Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407
Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 | illum Ċelebrazzjoni mhux protesta Ritratti: Chris Mangion It-toroq ewlenin tal-Belt Valletta lbieraħ inbidlu f 'ċelebrazzjoni ta' kuluri, kostumi u mużika hekk kif kienet organizzata l-Pride March ta' din is-sena. Iżda b'differenza għas-snin ta' qabel, il-Pride March ħadet iktar il-forma ta' ċelebrazzjoni minflok protesta. Dan hekk kif, il-komunità LGBTIQ f 'dawn l-aħħar tliet snin esperjenzat avvanzi kbar fid-drittijiet tagħha wara li Gvern Laburista introduċa l-Unjoni Ċivili li tagħti wkoll lill-koppji tal-istess sess iċ-ċans li jadottaw, jekk jgħaddu mill-proċess rigoruż tal-adozzjoni, eżattament ugwali ma' persuni eterosesswali. Preżenti għal din il-festa ta' kulur u diversità kien hemm il-mexxejja politiċi kollha tal-pajjiż, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Kien hemm preżenti wkoll l-Alternattiva Demokratika u l-Moviment Graffiti li ħeġġew għal iktar edukazzjoni biex dejjem titkattar aktar it-tolleranza f 'pajjiżna. Il-Hospice tiftaħ il- bibien tagħha llum HOSPICE Malta se torganizza Open House illum, mid-9.00am sas- 1.00pm. L-attività tibda b'quddiesa fid-9:30am u tkompli b'attivitajiet organizzati matul il-ġurnata għall- familja kollha fosthom xow tal-klieb mill-Pulizija, il-banda ta' San Gabriel ta' Ħal Balzan, Bazaar, Cake Sale, u attivitajiet ta' logħob għat-tfal. Kulħadd huwa ġentilment mistieden biex jattendi. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjawna fuq 21440085 waqt il-ħinijet tal- uffiċċju. Wieħed jista' wkoll iżur is-sit elettroniku www. hospicemalta.org jew fuq il- paġna ta' Facebook, 'Hospice Malta'. Tista' tgħin billli tagħmel id-donazzjoni tiegħek u tibgħat SMS fuq in-numri 5061 8180 biex tagħti €4.66, 5061 8997 biex tagħti €6.99 u 5061 9290 biex tagħti €11.65.