Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

minn John Busuttil FIL-FESTA ta' San Pawl fil-Munxar, l-Isqof Mario Grech tela' fuq il-pulptu tal-Knisja mneżża' minn kull ilbies taċ-ċerimonji u wassal messaġġ li ħalla ħafna fidili kemxejn inkwetati meta dan qal b'mod determinat li l-komunitajiet m'għandhomx iħallu xi gruppi jaħtfu l-festa taħt idejhom. Għamel ukoll theddida meta qal li jekk jibqa' jsir dan, hu bħala Isqof ma kienx lest li jattendi għall-ebda festa. Interessanti l-fatt li kontra dak li jsir f 'Malta, il-festi esterni f 'Għawdex isiru mill-Kappillan, jiġifieri mill-Knisja u mhux mis- soċjetajiet tal-banda jew tal-armar bħalma jsir f 'Malta u fiż-żewġ festi tar-Rabat Għawdex. Għalhekk, ir- responsabilitajiet finanzjarji u tal-organizazzjoni kollha tal- festa jaqgħu taħt il-Kappillani rispettivi tal-parroċċi. L-ILLUM għalhekk iddeċidiet li tagħmel kuntatt mal-Isqof t'Għawdex u tkun taf aktar fid-dettal għaliex hu ħass li jibgħat dan il-messaġġ iebes eżatt mal-ewwel festa Għawdxija, dik ta' San Pawl tal-Munxar. "Dak il-messaġġ għamiltu għaliex huma diversi kappillani li jiġu għandi bħalma l-ulied imorru għand il-missier li huma mtaqqlin mill-festa minħabba inkwiet li m'għandniex bżonnu. Wieħed minn dawn hu minħabba li hemm gruppi ta' żgħażagħ li qed jiktbu kant u marċijiet biex jinsulentaw komunità oħra. Il-komunità l-oħra ssir taf bihom u tagħmel l-istess u l-borma tibda tagħli. Mela l-festa qiegħda hemm biex nissuttaw lil xulxin u nifirdu l-kommunitajiet flimkien? Dawn huma l-ftit, iżda għandhom ħafna ħoss. "Il-festi huma xi ħaġa sabiħa ħafna b'aspetti pożittivi. U mhux ix-xewqa tagħna li dawn l-elementi pożittivi nwaqqfuhom jew infixkluhom," beda jgħid l-Isqof Grech. "Iżda essenzjalment, il-festi huma ċelebrazzjoni reliġjuża u allura dawk l-elementi li jistgħu jikkontradixxu l-aspett Kristjan fil-festi jinkwetana ħafna. Mhux lili biss bħala isqof, iżda wkoll lill-kappillani u lil-lajċi. Sakemm il-festi jibqgħu espressjoni tat- twemmin tagħna, aħna m'aħniex se nfarfru spallejna minnhom, anke jekk huma piż mhux żgħir." Hawnhekk l-Isqof Grech qalilna li hu jiltaqa' mal- Kappillani mill-inqas darba fix-xahar, "u f 'dawn l-aħħar snin qishom dejjem isemmuli din l-antifona, li l-festi tant saru toqol għall-komunità parrokkjali u qed joħdulhom ħafna mill-enerġija tagħhom. Għax il-missjoni tal- kappillan, mhux biss il-festa. U dawn jgħiduli li l-festi qed jixorbulhom ħafna mill-enerġija tagħhom u ftit jibqgħalhom biex jagħmlu dak li għandu jagħmel il-kappillan." L-Isqof Grech kompla jgħid ukoll x'inhu eżatt il-kompitu ta' kappillan fil-komunità. "L-irwol tal- kappillan hu li jipprietka l-vanġelu mhux minn fuq l-artal, iżda jorganizza laqgħat, isegwi l-individwi, iżur l-familji u jpoġġi jdejh regolarment fuq il-pjagi tal- komunità parrokkjali. Dan ma jfissirx li l-festa ma tidħolx fl-ekwazzjoni tal-pastorali tagħna, iżda qed inħallsu prezz għoli." Dun Mario kif iħobb li wieħed isejjaħlu meta jkun qed jitkellem miegħu, qalilna wkoll li l-festa mhix organizazzjoni żgħira u trid ħafna nies u ħafna xogħol biex tiġi organizzata festa. "Il- volontarjat sar jiswa mitqlu deheb u n-nies mhux qed jiżdiedu, iżda n-numru tagħhom qed jiċkien. Hemm ukoll il-piż finanzjarju għax festa tiswa eluf kbar. Aħna anke hawn qed nitolbu l-moderazzjoni, iżda hemm min qed jagħmel ċertu infieq li ma jkunx jiddependi mill-kappillan iżda xorta taħt il-kappa tal-festa. Ċertu eżaġerazzjonijiet u ħela, qed jeħlu biha l-kappillan jew il- knisja u l-verità hi li ma jkunx hekk. "Per eżempju fin-nar, hemm min qed jeżaġera ħafna u aħna ma naqblux miegħu u ma nixtiquhx. Il-kappillan għandu baġit limitat, iżda hemm min jiġbor il-flus minn grupp ta' nies u jagħmillek ħarqa żejda u jitfagħha man- nar tal-festa tal-kappillan u l-poplu jaħseb li l-flus kollha tan-nar ikunu ħarġu mill- Knisja u dik ma nistgħux nikkontrollawha." Tkellimna wkoll dwar l-armar li f 'Għawdex dejjem qed jiżdied, fejn kull raħal qed jikkompeti mal-ieħor, "l-armar fih innifsu hu xi ħaġa sabiħa u li tara tant żgħażagħ miġburin fl- imħażen tal-armar fejn mill-għada tal-festa jibdew jaħsbu għall-festa ta' wara fejn japplikaw it-talenti tagħhom biex iżejnu u kultant jagħmlu anke opri artistiċi hi xi ħaġa tajba. Iżda anke hawnhekk, ħabib tiegħi irid ikun hemm moderazzjoni." Dun Mario qalilna li dawn normalment mhumiex piż finanzjarju fuq il-knisja, "iżda xorta f 'isem il-festa. Minkejja kollox, il-festa tibqa' piż fuq dahar il-kappillan." L-Isqof t'Għawdex qal ukoll li l-festi għandhom aspett ekonomiku u kummerċjali fuq il-lokalità, "fejn jekk niddeċiedu li l-festa nnaqsuha għal tlett ijiem flok ħamsa, jew inkella ma nagħmluhiex, l-ewwel li joqomsu huma tan-negozju, għax tifhimha. Hu fatt rikonoxxut li hi l-qafas tal-ħajja soċjali tagħna fejn in-nies jiltaqgħu ma' xulxin fil-ġranet tal-festa. Anke l-aspett turistiku. Dan kollu jfisser li l-festa hi magna tajba għall-komunità. Iżda dan m'għandux jitgħabba bihom il-kappillan biss jew il-parroċċa biss, għax hemm ċerta spejjeż li jkollu jħallashom il-kappillan, bħad-dwal tat-toroq, il-meters tad-dawl, il-fire engine u l-pulizija. Mhux qed ngħid li mhux bżonnjużi, iżda fi tmiem il-festa, il-kontijiet jaslu kollha fuq il-mejda tal- kappillan u jrid ikun hu li jara kif se jibbilanċja l-kontijiet." L-Isqof Grech qal li l-festa qed tiswa eluf kbar lill-Knisja, għalhekk il-mistoqsija tagħna kienet jekk hu bħala Isqof u l-kappillani tiegħu jħossux li hemm nies fil-konfini tal-faqar li għandhom bżonn għajnuna finanzjarja u jekk il- faqar għandux ikun prijorità fuq l-infiq sfrenat fil-festi. "Kif diġà għidt, il-kappillan jrid ipoġġi jdejh fuq il-feriti tal-komunità, u l-faqar hu waħda minn dawn il-feriti. illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 Għawdex 12 'Inħossni mannekin, imlibbes ħafna imbarazz bħala parti mit- tiżjin tal-festa' - l-Isqof Grech • F'Għawdex il-festi esterni huma responsabbiltà tal-Kappillan 'Inħossni mannekin imlibbes ħafna imbarazz biex inkompli mat-tiżjin tal-festa'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016