Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 Aħbarijiet 8 'Meta kellna bżonn li tifhmuna, qbiżtu għal George Farrugia' IS-CEO ta' kumpanija lokali tal-kiri tal- karozzi, John's Group xehed li fl-2010 kien ġie avviċinat minn assistent ministerjali u mitlub sabiex jiddiżassoċja ruħu minn għadd ta' dokumenti ppubblikati mill-gazzetta MaltaToday li żvelaw kif George Farrugia, li dak iż-żmien kien direttur ta' John's Group - kien ħeba mas-€6.8 miljun ta' profitti mill-kumpanija. Dan ħareġ minn affidavit li ġie ppreżentat nhar il-Ġimgħa fil-Qorti minn Christopher Farrugia, CEO ta' John's Group. Dan qal kif fl-2010, hu kien innota li George Farrugia kien rebaħ numru konsiderevoli ta' tenders. Wara li ndaga fil-każ, kien stabbilixxa li George Farrugia kien qiegħed jittrasferixxi l-flus f 'kontijiet barra minn Malta li jgħajtu lil xi kumpaniji oħra tiegħu. Is-CEO saħaq li dak iż- żmien ma kienx konxju li George Farrugia "kellu rabta ċara u viċin tal-Ministru Austin Gatt." Qal li Farrugia mhux biss kien jiftaħar li jafu iżda safrattant anke kien jgħinu billi jagħtih il-karozzi BMW sabiex jintużaw għall-kampanja elettorali tal-2008. Kien ukoll għamel donazzjonijiet 'sostanzjali' ta' flus kontanti għall-kampanja ta' Gatt, żied jgħid Farrugia. Il-kumpanija tal-enerġija Enemalta, dak iż-żmien kienet tifforma parti mill- ministeru ta' Gatt. "George Farrugia kien middle-man, kien juża l-ħbiberija man-nies inkluż dik ma' Austin Gatt jew ta' nies viċin tiegħu biex jasal fejn għandu jasal. Fil-każ ta' Austin Gatt u aktar tard Tonio Fenech, biex ikun jaf x'qed jiġri f 'dan il-qasam.'' ''Filwaqt li George Farrugia kien qed isir sinjur, il-kumpaniji tagħna kienu qed ibatu. Malli kkonfermajt li verament kien hemm negozjar wara dahar l-aħwa, Farrugia ntalab jitlaq. Qabel ma telaq, kien ikkonfrontat minn ħutu u dan qalilhom 'jekk joħroġ kollu fil-beraħ, jaqa l-gvern'." Christopher Farrugia ċaħad li missieru jew ħutu kienu qatt involuti fit- tixħim, u ddeskriva l-akkużi kontrihom bħala "bbażati fuq gideb ta' George Farrugia stess." Minn informazzjoni li sab fis-sistema ta' posta elettronika tal-kumpanija, sar jaf li George Farrugia kien ifforma kumpanija fiduċjarja bl-isem ta' Aikon Ltd, u li l-mara tiegħu Cathy kienet tamministra l-invoicing ta' din il-kumpanija, "li l-iskop tagħha kien li tieħu l-commissions tat-tenders taż-żejt." Kien ikkalkula li George Farrugia għamel mas-€6.8 miljun minn wara dahar il- kumpanija, u għalhekk kien għażel li javviċina lil xi ħadd li kien involut mas-sigurtà tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi sabiex jgħaddi lill-Prim Ministru għadd kbir ta' files mimlijin provi ddokumentati tal-ħasil tal- flus li kien qiegħed jagħmel George Farrugia. Gonzi mbagħad kien ordna li dawn id-dokumenti jinagħtaw lil Godfrey Scicluna, li dak iż-żmien kien il-kap tal-Malta Security Service. "Iżda," kompla jixhed Farrugia, "Scicluna kien avviċina lil xi ħadd mis-segretarjat ta' Austin Gatt u għaddielu d-dokumenti. U minn hemm ma ġara xejn. Anzi sar l-oppost u nfetħet tax compliance investigation kontra d-diretturi." Wara li d-dokumenti kienu ġew ippubblikati mill-gazzetta MaltaToday, bdiet iżżid il-pressjoni fuq Christopher Farrugia. Kien ġie mitkellem u avżat li kien għamel ħsara kbira lil Gatt u ntalab jiddisassoċja ruħu mill-istorja, iżda dan irrifjuta u fakkru li dak li nkiteb issa qiegħed fid-dominju pubbliku. "Fakkartu wkoll li aħna familja Nazzjonalista kbira u meta kellna bżonn li tifhmuna, minflok qbiżtu għal George Farrugia." 'Il-proposta tal-PN hi vaga' IL-MALTA Developers Association (MDA) qalet li m'għandhiex tingħata aktar art għall-iżvilupp 'il barra miż-żona ta' żvilupp (ODZ), b'mod partikolari għal skopijiet ta' residenzi jew skopijiet kummerċjali. Filwaqt li l-MDA tifhem il-motivazzjoni wara l-proposta, l-Assoċjazzjoni tħoss li din il-proposta hi vaga wisq u tista' tkun addottata biss jekk ikunu ċċarati xi kwistjonijiet, fosthom, il-bżonn ta' differenza ċara bejn artijiet mhux minsusa u intatti fl- ODZ u artijiet oħra fl-ODZ ukoll li huma diġà żviluppati legalment u kommessi bil- bini. Il-bżonn li l-ewwel ikun hemm qbil minn kulħadd dwar fejn għandha tkun il-linja speċifika bejn zona għall-iżvilupp u le. Jidher li meta saret din il-linja saru xi inġustizzji li jikkonċernaw biċċiet żgħar ta' artijiet. Dawn faċilment jistgħu jkunu rranġati għaliex hu ovvju li linja ma tagħmilx sens kif saret. Il-bżonn li jkun hemm qbil dwar definizzjoni ċara tal-kelma 'proġetti'. Jekk bi proġetti wieħed ifisser kull tip ta' żvilupp, allura nispiċċaw biex permess biex tinbena serra jew tkun estiża barriera ikun jeħtieġlu l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Dan ma jkunx prattiku. Il-bżonn li jkun ċar f 'moħħ kulħadd xi jkun jikkomprendi l-interess nazzjonali li jwassal lill-Parlament biex jagħmel eċċezzjoni għar- regola. Fi kwalunkwe każ, kull permess jekk maħruġ irid l-ewwel jgħaddi mill- iskrutinju tal-awtoritajiet stabbiliti biex jipproċessaw applikazzjonijiet għal żvilupp. F'dan il-kuntest, l-MDA tissuġġerixxi li, b'konsultazzjoni wiesgħa ma' kull min hu interessat, isir studju tal-proposta tal-PN u din titwessa' bid- dettalji meħtieġa. George Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016