Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 Sports 32 Luca Toni jtemm karriera illustri l-football KELLHOM ikunu Verona li jwaqqfu l-mixja inkredibbli ta' 27 logħba mingħajr telfa taċ-champions Taljani, Juventus, li kienu ġejjin ukoll minn 10 rebħiet konsekuttivi. Dan hekk kif ftit tal-jiem ilu, huma għelbu lit-tim immexxi minn Massimiliano Allegri bl-iskor ta' 2-1. Iżda kellu jkun ukoll l-iskorer prolifiku Taljan, Luca Toni, li jagħmel il-headlines wara din il- logħba, hekk kif ħabbar li din kellha tkun l-aħħar logħba fil-karriera illustri tiegħu fil-football. Din ir-rebħa minn Verona ma bidlet xejn mill-andament tal-istaġun tagħhom, hekk kif huma diġà jinsabu relegati għas-Serie B meta qed jokkupaw il-qiegħ tal- klassifika tas-Serie A bi 28 punt. F'din il-partita, Luca Toni, irnexxielu wkoll isib ix-xibka permezz ta' penalty fit-43 minuta li tefa' lil Verona f 'vantaġġ momentarju ta' 1-0, b'dan il-gowl għal dan l-attakkant veteran li fis-26 ta' Mejju li għadda, għalaq 39 sena, kien is-sitt wieħed għalih matul dan l-istaġun. F'kummenti li għadda lill-media wara din il-logħba, Luca Toni, qal li kien ilu jaħsibha biex jirtira mil- logħba li tant iħobb sa minn erba' jew ħames snin ilu, iżda bħal donnu l-goals min-naħa tiegħu ma riedu jieqfu qatt u b'hekk baqa' jemmen fil- kwalitajiet u l-potenzjal tiegħu, u baqa' jilgħab b'mod regolari fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Taljan. Iżda, huwa afferma li wara li tkellem mal-familjari l-aktar qrib tiegħu, huwa kien iddeċieda li kien ta biżżejjed lill-football, u dan l-isport kien irreċiproka lejh ukoll, u b'hekk kien wasal iż-żmien li huwa jdendel iż-żarbun u jħalli l-futbol milgħub. Dan hekk kif għadu mhux magħruf jekk huwa hux se jkun qed ikompli l-karriera tiegħu fil-football bħala kowċ. Donnu bħall-inbid, iktar ma beda jikber fl-età, iktar beda jtejjeb il-kwalitajiet kalċistiċi tiegħu, speċjalment ix-xamma għall-goal, denju ta' attakkant opportunist u li jkun fil- mument it-tajjeb u fil-ħin it-tajjeb quddiem il-lasta biex jagħmel xogħlu, jiġifieri jitfa' l-ballun fix-xibka. Luca Toni jibqa' mfakkar b'mod speċjali għat-Tazza tad- Dinja li huwa rebaħ mat-team nazzjonali Taljan lura fl-2006 fil-Ġermanja, fejn huwa kien tabilħaqq strumentali għal dan it-team, dak iż-żmien immexxi mill-coach Marcello Lippi, biex kontra kull mistenni speċjalment wara l-iskandlu ta' Calciopoli, kien ittrijonfa bil-kbir. U dan grazzi wkoll għall- wirjiet li kellu Luca Toni, u anki għall-goals importanti li huwa rnexxielu jiskorja f 'din il-kompetizzjoni l-aktar importanti fid-dinja tal-futbol fuq bażi ta' timijiet nazzjonali. Huwa jibqa' mfakkar ukoll għall-istaġun 2014/15 fil- Kampjonat Taljan Serie A TIM, hekk kif meta kien fuq l-għatba li jagħlaq 38 sena, spiċċa bħala l-aqwa skorer bi 22 gowl, b'gowls daqs l-attakkant Arġentin tal-Inter, Mauro Icardi, fejn saħansita irnexxielu jegħleb l-isfida ta' plejer iżgħar minnu fl-età, bl-isem ta' Carlos Tevez, li dak iż-żmien kien jilgħab ma' Juventus, li temm fit-tieni post tal-gradwatorja b'20 goal. Unuri li rebaħ Luca Toni tul il-karriera tiegħu: Ma' Palermo: • Serie B: 2003–04 Ma' Bayern Munich • Bundesliga: 2007–08 • DFB-Pokal: 2007–08 • DFB-Ligapokal: 2007 Mat-Team Nazzjonali Taljan • Tazza tad-Dinja tal-2006 Unuri individwali • L-Aqwa Skorer tas-Serie A: 2005–06, 2014-15 • L-Aqwa Skorer tas-Serie B: 2003–04 • L-Aqwa Skorer tal- Bundesliga fil-Ġermanja: 2007–08 • L-Aqwa Skorer tat-Tazza UEFA: 2007–08 • Ballun tal-Fidda: 2005–06 • Guerin d'Oro: 2006 • European Golden Shoe: 2005–06 • FIFA World Cup All- Star Team: 2006 Il-Karriera ta' Luca Toni: Statistika Snin Tim Dehriet Gowls 1994–1996 Modena 32 7 1996–1997 Empoli 3 1 1997–1998 Fiorenzuola 26 2 1998–1999 Lodigiani 31 15 1999–2000 Treviso 35 15 2000–2001 Vicenza 31 9 2001–2003 Brescia 44 15 2003–2005 Palermo 80 50 2005–2007 Fiorentina 67 47 2007–2010 Bayern Munich 60 38 2009 Bayern Munich II 2 0 2010 Roma (b'self ) 15 5 2010–2011 Genoa 16 3 2011–2012 Juventus 14 2 2012 Al Nasr 7 3 2012–2013 Fiorentina 27 8 2013–2016 Verona 95 48 TOTAL 586 268 Tim Nazzjonali Taljan 2004–2009 Italja 47 16 'Minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li niddefendi l-lasti ta' Hibernians' - Rudy Briff a MALWASLA ma' Hibernians tal-goalkeeper internazzjonali u ta' klassi u statura liema bħalha fil-futbol Malti, Justin Haber, kien hemm diversi segwaċi tal-futbol lokali li ħasbu li tabilħaqq il-jiem tal-goalkeeper żagħżugħ tal-Pawlisti Rudy Briffa mat-tim minn Raħal Ġdid kienu magħduda. Dan hekk kif huma kienu tal-fehma li issa l-possibiltajiet li huwa jerġa' jiddefendi l-lasti tal-Pawlisti kienu ferm remoti. Dan speċjalment għall- fatt li kien wasal ma' Hibernians, goalkeeper meqjus bħala ġgant fil- futbol Malti, li jġib l-isem ta' ċertu Justin Haber. Iżda, b'kuntrarju għal dan, mhux talli Rudy Briffa ma talabx li jiġi misluf ma' xi klabb ieħor biex hemmhekk ikollu l-opportunità li jkun iktar fl-azzjoni, iżda talli propju dakinhar li Justin Haber ingħaqad b'mod uffiċjali ma' Hibernians, huwa ġedded il- kuntratt tiegħu mal-Pawlisti għal ħames snin oħra. Dan wasal jiem wara li l-attakkant żagħżuħ ta' 19 -il sena ta' Hibernians, Jurgen Degabriele li kellu staġun mill-aqwa ma' Hibernians, kien ġedded il-kuntratt tiegħu, ukoll mal-Pawlisti, għal ħames snin oħra. M'hemmx dubju, li kull meta Rudy Briffa, ntalab mill-eks kowċ ta' Hibernians, is-Serb Branko Nisevic, huwa qeda dmirijietu bl-aħjar mod possibli, u f 'diversi drabi salva lil Hibernians minn gowls ċerti, anki f 'logħbiet importanti. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' dan il- goalkeeper żagħżugħ innifsu, fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward x'wasslu biex jibqa' ma' Hibernians, u saħansitra jġedded il-kuntratt tiegħu magħhom. Rudy Briffa sostna li: "Minn dejjem kienet il- ħolma tiegħi li niddefendi l-lasti ta' Hibernians. L-għan ewlieni tal-klabb tagħna ta' kull sena, jkun dak li jisfida għal kull trofew li jieħu sehem fiha, u x-xewqa tiegħi hija dik li nirbaħ kull unur li għandu x'joffri l-futbol Malti, bil- flokk ta' Hibernians!" Rudy Bri a jiddefendi l-lasti ta' Hibernians Ritratt: MFA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016