Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 Aħbarijiet 6 minn Albert Gauci Cunningham ILĠIMGĦA l-oħra kien imniedi partit ġdid, il-partit l-oranġjo ta' Marlene jew inkella b'ismu proprju, il-Partit Demokratiku. Minkejja li ħafna qed isejħu l-partit ta' Marlene bħala 't-tielet partit' fil-verità dan mhu minnu xejn. Il-partit ta' Marlene mhu, la t-tielet u lanqas ir-raba' partit, imma fil-verità s-seba' partit li għandna f 'pajjiżna bħalissa, u dan jekk ma ngħoddux il-Partit Komunista Malti li ilu ma joħroġ għall-elezzjoni ġenerali mis-snin 80. Jekk wieħed iħares lejn l-ispettru politiku li l-ILLUM qed tirriproduċi f 'dawn il- paġni, jista' faċilment jinnota kif l-akbar biċċa tal-kejk politiku jmur għaż-żewġ partiti l-kbar. Minkejja li t-tmexxija, kemm tal-PN kif ukoll tal-PL hija waħda b'mod ġenerali ċentrista, ż-żewġ partiti la jibdew u lanqas jieqfu fiċ-ċentru. Fil-fatt, huwa fatt importanti li l-bażi taż-żewġ partiti xorta jibqa' marbut max-xellug, fil-każ tal-Partit Laburista u l-lemin fil-każ tal- Partit Nazzjonalista. Minkejja li kemm Joseph Muscat kif ukoll Simon Bususttil, illum ma tantx huma ħerqana biex jidhru li qegħdin jappellaw biss għax-xellug jew il-lemin, il-verità hija li parti kbira mill-għeruq huma marbutin mal-ideoloġija li magħha dejjem kien marbut l-istess partit. Religio et Patria: Kien xi darba! Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem, mill-għeruq u l-istorja tiegħu kien il-partit meqjus eqreb tal-Knisja u li huwa aktar pro-klerikali. Jekk wieħed jara l-istorja tal-partit, u m'għandniex għalfejn immorru lura għall-iStricklands u l-Mizzis, jintebaħ kif il-PN kien dejjem jirrivolvi madwar ir-'Religio et Patria', l-isem tal-innu tal-partit li għadu jindaqq sal- ġurnata tal-lum. Illum iżda l-PN mhux neċessarjament għadu d-dar naturali tal-Kristjani Demokratiċi, anke jekk dawk li huma konservattivi fuq kwistjonijiet soċjali dejjem se jibqgħu jippreferu lilu, mill-Partit Laburista. Wara li l-moviment kontra d-divorzju, li kien appoġġjat mit-tmexxija tal-Knisja Kattolika Maltija u mill-aktar elementi influwenti fil-PN tilef ir-referendum, kien jidher li ħafna persuni meqjusin bħala konservattivi ħarġu kompletament 'il barra mix-xena politika. Fil-fatt, l-istess referendum, għalkemm kien wieħed li kellu jiddeċiedi dwar liġi, kien mar lil hinn minn hekk u nbidel f 'eżerċizzju u test ta' rilevanza u saħħa bejn il-forzi konservattivi li dejjem kienu fil-Knisja jew allineaw ruħhom magħha, anke jekk sottilment, u dawk il-forzi aktar liberali. Minkejja kampanja qawwija u b'saħħitha, l-akbar telliefa dehret li kienet it-tmexxija tal- Knisja Kattolika f 'Malta u ma' dik it-telfa jidher li bdew id- dubji min-naħa tal-PN dwar kemm jagħmel sens li jibqa' jkun allineat, jew ikkunsidrat li hu viċin il-Kurja u l-ogħla persuni fil-Knisja. Minn dakinhar, il-PN astjena fuq il-vot tal-Unjoni Ċivili bejn persuni tal-istess sess u iktar riċenti l-Kap tal-PN saħansitra ħa pożizzjoni favur żwieġ bejn koppji tal-istess sess. Dan apparti li l-PN ta l-appoġġ tiegħu meta l-Parlament kellu l-Liġi tal-Ġeneru quddiemu u mal- gazzetta MaltaToday, Busuttil kien qal li l-PN għad irid jieħu pożizzjoni dwar l-iffriżar tal- embrijuni. Minkejja li fis-silenzju, porzjon konsiderevoli ta' votanti u uffiċjali tal-PN mhumiex kuntenti li dan mexa lil hinn mill-ideal 'Kristjan' tiegħu. Hemmhekk inħoloq l-ewwel vakum. Vojt ta' votanti, li anke jekk jibqgħu simpatizzanti tal-PN, iħossu li l-partit 'tagħhom' qed jaqbel u jirrapreżenta ideat li qed jippromwovu stil ta' ħajja li tmur kontra s-sett ta' valuri u morali tagħhom. Dan il-vojt illum qed iħares lejn il-Kurja u lejn l-Arċisqof Charles J Scicluna, biex ikunu t-tarka tal-konservattiviżmu u tal- valuri tradizzjonali li huma dejjem ħaddnu. F'dan il-vakum hemm nies li għalihom, il-valuri ma jibdewx u jispiċċaw mal-individwu, imma jqisuhom bħala l-bażi tas-soċjetà nnifisha. Dik li jsejħulha 'libertinaġġ' jew inkella dak li l-liberali jaraw bħala 'għix ħajtek kif trid basta ma taffetwax lili', jarawha bħala s-susa tal-fibra morali u għalhekk tas-soċjetà nnifisha. ...il-konservattiv fuq il-lemin Jekk inħarsu lejn l-ispettru politiku, naraw li fir-realtà, partit li jista' realment jiġi ttimbrat bħala konservattiv huwa wieħed: Alleanza Bidla mmexxi minn Ivan Grech Mintoff. Fil-fatt, Grech Mintoff huwa wieħed mill-aktar nies li tkellmu kontra dak li jsejjaħ 'indottrinazzjoni tat-tfal tal- iskejjel dwar il-ġeneru'. Hu kien qed jirreferi għat-tqassim ta' kotba u materjal fl-iskejjel li jivviżwalizza familji differenti li jeżistu fis-soċjetà u persuni diversi, fosthom dawk li ma jħossuhomx komdi bis-sess li jkunu twieldu bih. Grech Mintoff fetaħ il-kanuni u saħaq li s-soluzzjoni hija waħda politika u legali. Hu hedded lill-Gvern li l-liġi qiegħda fuq in-naħa tiegħu u li se jkun lest jieħu l-passi li hemm bżonn biex din 'l-indutrinazzjoni' tieqaf. Apparti li huwa kontra l-abort, Grech Mintoff ħa pożizzjoni kontra l-iffriżar tal-embrijuni u kien ħadha qatta bla ħabel kontra l-għoti tad-dritt li koppji omosesswali jadottaw tfal. Huwa kien qal li l-Gvern daħħal l-adozzjoni għal ġenituri tal-istess sess b'mod diżgustanti, liema kritika wasslet biex ftit wara kien Alternattiva Demokratika Partit Demokratiku Partit Kommunista Malti I x - x e l l u g L-ILLUM tħares lejn l-istramberija tal-ispettru politiku lokali u l-għażliet li għandu quddiemu llum il-votant Malti u Għawdxi Mix-xellug sal-lemin u lura: Ir-realtajiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016