Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407
illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 24 Kummerċjali Iċ-Cisk Pilsner, il-birra oriġinata mill-Birrerija ta' Farsons lejn tmiem l-erbgħinijiet, reġgħet ġiet introdotta fis-suq. Din hi Pilsner mill-aqwa li tgħaqqad l-eċċellenza u l-passjoni tal-birrerija max- xgħir Pilsen tal-ifjen kwalità u l-hops Noble tal-varjetà Saaz. Din il-birra friskanti, b'palat partikolarment tajjeb, fiha 5.5% mill- kontenut tagħha alkoħol u toffri lil dawk li jħobbu l-birra prodott tajjeb, b'rawgħa rikka bajda, bi mrar delikat u b'aroma mill-aqwa li toriġina miż- żjut essenzjali rikki preżenti fin-Noble hops. Iċ-Cisk Pilsner perfetta għal ma' ikliet ħfief bl-għaġin u mar-risottos tal-ħut, il-frott tal-baħar, mas-salamun affumigat u ma' tjur imsajrin f 'ingredjenti ħelwin u pikkanti. Il-ġobon frisk bħall- ġbejniet, il-mozzarella friska u l-light cheddar ukoll jinżlu għasel maċ-Cisk Pilsner. Susan Weenink, Head of Marketing and Communications ta' Farsons, qalet li, "Is-settur tal-birra qed jerġa' jsir eċitanti, wara perjodu ta' tnaqqis fil-bejgħ f 'numru ta' swieq madwar id-dinja. Il-konsumaturi tal- birra qed jinteressaw aktar ruħhom fin-numru kbir ta' birer ġodda, l-aktar fil-'craft beers' jew fil-birer speċjali li qed ikunu mnedija. Iċ-Cisk Pilsner hi riżultat ta' ħafna snin ta' żvilupp u investiment u ninsabu sodisfatti ħafna li wasalna s'hawn." Eugenio Caruana, Head Brewer ta' Farsons qal li, "Ninsabu kburin ferm bl- eċċellenza u bil-kapaċitajiet tagħna fis-settur tal-birra. Kunfidenti li dawk li jħobbu l-birra se japprezzaw u jieħdu gost b'din il-birra speċjali. Iċ- Cisk Pilsner hi tassew Pilsner ta' kwalità eċċezzjonali." Karl Bondin, Beer Manager ta' Farsons żied jgħid li, "Iċ-Cisk Pilsner tinsab fi fliexken ta' 33ċl f 'numru ta' ristoranti, bars u ħwienet tax-xorb f 'Malta u Għawdex, kif ukoll fil-ħwienet ewlenin. Naturalment, iċ-Cisk Pilsner se tkun ukoll fil-Farsons Beer Festival li se jsir f 'Ta' Qali bejn it-22 u l-31 ta' Lulju 2016." Iċ-Cisk Pilsner hi prodotta, ippakkjata u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc. Cisk Pilsner: birra leġġendarja għal dawk li jridu biss l-aħjar Sitt rebbieħa ffurtunati fi triqithom għal- logħob tal-Euro 2016 grazzi għal Coca-Cola Is-sitt rebbieħa xxurtjati tal-Coca-Cola li se jkollhom l-opportunità li jmorru Franza għall-kampjonat daqstant mistenni tal-EUFA Euro 2016, fosthom il-kwarti tal-finali, tħabbru riċentement fil- kwartieri ta' The General Soft Drinks Co. Ltd, il-Marsa. Il-General Manager Brian Galea ppreżenta lir-rebbieħa b'żewġ biljetti u flus għall-ispejjeż kull wieħed. L-inizjattiva kienet parti minn kampanja tal-Coca-Cola, li huma sponsors tal-EUFA Euro 2016. F'Malta, din l-opportunità kienet immexxija minn The General Soft Drinks Co. Ltd, li jibbottiljaw ix-xarba l-iktar popolari fid-dinja, permezz tal- GSD Marketing Ltd, distributuri tax-xarbiet ta' The Coca-Cola Company. Ir-rebbieħa huma Clayton Bezzina, Alison Vassallo, Luigi Sammut, Patrizia Baldacchino, Myron Saliba u Josue Abraham Cini. "Il-Coca-Cola tmur lura sew fl- istorja fl-appoġġ tagħha tal-ikbar kampjonati tal-futbol fid-dinja u l-Euro 2016 dan is-sajf fi Franza mhi l-ebda eċċezzjoni," qal Galea. Ir-rebbieħa kienu kollha eċitati li rċevew il-biljetti għal-logħob u qalu li din kienet esperjenza unika f'ħajjithom li qatt ma ħasbu li se tiġri lilhom u li mhux se jinsew grazzi għall-preferenza tagħhom għat-togħma tal-Coca- Cola. L-iktar rebbieħ żagħżugħ kien Myron Saliba, 13, minn Ħal- Tarxien, li jżomm mal-Ġermanja u li se jmur Franza ma' missieru Joseph biex jaraw logħba tal- kwart-finali. Myron qal li dan kien l-akbar rikonoxximent li qatt seta' jirċievi mingħand il- Coca-Cola peress li hu jġemma' kollezzjoni tal-oġġetti kollha bir- reklami tax-xarba favorita tiegħu. Rebbieħ ieħor huwa Luigi Sammut, 17, mill-Iklin, li flimkien ma' missieru Norman huma xxurtjati biżżejjed li se jaraw it-tim favorit tagħhom, l-Italja, jilgħab kontra l-Belġju u li skont huma "din hija l-aqwa logħba fil-kategorija". Il-biljetti għall-kampjonat kienu l-ewwel fażi tal- promozzjoni tal-Coca-Cola fil- perjodu ta' stennija għal-logħob tal-Euro 2016. Madankollu, sakemm jibqa' għaddej il-logħob sal-11 ta' Lulju, il-konsumaturi jistgħu jkomplu jġemmgħu l-biljetti li jissarfu f'aktar minn 6,000 rigal tal-Coca-Cola, li jinkludu blalen tal-futbol, basktijiet tal-isport, brieret u xalel. Il-promozzjoni bħalissa għaddejja fuq il-pakketti kollha tal-Coca-Cola, Coca-Cola Zero u Diet Coke. Il-parteċipanti jġemmgħu l-punti meta jixtru fliexken tal-PET tal-prodotti tal-Coca-Cola li jkollhom kodiċi fuq il-fliexkun taħt it-tikketta. L-individwu jista' mbagħad idaħħal il-kodiċi fuq http:// points.mycoke.com.mt u l-kont jiġi kkreditat bil-punti. Għal-aktar tagħrif u aġġornamenti fuq kif jinġabru r-rigali tal-Coca-Cola, żur is-sit mycoke jew il-paġna Facebook My Coke Malta. Il-General Manager tal-GSD Brian Galea ma' wħud mir-rebbieħa L-Akbar cruiseliner tal-MSC se jġib 150,000 passiġġier lejn Malta fl-2017 MSC Cruises ħabbru li l-akbar u l-aktar cruise liner lussuż tagħhom se jġib f'Malta aktar minn 150,000 passiġġier fuq medda ta' 27 ġimgħa bejn Ġunju u Novembru 2017. MSC Meraviglia għandu 167,000 tunnellata u jġorr 5,700 passiġġier, se jkun varat fl-4 ta' Ġunju u jibda jsalpa mal-Mediterran minn Malta. MSC Meraviglia se jagħti l-opportunità lil 170 passiġġier minn Malta u Għawdex biex kull ġimgħa jsalpaw madwar il-Mediterran fuq dan l-akbar cruise liner Ewropew li se jkun daħal fil- Port il-Kbir. MSC Meraviglia se jsalpa minn Malta kull nhar ta' Erbgħa mill-14 ta' Ġunju kull ġimgħa sal-15 ta' Novembru 2017. MSC Meraviglia se jkun l-ewwel cruise liner tal-MSC li jtajjar il-bandiera Maltija. MSC Cruises iddeċidew li jibdew jirreġistraw f'Malta il-cruise liners ġodda tagħhom. MSC Meraviglia se jkun l-ewwel minn ħames super cruiseliners ġodda li se tvara l-kumpanija sas-sena 2020. MSC Meraviglia bħalissa qiegħed jinbena fit-tarzna Chantiers de l'Atlantique f'St Nazaire, Franza. MSC Meraviglia għandu viżjoni futuristika b'disinji kontemporanji ġodda. Huwa cruise liner għall-istaġuni kollha b'disinn straordinarju b'teknoloġija innovattiva u spettakolari. MSC Meraviglia huwa taħlita ta' teknoloġija state of the art, imħabba lejn il-baħar, kumdità u prattiċità. Iż-żoni ta' divertiment ġew multiplikati, hekk kif hemm fun park u water park, b'żoni panoramiċi. MSC Cruises ġew ivvutati bħala l-kumpanija tal-cruise liners dominanti fl-Ewropa, bl-akbar market share tal-passiġġieri fl-Ewropa b'9.9% tal-industrija tal-cruise liners. MSC għadha kemm rebħet ukoll il-premju tal- aqwa kumpanija ta' cruise liners fit-'Travel Media Award' f'Dublin. Hamilton Travel, l-aġenti esklussivi ta' MSC Cruises f'Malta, qalu li dalwaqt se jkunu qed joħorġu l-prezzijiet għall-kabini. Wieħed jista' jċempel 21241292 jew jibgħatu email fuq info@ hamiltontravel.com.mt għal aktar informazzjoni. MSC Meraviglia se jsebbaħ il-Port il-Kbir ta' Malta bejn Ġunju u Novembru 2017