Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407
F'dawn l-aħħar xhur, ġew xi erba' kappillani li talbuni biex jagħtu xi għajnuna lil xi parruċċani. Kien hemm wieħed qalli li hemm raġel tal- familja daħal f 'dejn kbir u jekk ma ngħinuhx kien se jfarrak familja sħiħa. Għandna każ li jrid imur l-Ingilterra fuq mard. Ieħor ta' xi ħadd li għandu bżonn jitgħallem u l-familja m'għandhiex biex issostnih. Kien hemm mara li kienet għaddejja minn każ ta' annullament u ma kellhiex biex tħallas psikjatra li tant kellha bżonnu. Jien ngħidilhom jagħlqu għajnejhom, ikunu responsabbli u jgħinuhom. Il-kappillani jagħmlu xogħol tad-deheb, u dakinhar fil-Munxar, il-kliem tiegħi kien kliem ta' sapport għall- kappillani. Għalhekk għidt li min ma jirrispettax lill- kappillan mhux jirrispetta lill-Isqof, u b'hekk ninkwieta ħafna meta l-festa titlef id- dimensjoni Kristjana." 'Iżda l-festi jressqu aktar nies lejn il-Knisja?' staqsietu din il-gazzetta. "Ma nistax nagħmillek stqarrija ġenerika. Żgur li l-festi huma opportunità biex il-komunità tinġabar aktar fil-knisja jew madwarha. Jekk il-festa tkun li tlaqqa' flimkien il-familji li huma mxerrdin, hu evanġeliku. Iżda fil-qafas tal-festa għandna persuni li la huma qrib u lanqas joqorbu lejn il-knisja fl-okkażżjoni tal-festa u wħud minnhom jippretendu li jkollhom parti prinċipali fil- festa. Il-kappillani jgħidulna li dawk li jinkwetawna u li jaqbżu l-linja, ftit li xejn jimpurtahom mill-ħajja vera tal-komunità nisranija." Dun Mario wera diżżappunt ukoll għall- amministrazzjonijiet governattivi li jiftaħru u jirreklamaw lill-gżira b'turiżmu reliġjuż u qatt ma jgħinu lill-Knisja li jkollha wkoll tħallas il-pulizija, id-dawl tat-toroq, il-meters tal-elettriku u anke l-fire engines. "Jekk issir festa tal-ġobon ngħinu, jekk issir festa tal-fjuri ngħinu, iżda meta ssir festa patronali dik inħallu lill-komunità tħallas. Bil-VAT b'kollox. Dan barra l-assigurazzjoni li trid tħallas. Dan pakkett li qed terfgħu l-komunità parrokkjali biex toħloq attività u tiġġenera l-ekonomija. Għaliex ma jiġix rikonoxxut?" Stasejnieh jekk dan il- messaġġ iqisux bħala theddida li anke lest li jwaqqaf xi festi jekk l-messaġġ ma jingħatax kasu, "Naħseb li kien hemm fosthom min qal li l-Isqof jista' ma jiġix, iżda tal-inqas irrid li l-komunità tal-Knisja ma tħallix lill-kappillan waħdu. Dawk in-nies serji li jixtiequ li l-festa tibqa' mument fejn tinġabar flimkien madwar ir-ragħaj, allura tħallux lill- kappillan waħdu. Għinuh li jkun jista' jnaqqar dan il-ħaxix ħażin li qed jikber. Jien s'issa m'għandix f 'moħħi li ma mmurx f 'xi festa, anzi irrid immurhom kollha." Sentejn ilu, l-Isqof Grech waqaf jagħmel il-paniġierki ta' kull festa u staqsejnih jekk kinitx din l-istess raġuni li hu waqaf jagħmel il- paniġierki. "Le, waqaft għax jien ippruvajt nagħti l-ħobż u wħud mill-komunitajiet qaluli li l-ħobż tiegħi ma jriduhx. Kemm se ddum tisma' li ma jridux minn dan it-tip ta' ħobż? Kien jiswieli sajf ta' sagrifiċċju u kien hemm min għadu jippreferi ħafna għajjat u kliem vojt milli ħaġa aktar sostanzjali u waqaft wara tmien snin. Iżda jien lil qassisin kont bgħattilhom nota biex il-predikazzjoni jadattawha għaż-żminijiet tal-lum. "Jien kultant inħossni qisni mannekin. Ilibbsuni ħafna imbarazz (ilbies liturġiku li fis-sajf joqtlok) u jkunu jriduni bħala parti mit-tiżjin tal-festa u jien għidtilhom li m'iniex lest inkun parti mit- tiżjin tal-festa." L-Isqof Grech temm billi qal li hu japprezza l-enerġiji ta' dawk li jaħdmu għall-festa u m'għandu l-ebda ħsieb li jwaqqaf xi festa. Semma wkoll il-fatt tas-sokor sfrenat waqt xi marċijiet fejn talab li jkun hemm sorveljanza minn min suppost jara li tfal taħt l-età, ma jixorbux xorb alkoħoliku. Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 | illum Għawdex 13 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA Festi f 'Għawdex 12 ta' Ġunju Corpus Christi Għasri 19 ta' Ġunju Qalb ta' Ġesu Fontana 26 ta' Ġunju San Ġwann Battista Xewkija 29 ta' Ġunju L-Imnarja Nadur 3 ta' Lulju Viżitazzjoni Għarb 10 ta' Lulju Madonna tas-Sokkors Kerċem 17 ta' Lulju San Ġorġ Rabat 24 ta' Lulju Santa Margerita Sannat 31 ta' Lulju San Lawrenz San Lawrenz 7 t'Awwissu San Ġużepp Il-Qala 15 t'Awwissu Santa Marija Rabat 21 t'Awwissu Santa Marija Żebbuġ 28 t'Awwissu Madonna ta' Loretu Għajnsielem 4 ta' Settembru Madonna tal-Karmnu Ix-Xlendi 8 ta' Settembru Il-Bambina Xagħra 11 ta' Settembru Tal-Grazzja Il-Kappuċċini Victoria Impressjoni artistika ta' faċċata mżejna għal festa ta' San Pawl fil-Munxar fejn l-isqof ħareġ bil-messaġġ qawwi Ritratt: Alan Saliba