Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Wales ......................... 2 Slovakkja ................... 1 WALES kienu indubbjament l-aħjar tim u għelbu lit-tim nazzjonali Slovakk bl-iskor ta' 2-1 biex b'hekk kisbu rebħa ferm importanti u li żgur li għollietilhom ferm il- moral għall-kumplament ta' dawn il-Kampjonati Ewropej. Kellu jkun propju l-plejer li qed jiġi mistenni ħafna minnu fit-tim nazzjonali ta' Wales waqt dawn il- Kampjonati Ewropej fi Franza, Gareth Bale li fetaħ l-iskor għal pajjiżu permezz ta' freekick mill-isbaħ wara biss 10 minuti logħob. Fl-ewwel taqsima, il- logħba ftit li xejn offriet emozzjonijiet, iżda żiedet ferm fir-ritmu matul it-tieni taqsima. Fis-57 minuta reġa' kien is-solitu Gareth Bale għal Wales li impenja bis-sħiħ lill-goalkeeper Slovakk Matus Kozacik, iżda l-istess goalkeeper wettaq save mill-isbaħ biex salva lil sħabu u żammhom fil- logħba. Għat-tim nazzjonali Slovakk kien mistenni ferm iktar mill-captain u play- maker ta' Napoli fl-Italja, Marek Hamsik, li xejn ma impressjona, hekk kif kien immarkat strettament mill- plejers ta' Wales. Fil-61 minuta, l-Islovakki ġabu l-iskor indaqs permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol- kaxxa tas-sostitut ta' 21 sena, Ondrej Duda, li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta' Wales, Danny Ward. Fis-73 minuta, daqqa ta' ras insidjuża u angolata mill-viċin tal-midfielder ta' Arsenal fl-Ingilterra Aaron Ramsey, għaddiet ftit għoli mil-lasti ta' Matus Kozacik. Wales skorjaw il-gowl tar-rebħa permezz ta' gowl simili għall-gowl tad-draw tas-Slovakkja, meta minn azzjoni tajba, is-sostitut Hal Robson-Kanu tefa' ġewwa permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa, biex tefa' lill-eluf ta' partitarji ta' Wales li kienu qed isegwu din il- logħba f 'Bordeaux f 'delirju ta' ferħ. Wales - Ward, Chester, A. Williams, Davies, Edwards (Ledley 69'), Gunter, Allen, Ramsey (Richards 88'), Taylor, Bale, J. Williams (Robson-Kanu 71') Slovakkja - Kozacik, Skrtel, Durica, Pekarik, Svento, Hrosovsky (Duda 60'), Hamsik, Kucka, Duris (Nemec 59'), Weiss (Stoch 83'), Mak Referi - Svein Oddvar Moen (NOR) Wales jiksbu rebħa meritata u importanti kontra l-Islovakkja GARETH BALE Skorja l-ewwel gowl għal Wales permezz ta' freekick mill-isbaħ wara biss 10 minuti logħob. Huwa magħruf bħala 'Mr 100 Million' hekk kif it-trasferiment tiegħu minn ma' Tottenham Hotspur għal ma' Real Madrd sewa xejn inqas minn €100 miljun. Huwa l-aktar plejer ikkwotat u li huwa mistenni minnu waqt dawn il-Kampjonati Ewropej fit-tim nazzjonali ta' Wales immexxi mill-kowċ Chris Coleman. Taqtiegħa għall-ballun bejn Jonathan Williams u Peter Pekarik

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016