Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

N aħseb li l-aħjar post f 'qalbna, għax il-biċċa l-kbira tal-Maltin jiġu jaqgħu u jqumu minn ġrajjithom u x'għamlu missirijiethom minkejja li ħafna jiċħduha. L-istorja ta' pajjiżhom donnha saret tibda biss, minn meta l-partiti bdew jitqatlu bejniethom għall-poter. Wisq nibża' li se tispiċċa tittieħed xi deċiżjoni popolari li tikxef għal darb'oħra l-immaturità li biha nirraġunaw aħna l-Maltin. B'nofs diskors, b'passjoni patrijottika falza, b'għamad politiku partiġġan, b'injoranza fejn tidħol l-arti, gosti u storja, u bħas-soltu dawk li għandhom dmir li jsemmgħu leħinhom għax intiżi sew fis-suġġett, jibqgħu lura għax li tagħti opinjoni li ma tinżilx tajjeb mal- maġġoranza li dmirhom hu li jmexxu, ma jaqbilx u jagħżlu minflok li joqogħdu jgergru bejniethom. Jiena lil Anton Agius niftakru sew u m'hemmx dubju li kien fost dawk l-iskulturi Maltin li ħalla isem warajh u bix-xieraq. Dan l-aħħar, waqt il- programm Madwarna, iltqajt ma' kurċifiss sabiħ ħafna tiegħu fil-kunvent ta' Ġieżu l-Belt. Imma naħseb li l-aqwa xogħol tiegħu u li tah l-isem mistħoqq fost dawk li jħobbu l-arti kien dak fl-injam. Biss, ma niddejjaq xejn nistqarr, li ħafna xogħol ieħor tiegħu naħseb li ma jagħmillu xejn ġieħ, fosthom il-monument tal-GWU tal- Imsida, li kien ikun aħjar li waqaf sal-pedestall, li fil-fatt jogħġobni ħafna u jidher li hemm l-artist kien qiegħed jiġi mmexxi mill-muża u mingħajr suġġerimenti. Jisgħobija jkolli ngħidha, imma ħafna mill-monumenti 'patrijottiċi' tiegħu ma jogħġbuni xejn. Insemmi biss dak ta' Dun Mikiel Xerri u dan tas-Sette Giugno jew is-sebgħa ta' Ġunju 1919, li huma fost dawk li lanqas jgħamlulu ġieħ, l-aktar meta tqabbilhom mal-bqija tax-xogħlijiet ta' dan l-artist, l-aktar dawk b'tema reliġjuża, fejn kien fl-aqwa tiegħu u li dnub li l-knisja m'għarfitx tatih aktar spazju. Karikatura grotteska ta' patrijottiżmu falz, li ma tagħmel xejn ġieħ, la lil dawk li mietu, la lilna u lanqas lill- artist. Ikolli nammetti li kont tassew ħadt gost meta tneħħa minn Pjazza San Ġorġ, għax biex tgħaxxaqha kien imdawwar b'xogħol artistiku u arkitettoniku mill-aqwa, li kompla ħareġ in-nuqqasijiet artistiċi tiegħu. Mafkar li aktar tista' ssejjaħlu eku tal-monumenti tat-tliet reġimi totalitarji li ħakmu lill-Ewropa fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin. L-aktar li jqarreb skonti, lejn dawk Sovjetiċi li jagħtu ġieħ trijonfalistiku u propogandistiku lis-suġġett, imma mingħajr il-qima u l-onestà li fil-fatt jistħoqqlu. Dawk li mietu dakinhar kienu nies komuni u wlied il-ħaddiema, u mhux is- super heroes kollha muskoli mdawrin mal-bandiera Maltija bil-labarda ta' din l-istatwa. Nemmen bis- sħiħ, li hawnhekk qegħdin nonqsuhom bis-sħiħ għax ġew mibdula f 'karikatura grotteska ta' patrijottiżmu falz li m'għandhiex il-ħila li tqarreb jew tagħti tifsira lill- ġenerazzjonijiet tal-lum u ta' għada, ta' dak li wettqu dawn l-eroj. Estetikament, inħoss li x-xogħol kollu kemm hu huwa iebes u l-valur artistiku tiegħu fjakk. Donnu li l-artist ried jgħamel xi ħaġa li dejjem xtaq, imma fl- entużjażmu tiegħu biex juri x'jaf, għamel aktar milli suppost, għax x'aktarx kien nieqes mil-ħila li jaħdem f 'dan id-daqs tant rari għal Malta. U dawn huma nuqqasijiet li ssibhom f 'ħafna mix-xogħol tiegħu ta' dan it-tip. Naf li ma' ħafna ser nidher bħala wieħed ta' min jistmerru, imma xi ħadd irid jixref għonqu u jgħid dak li ħafna jaħsbu imma ma' jlissnux. Nemmen li qabel titieħed deċiżjoni li se jkollna nitqannaw biha min jaf għal kemm, għandna nqisu dawn l-affarijiet ukoll barra s-simboliżmu. Għandha ssir diskussjkoni serja u mhux b'xi televoting popolari bħall-Ewrovision, fejn għandhom isemmu leħinhom l-esperti u jekk hemm bżonn isir wieħed ġdid, li jiena ngħid li postu għandu jkun qrib il-parlament, għax kienu dawn l-irvellijiet li saqqew iż-żerriegħa li minnha nibtet l-ewwel kostituzzjoni ta' l-1921. Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 | illum Opinjoni 15 Fejn se npoġġu l-monument? SALVU MALLIA "Karikatura grotteska ta' patrijottiżmu falz, li ma tagħmel xejn ġieħ, la lil dawk li mietu, la lilna u lanqas lill- artist" "L-aktar li jqarreb skonti, lejn dawk Sovjetiċi li jagħtu ġieħ trijonfalistiku u propogandistiku"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016