Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 Aħbarijiet L-isqof Grech ilu snin jitlob biex il-Gvern jgħin lill-festi minn John Busuttil "JEKK issir festa tal-ġobon il-gvern jgħin, jekk issir il-festa tal-fjuri ngħinu wkoll, iżda meta ssir festa patronali, dik inħallu lill- komunita tħallas." Dan qalu l-Isqof t'Għawdex, Mario Grech li sostna li d-djoċesi Għawdxija tħallas għas-servizzi tal-Gvern kollha, bil-VAT b'kollox mingħajr għajnuna mill- Gvern fiż-żminijiet tal- festi. "Il-kontijiet tad-dawl tat-toroq, tal-meters tad- dawl, tal-pulizija u tal-fire engine li nġibuhom bħala miżuri tas-sigurtà, kollha tħallashom il-Knisja," kompla jgħid Grech li sostna wkoll li ilu jilmenta dwar dan snin sħaħ. Kull gvern jirreklama lill-gżira Għawdxija bħala destinazzjoni ta' turiżmu reliġjuż iżda qatt ma għenu lill-Knisja bl-ebda mod biex torganizza l-festi. "Il-festi jiġġeneraw ekonomija kbira f 'kull lokalità, iżda l-piż ta' dan il-pakkett sħiħ jaqa' kollu fuq il-komunità, għax hi l-komunità li tipparteċipa anke finanzjarjament biex issir il-festa, barra l-volontarjat li l-lokalità jagħti għall-festa." Forsi ftit jafu li f 'Għawdex b'differenza għal Malta, il-festi ta' ġewwa u anke dawk esterni jaqgħu taħt ir- responsabbiltà tal-parroċċi u tad-djoċesi tal-Knisja Għawdxija, u dan ifisser li l-piż finanzjarju jaqa' fuq il-kappillani tal-lokal. L-uniċi festi esterni f 'Għawdex li ma jaqgħux taħt il-knisja huma dik ta' San Ġorġ u ta' Santa Maria tal-belt Victoria li huma responsabbiltà tas-soċjeta Astra u Leone rispettivament. Hu fatt sagrosant li kull Gvern li kien hawn, dejjem poġġa t-turiżmu reliġjuż fuq quddiem meta ġie biex jippromwovi lill-gżira Għawdxija. Bla dubju li l-festi jiġbdu lejhom eluf ta' turisti u l-kultura tal-festi qed tagħti kontribut kbir mhux biss lejn is-soċjetà Maltija iżda wkoll għat-turiżmu tal- pajjiż. Il-PN se jistudja l-proposta ta' Mintoff dwar kontroll fuq il-kirjiet ....imma jesiġi li qabel isir studju tal-impatt li l-proposta tista' tħalli minn Albert Gauci Cunningham IL-PARTIT Nazzjonalista se jkun qed jistudja "fid-dettall" il-proposta ta' Yana Mintoff Bland dwar kontrolli fuq kirjiet privati. Nhar il-Ħadd 29 ta' Mejju, din il-gazzetta żvelat proposta ta' Mintoff f 'mozzjoni ppreżentata lill- Prim Ministru fost l-oħrajn, li fiha qed tisħaq li għandu jkun stabbilit massimu ta' kemm tista' togħla kirja privata. Mintoff, f 'isem il- Forum Komunità Bormliża, qed tipproponi li l-kirjiet privati ma jogħlewx b'iktar minn 5% tal-medja tal-kirjiet f 'dik il-lokalità jew żona. Ikkuntattjata minn l-ILLUM il-Kelliema tal-PN għall- Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici qalet li l-Partit se jkun qed jistudja fid-dettall din il-proposta, flimkien ma' oħrajn qabel ma jibda jkun iffurmat il-programm elettorali l-ġdid. Saħqet ukoll iżda li minbarra dan, jeħtieġ "isir studju serju dwar x'impatt din it-tip ta' proposta tista' tħalli fuq il-kwalità tal-ħajja ta' dawn il-persuni kif ukoll fuq in- negozju tal-proprjetà." Mifsud Bonnici ddeskriviet il-proposta ta' Mintoff bħala waħda "drastika" u għalkemm din kienet implimentata f 'diversi bliet Ewropej, primarjament f 'Berlin u Pariġi, il-kelliema tal-PN fakkret li "wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll iċ-ċokon ta' pajjiżna li mhux dejjem neċessarjament ifisser li dak li jgħodd għal bliet oħra Ewropej japplika għalina wkoll." Intant mal-ILLUM, Mifsud Bonnici qalet li l-Partit Nazzjonalista qed jisħaq li b'mod immedjat, il-Gvern għandu jżid is-sussidju għal dawk in-nies bi dħul baxx u li qed jikru mill-privat. Id- deputata Nazzjonalista fakkret ukoll li "għalhekk il-PN, fil-bidu ta' din il-leġiżlatura kritika bl-aħrax id-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jgħolli, bla ebda konsultazzjoni ta' xejn, il-kirijiet tal-Awtorità tad-Djar. Dan kien piż enormi fuq mijiet ta' familji li ltqajt magħhom fix- xhur li għaddew, u dan peress li min kien qed ibati, spiċċa jbati aktar." Ir-reazzjoni ta' Mifsud Bonnici tiġi wara li l-Gvern, permezz tal-Uffiċċju tal- Prim Ministru sostna li m'għandux dritt jindaħal fis-suq tal-kirjiet privati: sentiment li esprimieh il-Prim Ministru stess f 'laqgħa li kellu ma' Yana Mintoff Bland. Il-proposta ġabet ukoll reazzjonijiet imħalltin, b'Sandro Chetcuti mill-Malta Developers Association ma jaqbilx u jipproponi skema fejn l-Awtorità tad-Djar tasal fi qbil ma' sidien ta' proprjetà antika u vojta, tirranġa l-postijiet u tikrihom għall-housing soċjali. Ma' dan iżda ma tantx jaqbel l-avukat u riċerkatur tal- housing Kurt Xerri li f 'artiklu li deher il-Ħadd li għadda fuq l-ILLUM saħaq li l-Gvern mhux talli għandu l-possibbiltà li jagħmel kontrolli fuq is-suq tal-kiri biex jipproteġi lill-batut, talli skont Xerri, għandu dmir. Charles Miceli mill-Alleanza Kontra l-Faqar ukoll ammetta li filwaqt li miżura bħal din tista' ddejjaq jew tweġġa', "il-proposta ta' Mintoff għandha tiftaħ dibattitu dwar jekk għandniex inħallu s-suq isuq jew b'xi mod nagħmluh iktar uman." Paula Mifsud Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016