Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Albanija .................... 0 Żvizzera .................... 1 LIŻVIZZERA kisbet rebħa minima ta' 1-0 fuq l-Albanija, fejn madankollu xejn ma mpressjonat, kuntrarju għall-Albaniżi li ħolqu diversi okkażjonijiet ta' skor iżda kienu sfortunati ferm li ma rnexxielhomx isibu x-xibka waqt li ħassew ferm il-fatt li lagħbu għal iktar minn taqsima sħiħa bi plejer inqas. L-Iżvizzeri skorjaw il- gowl tar-rebħa kmieni fil-logħba eżattament wara ħames minuti logħob permezz ta' daqqa ta' ras tajba ta' Fabian Schaer, bl- istess plejer jiġi ammonit disa' minuti biss wara li rnexxielu jsib ix-xibka. Fis-37 minuta, l-Albaniżi qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif tkeċċa għalihom il-captain Cana, wara li bi traskuraġni mess il-ballun b'idu f 'tarf il-kaxxa biex b'hekk ġie muri t-tieni karta safra, li kawża tagħha safa mkeċċi. Interessanti huwa l-fatt li dan il-plejer ġie muri żewġ karti sofor f 'temp ta' 13-il minuta biss, hekk kif ġie ammonit fit-23 u fis-36 minuta. Fis-87 minuta, is-sostitut Gashi għall-Albanija falla ċans tad-deheb li jġib l-iskor indaqs meta wiċċ imb'wiċċ mal-goalkeeper Żvizzeru Sommer, ra lill- istess goalkeeper idawwar il-ballun f 'korner b'mod spettakolari. Permezz ta' din ir-rebħa, l-Iżvizzeri għamlu pass tajjeb biex jgħaddu għar-rawnd li jmiss waqt li min-naħa l-oħra wara din it-telfa, it-triq bdiet tidher għat- telgħa għall-Albaniżi. Albanija - Berisha, Lenjani, Hysaj, Cana, Agolli, Sadiku (Gashi 82'), Kukeli, Xhaka (Kace 62'), Mavraj, Roshi (Cikalleshi 74'), Abrashi Żvizzera - Sommer, Lichsteiner, Seferovic, Xhaka, Behrami, Rodriguez, Dzemaili (Frei 76'), Mehmedi (Embolo 62'), Djourou, Schar, Shaqiri (Fernandes 88') Referi - Carlos Velasco Carballo (SPN) L-Iżvizzera tikseb rebħa minima fuq l-Albanija mingħajr ma timpressjona 27 FABIAN SCHAER Twieled fl-20 ta' Diċembru tal-1991 f 'Wil, l-Iżvizzera u għandu 24 sena. Skorja l-gowl tant importanti wara biss ħames minuti għall- Iżvizzera f 'dan il-konfront. Barra li jilgħab il-futbol, huwa bankier kwalifikat fl-Iżvizzera. Diżappunt għall-plejers tal-Albanija -ewwel partita tagħhom f 'kompetizzjoni maġġuri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016