Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407
Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 | illum imneħħi minn chairman tal- Bord tal-Adozzjonijiet. ...imma jgħid li xellugi Minkejja li Grech Mintoff kapaċi jkun vuċi għal bosta nies li jħossu li l-ideat tagħhom sfaw orfni, fil-fatt mhux. Għax għalkemm qed joffri alternattiva aktar konservattiva mill-PN, Grech Mintoff joffri dilemma serja lil dawk in- Nazzjonalisti li jistgħu jersqu lejn l-Alleanza Bidla. Grech Mintoff kien Laburist u kien jallinea ruħu ma' dan il-partit għal żmien twil. Minbarra li ġej mill-familja ta' l-eksmexxej Laburista Dom Mintoff huwa kien kontra s-sħubija ta' Malta fl-UE, l-istess bħalma kien il-Partit Laburista dak iż-żmien, u llum qed jitlob biex Malta tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha fl-UE, wara li terġa' tinnegozja l-pakkett li Gvern Nazzjonalista nnegozja qabel l-2003. Dan ifisser li Grech Mintoff jappella għal dak il-vakum li qed iħares lil hinn mill-PN fejn jirrigwarda ideat relatati ma' kwistjonijiet morali, però mbagħad ibeżżagħhom meta jirrapreżenta kważi l-antiteżi tat-twemmin tal-PN fir-rigward ta' relazzjonijiet mal-UE u jallinea ruħu fl- idea, aktar ma' xi ħadd bħal Karmenu Mifsud Bonnici (l-eks-PM u Mexxej Laburista). L-unika tama ta' Grech Mintoff huwa li jattira l-voti min-naħa l-oħra tal-ispettru politiku, jiġifieri mix-xellug, mill-Partit Laburista, fejn diġà għandu kompetizzjoni qawwija ħafna. Il-Partit tal-Ħaddemin...? Il-Partit Laburista bħalissa għaddej minn xi ftit jew wisq ta' kriżi ideoloġika, sforz il-fatt li mill-aħħar li kien fil-Gvern għaddew ħafna snin. Il-Partit Laburista llum qed jiggverna f 'ambitu ekonomiku u soċjali kompletament differenti minn dak tas-sebgħinijiet jew tat-tmeninijiet, u l-partit tal-ħaddiem ta' dakinhar inbidel f 'dak li Muscat sejjaħlu l-moviment tax-xogħol, fil-ftuħ tal-Konferenza straordinarja tal-PL nhar il- Ħamis li għadda. Bħal kull partit ieħor fil- Gvern, il-PL qed jaffaċċja emorraġija partikolari, speċjalment fost numru ta' votanti li dejjem taw l-appoġġ lilu. Ħafna nies huma diżappuntati li fil-Partit Laburista mhux qed isibu l-wens li dejjem ħasbu li se jsibu fi Gvern Laburista. Wieħed jista' jikkonkludi li l-aktar elementi xellugin tal- partit, illum ma tantx jinsabu kuntenti bl-idjoma politika użata f 'dawn l-aħħar snin, fejn setgħet ingħatat l-impressjoni li l-PL qed jinjora l-għeruq soċjalisti tiegħu, għal bixra u politika li hija ħafna iktar leminija u xi minn daqqiet kapitalista, mibnija kważi b'esklussività fuq il-flus. Dan mhu qed jinżel tajjeb xejn ma' settur ta' Laburisti, speċjalment dawk li dejjem raw rwol aktar ċentrali għall-Gvern fit-tqassim tal-ġid lejn is-saffi medji-baxxi tas-soċjetà. Oranġjo jew aħmar ċar? Il-Partit Demokratiku ta' Farrugia għadu fl-infanzja u għalhekk ftit jista' jingħad dwar dak li jemmen, dwar l-ideoloġija tiegħu u dwar kif se jħaddem l-istess ideal. Farrugia iżda qalet li l-partit se jkun ċentru-xellugi, u għalhekk jista' jkun li l-eżistenza tiegħu se tkun tiddependi ħafna mill- appoġġ li jista' jingħata minn Laburisti u xellugin li bħan- Nazzjonalisti konservattivi, illum iħossuhom politikament orfni. Mill-ewwel reazzjoni iżda jidher li minkejja dan il- vakum fuq ix-xellug, huwa ċ-ċentru lemin jew il-PN li jista' jitlef l-aktar minn dan il-partit. Dan jixhdu l-ewwel stħarriġ tal-MaltaToday li fih dehret Marlene Farrugia u anke l-mod kif Simon Busuttil mar fuq offensiva partikolari li prattikament diġà intużat qabel. L-offensiva hija mibnija fuq l-argument tal-'vot moħli' jekk jingħata lill-partiti ż-żgħar: argument li l-PN uża fil-konfront tal-Alternattiva Demokratika bosta drabi. Dan jista jfisser li minkejja l-appell lejn ix-xellug li jista' jkollha Farrugia, l-attenzjoni kollha li ngħatat fuq il-midja tal-PN u għalhekk mill- ispettru taċ-ċentru lemini, darrset ħafna Laburisti u xellugin li jippreferu jibqgħu orfni milli jintrabtu ma' karru xi ftit jew wisq splussiv u imprevedibbli. Naturalment iżda l-PD għadu ġdid fjamant fix-xena u wieħed għad irid jara jekk l-oranġjo hux se jġib appoġġ mix-xellug stess fejn jinsab, jew inkella jkollu jikkuntenta bil-voti mil-lemin fejn għandu kompetizzjoni ħarxa. L-aħdar u l-blu, minflok l-aħdar u l-aħmar Fattur interessanti ieħor fl-ispettru politiku Malti huwa dak tal-Alternattiva Demokratika. Jista' jkun li r-raġuni għall-fatt li dan il-partit, li għalkemm dejjem kellu ideat u politiki ċari u konsistenti, ma tantx għamel suċċess fl-aħħar 27 sena, għajr għal darba fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, huwa għaliex qatt ma kellu appoġġ solidu u konsiderevoli biżżejjed mix-xellug. Għalkemm l-AD għandha politika li twieżen lill-batut u lill-fqir, politika ta' ġustizzja soċjali u politiki msejsin fuq il-bżulija u sistema ta' welfare sostenibbli, l-istorja politika Maltija riedet li dan il-partit, fl-aktar mument kruċjali ta' dan il-pajjiż fl-aħħar 16-il sena kienet allineata maċ-ċentru lemin, fuq il-kwistjoni tal-UE. Il-fatt li l-AD ġustament, ħadmet favur is-sħubija ta' Malta fl-UE meta l-PL kien b'ruħu u ġismu kontra, fisser li tilef l-appoġġ ta' dawk li fuq kwistjonijiet fundamentali wkoll, kienu jaħsbuha bħalha. Għal snin allura l-AD iddependiet fuq l-appoġġ tan-Nazzjonalisti. B'xofa għaliha, meta wasal il-mument tal-elezzjoni tal-2003, il-PN rema' l-appoġġ tal-AD fil-ġenb u reġa' uża l-argument tal-vot moħli. B'hekk il-Laburisti xellugin kontra sħubija tal-UE tbiegħdu mill-AD, filwaqt li votanti tal- PN, issa bdew jaraw theddida fl-istess partit. Dan ħalla lil dan il-partit fil-grupp tal-Ħodor Ewropej b'nukleu żgħir ta' nies, li għalkemm sodi u leali lejn il-prinċipji, huma żgħar fin- numru. Jista' jkun li dawk ix-xellugin li baqgħu lura milli jagħtu l-appoġġ lill-AD, issa jduru għall-oranġjo ta' Marlene. Min jaf? Issa naraw... (Il-ġimgħa d-dieħla l-ILLUM tħares lejn l-estremi. Ix-xellug u l-lemin estrem f 'pajjiżna) alleanza bidla Għaqda patrijotti Imperium europa I l - l e m i n Ir-realtajiet ideoloġiċi tat-tmien partiti Maltin