Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

21 Opinjoni Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 | illum Ġdid: Manifest rebbieħ il-ġenerazzjonijiet il-ġodda fid-dinja diġitali. Din l-app għandha tiġi kkordinata mill-Kap Eżekuttiv, l-uffiċċju tal-komunikazzjoni u l-Forum Żgħażagħ Laburisti. Għeruq u Strutturi L-istrutturi tal-Partit Laburista għandhom jevolvu, biex jirriflettu ż-żminijiet tal-lum u l-kunċett ta' moviment. Parteċipazzjoni u konsultazzjoni usa' kienu l-frażijiet l-iktar popolari tal-Kandidati. Chris għamel proposta tajba ħafna, dik li jiġu organizzati laqgħat inter-reġjonali għall- attivisti, anke għax ma narax il-frott li tiġi mwettqa l-proposta ta' Owen, dik li l-membri tal-kumitati jattendu tliet laqgħat tal-amministrazzjoni. Għall-Kunsilliera, hemm maħsub kungress filwaqt li jingħataw għajnuna ikbar speċjalment meta jiġu biex jaħdmu ma' entitajiet governattivi. Nemmen li din il-proposta tista' twassal ukoll għal one stop shop għal Forum Kunsilliera. Naqbel mal-proposta ta' Chris li l-uffiċċju tal-PL f 'Għawdex ikun mgħammar b'faċilitajiet ta' video conferencing u l-proposta li jkun hemm konferenza ġenerali f 'Għawdex ukoll. Tikkumplimenta dan kollu hemm il-proposta ta' Owen, dik li jinħatar uffiċċjal responsabbli minn Għawdex biex ikun hemm koordinazzjoni b'saħħitha. Sfortunatment, ftit li xejn smajt mill-kandidati dwar kif, b'mod sistematiku l-Partit se jressaq lejh nies ta' talent u b'ideat ġodda. Hemm ħafna mistoqsijiet xi jsiru: għandniex ngħinu l-volontarjat fil-Partit ma' element ta' impjiegi fuq bażi reġjonali, x'relevanza għandhom iċ-ċentri lokali, xi rwol għandha l-media soċjali, eċċ. Scouting u taħriġ Partit li hu għatxan għall-bidla huwa partit li huwa għatxan għal talent ġdid, nies b'ħiliet differenti li jistgħu jagħtu xi ħaġa ġdida. Id-deputat mexxej irid, flimkien mal- Partit jipprepara t-tim tal-kandidati tal-Partit Laburista f 'kull distrett. Partit li jinsab fil-Gvern irid ġeneralment imur għal taħlita ta' esperjenza u talent ġdid. Ifisser li jkun hemm bżonn Ministri u Deputati li servew f 'din il- leġiżlatura li joffru ruħhom li jkomplu max-xogħol u r-riżultati tal-Gvern, u jkun hemm bżonn kandidati ġodda li jagħtu xeħta ġdida lill-Moviment u jdaħħal ideat friski u innovattivi. Id-deputat mexxej irid jassigura li kull kandidat, sew dawk ta' esperjenza kif ukoll dawk ġodda, jingħata taħriġ professjonali biex jitqiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex jekk jingħata l-fiduċja, jirrapreżenta l-elettorat. Din il-ħidma trid issir b'reqqa u b'galbu, għaliex dawn il-persuni se jkunu l-wiċċ tal-partit u tal-moviment. Dwar dan, tkellem Stefan fejn qal li l-Partit għandu jkun il-benniena tal-ideat il-ġodda li fuqhom irridu nfasslu t-triq tagħna għall-futur. Kienet ferm pożittiva wkoll il-proposta ta' Chris, dik li jkun hemm faċilitajiet ta' Childcare fiċ- ĊNL biex in-nisa jkollhom opportunitajiet ikbar li jservu fil-politika. Moviment u partitarji Laburisti Id-deputat mexxej ġdid se jkollu rwol sensittiv sabiex jgħin lill-partitarji Laburisti jerġgħu jħaddnu l-kunċett ta' moviment. L-elezzjoni ġenerali li jmiss se tkun elezzjoni importanti ferm, u huwa biss b'konferma tal-elettorat li l-Gvern jista' jkompli jibni fuq is-suċċessi li laħaq f 'dawn l-aħħar tliet snin. Id-deputat mexxej ġdid għandu r-rwol sensittiv li jikkonvinċi lil dawk il-Laburisti urtati għal raġunijiet personali. Irid jindirizza lil dawn in-nies, jismagħhom, u jifhem x'qegħdin jgħidu u għaliex. Fuq dan, tkellmu l-kandidati kollha iżda għoġbuni l-proposti ta' Chris, dik li jitwaqqaf Legal unit b'avukati biex jgħinu u jagħtu pariri lil nies li sofrew inġustizzja u dawk ta' Owen, jiġifieri li jagħmel kuntatt personali ma' kull persuna li għal raġunijiet varji ma baqax membru tal-Partit, u riforma fil-customer care unit tal-Partit fejn in-nies iridu jiġu mwieġba fl-ewwel ħmistax-il ġurnata. Stefan kien iktar ġeneriku u tenna l-ħtiega li l-Partit iżomm kuntatt aqwa man-nies, mal- familji u mas-soċjetà ċivili fit-tifsira l-aktar wiesgħa tagħha. Iltqajna, iddiskutejna, ikkonsultajna ma' xulxin. Issa li hemm kandidat rebbieħ, jeħtieġ li lkoll ningħaqdu mal-Mexxej, iż-żewġ deputati tiegħu, u l-amministrazzjoni biex dan jibqa' l-partit naturali tan- nies. Nawgura lid-Deputat Mexxej ġdid il-ħidma t-tajba. Se jkollu ħafna. Dr Aaron Farrugia huwa kandidat tal-Partit Laburista OSB fl-1911. Ħamsin sena wara, il- patrijiet reġgħu ħassew il-bżonn biex ikabbru l-knisja għaliex ma kienx baqa' post ta' villeġġjatura imma sar post residenzjali, u għalhekk il-popolazzjoni kibret. Tajjeb li ngħidu li l-knisja qatt ma ġiet milquta mill-bombi tal- għadu waqt il-gwerra, iżda s-saqaf kellu bżonn ħafna manutenzjoni. Fil-11 ta' Jannar 1955 kienet studjata l-pjanta tal-knisja l-ġdida magħmula mill-periti Micallef. Fit-3 ta' Awwissu 1958, il-Pirjol Provinċjal Patri Karmelu Vella bierek l-ewwel ġebla ta' din il-knisja. Ix-xogħol fuq din il-knisja beda miexi ġmielu. Peress li l-knisja l-ġdida nbniet madwar il-knisja l-antika kien hemm bżonn li din tinħatt għaliex kienet fi stat perikoluż li jiġġaraf xi ħaġa minnu. Wara li tlesta x-xogħol ta' twaqqiegħ tal-knisja u x-xogħol tal- madum tal-art, bdiet tiġi użata l-knisja. Tkompliet tinbena l-faċċata tal-knisja minn barra bil-kampnari b'kollox. Fit-12 ta' Diċembru 1984, l-E.T. Mons Ġużeppi Mercieca Arċisqof ta'Malta ddedika u kkonsagra lill-Alla, f 'ġieħ Ommna Marija tal-Karmelu. Fil-knisja saru diversi opri sbieħ fosthom pitturi, stained glass, bradella u mant ġdid għall-istatwa tal-Karmnu. Ftit żmien ilu sar ukoll artal tar-riposizzjoni għal Ħamis ix-Xirka. Il-Knisja tal-Karmnu tal- Balluta ssir parroċċa Kienet ix-xewqa ta' bosta li din il-knisja tiġi mgħollija għall-grad ta' paroċċa. Għalhekk L-E.T Mons Mikiel Gonżi Arċisqof ta' Malta nhar il-25 ta'Mejju 1974 ħareġ id-digriet ta' din il-paroċċa li kellu jibda jseħħ min nhar il- Ħadd 16 ta' Ġunju 1974. Il-Kappillani li saru minn dak iż-żmien l-hawn huma P. Damjan Cachia li kien l-ewwel kappillan, P.Leonard Mahoney, P. Raymond Calleja, P. Richard Falzon, P. Joseph Falzon, P. Maurice Abela u l-kappillan tal-lum P. Joseph Saliba. It-twelid tal-parroċċa ġab miegħu l-ħolqien ta' ċentru parrokjali. Dan kien jintuża għal diversi attivitajiet bħal laqgħat tal-għaqdiet, katekiżmu, laqgħat kulturali, kif ukoll għal kompetizzjonijiet ta' logħob tal-billiards u table tennis. Għall-bidu, iċ-ċentru Parrokjali kien fil-Queens Hall fi Triq il-Kulleġġ l-Antik sakemm nbena Ċentru Parrokjali ġdid fi Triq Scicluna li tlesta fis-16 ta' Ġunju 1986. Dan iċ-ċentru ġie mibni fil-ġnien tal-kunvent u ġie msejjaħ 'Titu Brandsma'. Għaqdiet u entitajiet reliġjużi fil-Parroċċa tal-Balluta L-ewwel għaqda li ġiet imwaqqfa qabel it-twaqqif tal-parroċċa kienet dik tat-Terzjarji Karmelitani li skont ir-registri li għandhom, juru li l-ewwel Terzjarja kienet Dolores Calleja li nkitbet Terzjarja fit-13 ta' Ottubru 1886 mid-direttur P. Eliżew Zarb. Illum insibu diversi għaqdiet u entitajiet reliġjużi f 'din il-Parroċċa bħall-Komunità Karmelitana, Sorijiet tal-Qalb Imqaddsa, li jmexxu skola u jgħallmu wkoll id-duttrina, Kappella Ġesù Ħabib li titmexxa mill-patrijiet Frangiskani f 'għaqda sħiħa mal-patrijiet Karmelitani, Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Liturġika, Kummissjoni Kateketika, Kummissjoni Familja, Kummissjoni Djakonija, Kummissjoni Festa Esterna li flimkien mas-soċjetà mużikali tal-Karmnu l-Balluta li twaqqfet fil-1987 jgħinu l-Prokuratur tal-festa biex ssir festa li tixraq lill-Madonna tal-Karmnu, Grufan, Leġjun ta' Marija (Nisa), Azzjoni Kattolika (Nisa), YLOM TEENS (Grupp Adolexxenti u Żgħażagħ) u l-Comunità Abramo. Jinstabu wkoll diversi gruppi Parrokkjali bħall- Abbatini, Anzjani, Helpers tal-Kappella tal-Adorazzjoni, Kor Parrokkjali, Armar tal- Knisja, Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, Letturi, Grupp tal-Ħniena Divina, Grupp tal-Kitarri u tat-Tqassim tal- Fuljett.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016