Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 MINISTERU GĦALL-FINANZI MEĦTIEĠ SPAZJU GĦALL-UFFIĊINI Id-Dipartiment tat-Teżor fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi jgħarraf illi ser ikun qed jilqa' l-offerti għall-kirja ta' spazju għal uffiċini. Idealment il-bini jkun il-Belt Valletta jew il-Furjana; madanakollu, propjetà fir-reġjun tat-Tramuntana tal-Port, kif ukoll fir-reġjun Ċentrali jkunu kkunsidrati. Il-bini għandu jkollu erja ta' bejn 1,000 metru kwadru u 1,300 metru kwadru. Għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-istat tal-bini li idealment huwa lest biex tidħol fih mhux aktar tard mill-aħħar ta' Novembru 2016 u li m' għandux bzonn xogħlijiet estensivi ta' rinovar. Għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-aċċessibilità, l-effiċjenza fl- enerġija tal-bini u l-istat tal-amenitajiet bażiċi meħtieġa bħal toilets u kitchenettes. Wara li ssir evalwazzjoni tal-propjetà, d-Dipartiment jirriserva d-dritt li jirrifjuta xi propjetajiet ta' kandidati li ma jissodisfawx il- kriterji kollha mandatorji jew minħabba raġunijiet oħra normalment assoċjati ma' ventilazzjoni naturali, dawl naturali, funzjonalità eċċ. Id-Dipartiment jżomm id-dritt li jinnegozja mal-kandidat magħżul wara li ssir evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet li jkunu waslu. Il-kriterji ta' kif tingħata se jkunu fuq bażi tal-iżjed ekonimikament vantaġġuża. Lista ta kriterji mandatorji u dokumenti li jridu jigu sottomessi ma l-offerti jinstabu fuq is-sit www.treasury.gov.mt fis-sezzjoni ta l-aħbarijiet. L-offerti għandhom jiġu depositati f'envelopp magħluq ġewwa d-Dipartiment tat-Teżor, Customer Care area, Livell Nru. 3, Il-Binja tal-Offiċċji The Mall, Il-Furjana, sa NOFSINHAR TAL-ĠIMGĦA, 24 TA' ĠUNJU, 2016. Aktar tagħrif jew kjarifiki jistgħu jinkisbu billi tintbaghat e-mail fuq treasury.malta@gov.mt. Id-Dipartiment iżomm id-dritt li ma jkomplix b'din is-sejħa għall-proposti u ma jidħol fl-ebda kuntratt IL-GVERN, permezz tal- Ministeru għas-Saħħa nieda skema mat-tobba tal-familja sabiex pazjenti jieħdu parti mill-kura psikjatrika tagħhom fil-komunità bl-istess Gvern iħallas hu stess għal dan is-servizz biex il-pazjent jibqa' jieħu l-kura mingħajr ħlas. "It-tobba tal-familja għandhom rwol importanti ħafna fil-qasam tas-saħħa u huma parti integrali mill- viżjoni tagħna ta' kif irridu nkomplu nsaħħu s-servizzi tagħna." Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f 'kumment dwar din l-iskema mal-gazzetta ILLUM. Staqsejna lill-Ministru dwar is-sejħa li ħarġet riċentement sabiex tobba tal-familja jissieħbu fl-iskema li joffru s-servizzi tagħhom lil pazjenti bi problemi ta' mard mentali. "Din mhijiex l-ewwel sejħa li ħriġna biex tobba tal-familja jipprovdu servizzi ta' follow- ups lil pazjenti li jkun qed iħallas għalihom l-gvern. Fil-fatt, f 'Diċembru tas-sena l-oħra konna ħriġna sejħa simili sabiex tobba tal-familja jipprovdu servizzi lil pazjenti li jkunu rikoverati mill- marda tal-kanċer tas-sider. Pazjenti li jkun għaddew perjodu ta' ħames snin ħielsa mill-kanċer u li allura jista' jkollhom follow-up mat- tobba tal-familja tagħhom stess mingħajr ħlas. U dan hu dak li qed nagħmlu issa rigward pazjenti li jkollhom mard mentali. Wara li pazjent ikun iċċertifikat bħala stabbli mill-konsulenti, dawn se jkunu jistgħu jattendu għal follow- ups mat-tabib tal-familja tagħhom stess." Fearne kompla jispjega li dawk it-tobba li se japplikaw biex ikunu parti minn din l-iskema, se jkunu qed jingħataw it-taħriġ meħtieġ filwaqt li se jkollhom ukoll aċċess għall-istorja tal-istess pazjent. "Min se jidħol biex jipprovdi servizz f 'dan il- qasam se jingħata taħriġ mid- dipartiment tal-Psikjatrika u se jkollu wkoll aċċess għall-istorja medika tal-pazjent. Nemmnu ħafna li t-tabib tal-familja, li ħafna drabi jkun diġà jaf lill- pazjent u l-istorja tiegħu, jista' jkun ta' għajnuna waqt viżta ta' follow-up, biex inaqqas il-ħtieġa li pazjent ikollu jerġa' jidħol fl-isptar Monte Carmeli." Mistoqsi dwar ir-rispons tat- tobba lejn din l-inizjattiva, il- Ministru Fearne qal li s-sejħa għat-tobba għadha miftuħa. "Is-sejħa għal dawk it-tobba li jridu jkunu parti minn din l-iskema hi miftuħa sal-24 ta' Ġunju u għal dawk it-tobba interessati, qed norganizzaw seminar informattiv fit-22 ta' Ġunju fejn matulu se jingħataw aktar informazzjoni dwar l-iskema u s-servizz li se jkunu qed jagħtu huma stess. Servizz li huma se jagħtu b'xejn lil pazjenti filwaqt li jirċevu ħlas mingħand il-Gvern għas- servizz li jkunu taw." Kura b'xejn fil-komunità għal pazjenti b'mard mentali Jipproponu li t-taxxa tkun differenti skont l-istilel Tkompli minn paġna 1 IL-MALTA Association of Hospitality Executives, uriet it-tħassib tagħha ma' din il- gazzetta għaliex il-Ministeru għat-Turiżmu ma kkonsultax mal-istess assoċjazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din l-eko-kontribuzzjoni, li se tkun qed taffetwa direttament lill-membri tagħha, li se jkunu huma l-persuni li jridu jiġbru tali taxxa mingħand it-turisti. Joe Attard, president tal- MAHE qal kif min-naħa tagħhom, intbagħtu numru ta' rakkomandazzjonijiet u proposti sabiex din it-taxxa tkun tista' taħdem aħjar, fosthom li l-ammont ta' flus li jinġabar, ikun jirrifletti t-tip ta' akkomodazzjoni li jkunu qed joqogħdu fiha t-turisti. Għaldaqstant, lukandi ta' ħames stilel, iżommu iktar minn kemm iżommu lukandi ta' żewġ u tliet stilel. Rakkomandazzjoni oħra tal-Assoċjazzjoni tal- maniġers u lukandiera kienet li tali taxxa ma tinġabarx mill- post tal-akkomodazzjoni, iżda direttament mill-ajruport jew mill-port, mal-wasla tat-turist. B'dan il-mod, tkun qed tevita li postijiet bla liċenzja jew li mhumiex reġistrati, jevitaw li jħallsu din it-taxxa. Attard kompla jsostni li għalkemm intbagħtu dawn ir- rakkomandazzjonijiet, u talbu li jiltaqgħu mal-ministru kemm-il darba, dawn baqgħu mingħajr l-ebda tweġiba, jew xi tip ta' risposta li dawn il-proposti kienu fil-fatt waslu l-Ministeru. Il-President tal-MAHE temm jgħid li, "kieku l-Gvern tkellem magħna, kieku din it-taxxa setgħet tiddaħħal aħjar, waqt li d-dħul finanzjarju jkun ikbar." Jiċħad li l-kritika fuq il-PBS saret biex timmina lill-Owen Tkompli minn paġna 1 PERESS li din il-gazzetta għamlet kuntatt mat-tim ta' Cardona qabel ma kien magħruf ir-riżultat tal- elezzjoni interna li saret ilbieraħ, staqsiet ukoll jekk Cardona jabbandunax dawn il-proposti jekk ma jkunx elett Deputat Mexxej tal-PL. Il-kelliem tat-tim li mexxa l-kampanja ta' Cardona wieġeb fin-negattiv, "le, dażgur li le. Imma naturalment il-veduti tiegħu jkollhom inqas piż jekk ma jkunx elett." Mistoqsi minn l-ILLUM jekk l-SMS kienx direzzjonat biex jimmina lill-Owen Bonnici li għandu l-PBS taħt id-dekasteru tiegħu u li kien il-kandidat oppost ta' Cardona waqt din il- kampanja, il-kelliem tat- tim Cardona ċaħad b'mod kategoriku u qal li dan kien qiegħed jirreaġixxi għar-rabja ta' bosta delegati. "Kull fejn morna waqt din il-kampanja, b'mod kontinwu tqajjem il-punt li fil-PBS, minkejja bidla fil-Gvern baqa' ma nbidel xejn. Hawn ħafna postijiet fejn minkejja li qegħdin fil-Gvern, tħossok li m'intix fil-Gvern. Tajjeb li għall-inqas xi ħadd qed juri li hemm problema," kompla jsostni. Minkejja dan il-messaġġ lid-delegati, dan il-punt ma jissemma mkien fil-manifest li ħareġ l-istess Cardona u li kien imqassam lill-mezzi tax- xandir waqt il-kampanja. Fejn jirrigwarda media, l-unika referenza ssir għall-media tal-Partit Laburista u mhux għax-xandir nazzjonali. Kien biss fl-aħħar jiem li Cardona u t-tim tiegħu ppressaw dan il-punt fuq it-televiżjoni u anke fuq il-media soċjali. Telefonati fl-aħħar sigħat tal-votazzjoni Minkejja li l-kampanja għall-elezzjoni ta' Deputat Mexxej kienet waħda ċivili, bi ftit jew xejn attakki bejn il-kandidati, jidher li lbieraħ, hekk kif ir-riżultati kienu ferm viċin, it-temperatura għoliet xi ftit b'telefonati kontinwi mit-timijiet taż- żewġ kandidati. Delegati li tkellmu magħna qalu li rċevew telefonati li matulhom kien ikkritikat il-kandidat oppost u li fihom delegati ġew imwissija li bil-kandidat 'l-ieħor', il-partit jitlef l-elezzjoni. Cardona jgħid li ħassu umiljat u f 'minoranza fuq Xarabank