Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 | illum Aħbarijiet 3 47% ma jaqblux ma' żvilupp ta' bini għoli u 26% tal-qarrejja tal-illum.com.mt jaqblu, basta dan isir f'żoni speċifiċi biss minn Albert Gauci Cunningham ID-DISKUSSJONI dwar l-iżvilupp ta' bini għoli reġgħet qamet fil-pajjiż, hekk kif kienu żvelati pjani differenti għaż-żona tal- Bajja ta' San Ġorġ f 'San Ġiljan, li se twassal għall- iżvilupp ta' mill-anqas żewġ torrijiet fiż-żona. L-iżvilupp se jinkludi mega-proġett fuq is-sit fejn illum hemm il-bini tal-ITS li se jinbidel f 'lukanda ta' sitt stilel, l-ewwel tat-tip tagħha f 'pajjiżna, u proġett kbir ieħor li jinkludi appartamenti, lukanda ta' lussu u torri mal-ġenb fuq l-art li llum tkopri ż-żona ta' Villa Rosa. Minkejja li l-pjani kollha jduru madwar lokalità u żona partikolari, l-illum. com.mt staqsiet lill-qarrejja tagħha jekk jaqblux ma' żvilupp ta' bini li jitla' 'l fuq, jew dawk li huma magħrufin bl-Ingliż bħala skyscrapers. Ftit iktar minn nofs ta' dawk li pparteċipaw, jew 50.4% qalu li jablu ma' dan it-tip ta' żvilupp, filwaqt li minoranza qawwija ħafna ta' 47% qalu li ma jaqblux. Minkejja li r-riżultat tal- istħarriġ kien wieħed qrib ħafna, l-aktar risposta popolari għall-mistoqsija kienet fin-negattiv. Fil-fatt 42% ta' dawk kollha li pparteċipaw f 'dan l-istħarriġ ma jaqblux ma' dan it-tip ta' żvilupp minħabba li 'dan il-bini mhux postu f 'pajjiżna'. Dan, probabbilment jirrifletti l-fatt li ħafna nies dejjem attribwew dan it-tip ta' żvilupp ma' bliet kbar barra minn Malta u mhux ma' pajjiżna, fejn meta mqabbel, il-massimu ta' kemm jista' jogħla l-bini huwa wieħed pjuttost baxx. Ftit iktar minn qarrej minn kull erba' tal-illum.com. mt jaqblu ma' dan it-tip ta' żvilupp, taħt kundizzjoni partikolari, jiġifieri li dan isir f 'żoni partikolari biss. Il-pjani ta' proġetti żvelati huma kollha proposti fiż-żona ta' Paceville u l-madwar, wara li l-Gvern preżenti kien għamel tibdiliet fil-politika li kienet tirregola l-għoli tal-bini. Fil-fatt, dawn il-proposti mill-privat jistgħu jsiru possibbli wara reviżjoni fil-politika tal-ippjanar li identifikat lil Paceville bħala żona fejn jista' jsir bini għoli. F'intervista li dehret il-ġimgħa l-oħra fuq il-gazzetta MaltaToday il- Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) Johann Buttigieg spjega kif il-PA qabbdet konsulenti barranin bil-għan li jkun studjat l-impatt ta' bini għoli fiż-żona ta' Paceville u l-madwar Jibqa' argument popolari, għalkemm ikkontestat minn bosta attivisti ambjentalisti, li 'aħjar nibnu 'l fuq milli nkomplu nieklu minn art verġni', fil-fatt kienu b'kollox 24.3% ta' dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ li jifmuha b'dan il-mod. Kienu biss 4.7% li qalu li huma kontra bini għoli bħal dak propost fiż-żona tal-Bajja ta' San Ġorġ minħabba l-pressjoni li dan jista' jitfa' fuq l-infrasstruttura tal- lokalità. F'artiklu li deher fuq din il-gazzetta nhar id-29 ta' Mejju li għadda, kemm il- Koordinatriċi ta' Flimkien għall-Ambjent (FAA) Astrid Vella, il-President tal-Assoċjazzjoni tal- Iżviluppaturi Maltin Sandro Chetcuti u anke s-Sindku ta' Tas-Sliema Anthony Chricop qablu li jeħtieġ li ma' dan it-tip ta' żvilupp isir pjanar serju. Chetcuti sostna li filwaqt li bħalissa fil-qasam tal-kostruzzjoni "kulħadd fgat bix-xogħol," kompla jsostni li mingħajr pjanar serju pajjiżna jista jiffaċċja "babilonja sħiħa." Rabtu u ħallieh imut KELB tar-razza bulldog tħalla marbut ma' bieb fil-Ħamrun, sa ma miet. Id-Dipartiment għall- Ħarsien tal-Annimali, fi stqarrija qal kif nhar il-Ġimgħa waranofsinhar, irċieva rapport li kelb kien jinsab f 'diffikultà wara li kien tħalla marbut waħdu ma' bieb residenzjali fil-Ħamrun, qrib il-Knisja Parrokjali. Il-kelb kien jinsab f 'kundizzjoni ħażina ħafna, u mal-wasla tal- uffiċjali tal-Animal Welfare, seta' jiġi nnutat li bil-kemm seta' jieħu nifs. Għaldaqstant, issejħet l-ambulanza tal-annimali sabiex tieħu lill-kelb bulldog għand il-veterinarju għall-kura, iżda l-kelb kien dgħajjef wisq, u miet ftit minuti wara, waqt li kien qiegħed fl-ambulanza tal-annimali. Fi stqarrija, id- Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali qal li se jkun qed jieħu passi legali fil- konfront ta' sid il-kelb fil- jiem li ġejjin, hekk kif ikun konkluż ir-rapport tal- awtopsja mill-veterinarju. Qal ukoll li, "l-Gvern se jibqa' jaddotta politika ta' tolleranza żero fil- konfront ta' moħqrija fuq l-annimali kif ilu jagħmel fl-aħħar tliet snin." Ritratt - Animal Welfare

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016