonali Taljan huwa tassew kapaċi li jirbaħ l-Euro 2016 matul das-sajf? Assistejt għal partita kontra l-iSkozja ġewwa Malta u t-tim nazzjonali Taljan għoġobni kif lagħab. Il-problema pjuttost hija l-fatt li ma tantx niskurjaw gowls iżda minkejja dan, biex tirbaħ dan it-tip ta' tournament, trid anke l-fortuna u taħt it-tmexxija ta' kowċ bravu bħal Antonio Conte u ftit fortuna, l-Italja kapaċi tikteb storja importanti. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- Juventus Club Doc Vero Amore Malta mmexxi mill-president ferm ħabrieki, Joseph Fenech? Kienet relazzjoni li nibtet mal- ewwel. Il-membri tal-Juventus Club Doc Vero Amore Malta huma nies passjonanti sew fuq il-Juventus u barra minn hekk, jaħdmu ħafna sabiex il-Maltin ikunu iżjed viċin tad-dinja Juventina billi jġib f 'Malta plejers ta' ċertu kalibru fosthom David Trezeguet, Edgar Davids, Ciro Ferrara u anke lili. Barra minn hekk, anke Luciano Moggi jiġi ta' spiss Malta. Luciano Moggi huwa persunaġġ ta' personalità kbira u naf li anke ta' spiss jiġi Malta, għaliex isib ruħu komdu mal-Juventus Club Doc Vero Amore Malta. Huwa ambjent importanti għalina għaliex huwa mument fejn nirrilassaw u anke niddiskutu flimkien. Issa qiegħed ukoll involut fid-dinja tal-kowċing. L-ambizzjonijiet tiegħek? Qbadt din l-avventura ta' kowċing u nispera li nagħmel karriera fiha wkoll. Jien bniedem ambizzjuż u nimmira li xi darba nasal sabiex nikkowċja tim kbir, preferibbilment lill-Juventus. L-aqwa Juventus: tiegħek jew ta' issa? Huwa diffiċli tikkumpara għaliex huma żewġ perjodi differenti u t-tnejn li huma jinkludu potenzjal differenti. Il-messaġġ tiegħek lejn il-partitarji Juventini Maltin. Fl-aħħar jiem, jien kont Malta sabiex nistudja l-Ingliż u għażilt din il-gżira għaliex hija gżira stupenda b'nies verament tal-ġenn u juru sens ta' ospitalità kbira. Il-messaġġ huwa dak li jibqgħu jsegwu lit-tim ta' Juventus u għandhom l-opportunità li jagħmlu dan permezz tal-Juventus Club Doc Vero Amore Malta li jipprova dejjem iżomm viċin id-dinja Juventina mal- partitarji. Ritratt: Chris Mangion "Li nilgħab ma' Juventus kienet ħolma għaliex minn età żgħira kont inżomm ma' dan it- tim u rnexxieli nasal fil-livell li dejjem xtaqt" Twieled fit-12 ta' Novembru tal-1974, ġewwa Pisa, fl-Italja. Fil-karriera tiegħu lagħab ma' erba' timijiet biss. Fost dawn it-timijiet, lagħab ma' Juventus fejn kważi libes il-flokk Juventin għal 200 darba. Lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Taljan għal sitt darbiet. Wara li rtira mill-futbol, beda jikkowċja, bl- ewwel tim tiegħu jkun dak ta' Pisa. Attwalment, jifforma parti mill-istaff tal- akkademja ta' Trapani. Alessandro Birindelli