Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407
illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 20 Opinjoni Deputat Mexxej Ġdid: Qiegħed nikteb dan l-artiklu l-Ġimgħa filgħodu hekk kif ftit tal-ħin ilu vvutajt fl-elezzjoni għall- kariga ta' Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. Inħares lejn dan l-artiklu bħala kontinwazzjoni għall-ewwel artiklu li ktibt dwar dan is-suġġett fi Frar li għadda fejn fih elenkajt il-missjoni l-ġdida ta' dan id-Deputat Mexxej f 'sitt punti. Fl-aħħar ġimgħat, kelli ċ-ċans niltaqa' mat- tliet kandidati, naqsam magħhom il-ħsibijiet tiegħi u nisma' mingħandhom x'lesti joffru u kif jixtiequ jservu lill-ikbar partit f 'Malta: il-Partit Laburista. Tali eżerċizzju sar fl-2008 fejn fih bħala delegati eleġġejna lill-Joseph Muscat flimkien mad-Deputati Mexxejja tiegħu. Ħafna staqsew x'sinnifikat għandha din l-elezzjoni u fejn se teħodna. Smajt ħafna, iżda ħadd daqs il-Prim Ministru Muscat ma fisser aħjar fejn irridu nkunu, kemm dalgħodu hekk kif issa nafu nafu min rebaħ din it-tiġrija, u iktar importanti sentejn oħra, lejliet elezzjoni ġenerali oħra: Il-Partit Laburista bħala l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin. Din l-elezzjoni hi biss ħolqa minn katina li għandha twassal lejn dan ir-riżultat b'dak kollu li ntqal u dak kollu li se jsir, idur ma' dan l-għan li għandna quddiemna. Kien pożittiv li bħala delegati ngħatajna din l-opportunità ta' għażla: tliet kandidati li huma xhieda tat- talent kbir li għandu dan il- Partit. Ilkoll differenti minn xulxin mhux biss fl-istil, iżda fit-twemmin u fil-kumpass politiku tagħhom. Għal din l-elezzjoni vvutaw id-delegati u mhux il-membri, u allura kien naturali mhux biss li lkoll inħarsu fuq ġewwa, iżda li l-kandidati jaħdmu biex jerbħu l-qlub u l-imħuħ tal-persuni li jservu b'mod dirett lill-Partit u l-istrutturi tiegħu. Din kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn smajna iktar dwar titjib fl-istrutturi milli dwar id- direzzjoni politika tal-pajjiż, iktar dwar kif id-delegati se jkunu aġevolati milli dwar il-kumpass morali tal-Partit. Smajna ħafna dwar il-ħin li l-kandidati se jagħtu lill-Partit. Ngħid li kont sorpriż kif ebda kandidat ma kkontesta bl-għajta li mhuwiex se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss biex ikun jista' jiffoka totalment fuq il-ħidma tal- Partit, xi ħaġa li kien għamel sieħbi Toni Abela fl-2008. Diżappuntat li ma kienx hemm wiċċ femminili f 'din it-tellieqa, għax nemmen li t-talent f 'dan il-partit huwa mifrux u fis-snin riċenti, in- nisa ħadu karigi importanti prattikament fl-istrutturi kollha. It-tliet kandidati fasslu l-manifesti tagħhom u llum għandna kandidat u manifest rebbieħ. Ilkoll qalu li jkun xi jkun ir-riżultat, se jappoġġjaw bis-sħiħ lill-kandidat li ġab l-ikbar ammont ta' voti u l-ħidma tagħhom mhi se taqta' xejn. Tajjeb, iżda l-parir tiegħi hu li l-kandidat rebbieħ iħares lejn it-tliet manifesti u jfassal dak li qed insejjaħlu bħala l-manifest rebbieħ, tant għax nemmen li hemm punti validi ħafna mifruxin fil-manifesti tal-kandidati kollha. U għaldaqstant, permezz ta' dan l-artiklu se nkun qed nanalizza x'forma għandu jieħu dan il-manifest rebbieħ. Kumpass Ideoloġiku Filwaqt li d-Deputat Mexxej irid jaċċerta li dan il-Moviment jibqa' ankrat fiċ-ċentru tal-kumpass ideoloġiku, bil-għan li jibqa' viċin u jibqa' jirrapreżenta l-aspirazzjonijiet u l-isfidi tal-maġġoranza tal-poplu, l-ikbar biċċa xogħol għalih se tkun li jżomm mal-valuri u l-prinċipji li dejjem sawru dan il-Moviment. Fuq dan, tkellmu t-tliet kandidati, anke jekk mhux fid-dettall daqs kemm xtaqt. Ilkoll saħqu li l-ġid li qed jinħoloq għandu jinfirex mas-saffi kollha. Owen iffoka ħafna fuq il-bżonn ta' studji, wieħed biex nesploraw kif il-ġid jista' jkompli jinfirex u ieħor li jiffoka fuq il- prekarjat. Stefan mexxa 'l quddiem il-ħsieb tiegħu ta' politika favur żieda gradwali fil-paga minima. Enfasizza wkoll oqsma li jkun tajjeb li l-Partit Laburista jitkellem iktar dwarhom: kwalità ta' ħajja aħjar, għax l-ambjent u l-ħin mal-familja huma importanti daqs ix-xogħol. Chris qal li se jaħdem biex il-Fondazzjoni IDEAT ikollha post minn fejn taħdem barra ċ-ĊNL. Inizjattivi tajbin, sinonimi ma' partit taċ-ċentru xellug, li għandhom isiru kollha. Fil-fatt nemmen li l-istudji li semmew Owen u Stefan għandhom isiru mill- Fondazzjoni IDEAT li ġiet imwaqqfa propju għal dan il-għan. Ma' dawn inżid is-suġġeriment li għamilt fi Frar, dak li jitwaqqaf grupp ta' nies li jagħtu definizzjoni ġdida tal-politika soċjal- demokratika għaż-żminijiet tal-lum. Magna elettorali professjonali L-akbar biċċa xogħol se tkun li nippreparaw il-Partit għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. It-tliet kandidati tkellmu fit-tul dwar kif se jkunu eqreb il-mijiet ta' volontarji li huma s-sinsla ta' kull kampanja elettorali, iżda ftit li xejn tkellmu dwar kif beħsiebhom jibnu l-magna elettorali għal sentejn oħra. Kien pożittiv li lkoll tkellmu dwar il-bżonn li jissaħħu l-mezzi tax-xandir tal-PL u nħares 'il quddiem biex l-inizjattiva li ħareġ biha Chris, jiġifieri li jkun hemm mobile app tal-PL fejn mhux biss l-attivisti jingħataw informazzjoni kuljum iżda l-Partit ikun pass eqreb lejn AARON FARRUGIA "L-akbar biċċa xogħol se tkun li nippreparaw il-Partit għall- elezzjoni ġenerali li jmiss" Il-Miġja tal-Karmelitani fil-Balluta Patri Hermann Duncan O.Carm NAFU mill-istorja li l-ewwel patrijiet Karmelitani li marru fil-Balluta nhar it-22 ta' Mejju 1890 kienu: Patri Anġlu Mallia li kien il-Pirjol, Patri Avertan Said u Patri Albert Grech. Magħhom kien hemm ukoll brother. Għall l-ewwel, dawn kienu joqogħdu f 'wieħed mill-mezzanini li kellhom il-Fratellanza tal-Karmnu fil-Balluta. Din il-fratellanza kienet imwaqqfa fis-Santwarju Bażilika tal-Karmnu l-Belt. Meta ġew, saritilhom merħba kbira li fiha ħadu sehem bosta patrijiet u nies distinti. Nafu li l-ewwel sar diskors ta' merħba lill-patrijiet mill-rettur tal- Fratellanza li kien l-Avukat Vincenżo Pons u wara, dan ta ċ-ċwievet tal-Knisja li kienet diġà tezisti lill-Vigarju Provinċjali patri Lwiġi Malfatti. Meta akkwistaw l-art, il-patrijiet mill-ewwel bdew jaħsbu biex jibnu kunvent ġdid fuq pjanta tal-Perit Galvani Trevisani. Ha ħsieb ix-xogħol il-ħabrieki patri Ġiljan Calleja. Biex sar dan il-kunvent daħlu għal din l-ispiża l-kunventi tal- Belt u tal-Mdina. Il-kunvent kien lest għall- kollox f 'Mejju tas-sena 1892 u ġie mbierek u miftuħ uffiċjalment mill-Pirjol Ġenerali tal-ordni patri Lwiġi Galli. Dan nistgħu narawh mill-irħama li hemm imwaħħla int u nieżel mill- kunvent għall-knisja. Din l-irħama bil-Latin saret meta patri Dijonisju Attard kien Pirjol. Mal-wasla tal-patrijiet Karmelitani fil-Balluta, il-post beda jiżviluppa aktar malajr. Fil-fatt fis-6 ta' Diċembru 1900 il-Pirjol kien sejjaħ laqgħa tal-komunita' magħmula minnu u żewg patrijiet oħra li kienu Patri Anastasju Cuschieri u Patri Ġużepp Dalli. Il-proposta li għamlu kienet li jkabbru l-knisja biex ilaħħqu mal-bżonnijiet spiritwali tan-nies. Huma talbu lill-kurja arċiveskovili biex jisselfu s-somma ta' £250 bl-imgħaxx ta' 3%. Billi l-£250 li sselfu mill-kurja ma servewx, il-patrijiet l-oħra mill-kunventi tal-Belt u tal-Mdina isselfu £100. Naraw li fis-sena 1906 il- patrijiet ħadu biċċa mil-ġnien tal-mezzanini biex ikkabbru s-sagristija. Il-knisja kienet magħmula mill-kor, żewġ navati, kursija u sagristija. Din il-knisja ġiet ikkonsagrata mill- Arċisqof Dom Mauro Caruana Knisja Parrokjali tal-Madonna tal-Karmnu Ballutaa