Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 | illum Intervista 17 iġib il-'Brexit' f 'Malta Demokratiku, biex it-tnejn jersqu iktar lejn il-pożizzjoni ta' xulxin. Huwa jiddeskrivi dawn l-aħħar żviluppi fix-xena politika, b'partit politiku ġdid bħala "pass pożittiv, ferm bżonjuż u inevitabbli." B'mod dirett l-ILLUM tistaqsih jekk jikkunsidrax li jkun parti mill-PD jew li ssir amalgamazzjoni bejn iż-żewġ partiti kieku jkun avviċinat. "Fil-fatt, mhux kieku, ġejt avviċinat," irrisponda mill-ewwel Grech Mintoff. "Naturalment, għad irridu niddiskutu aktar u niddeċiedu minn hemm." Iż-żewġ partiti ħallew vakum għax irmew il-valuri Imma għaliex qed ifittxu għażla ġdida tant votanti? tistaqsi din il-gazzetta. "Ħares 'il barra minn pajjiżna u ara x'inhu jiġri. Għandek lil Donald Trump jgħajjar lin- nies u joffendi u n-nies iċapċpulu. Għandek lil Bernie Sanders, Soċjalist. Fejn qatt smajniha din li Soċjalist imur tajjeb elettoralment u jinżel tajjeb ma' settur ta' votanti fl- Istati Uniti? Anke fl-Ewropa stess, għandek l-idea li dan il-blokk qed iħares l-interessi tal-lobby groups il-kbar qabel tan-nies, hemm il- perċezzjoni li l-UE hija distakkata. Allura n-nies qed ifittxu alternattivi. U Malta mhux b'differenza." Huwa jkompli billi jgħid illi llum id-differenza bejn iż-żewġ partiti m'għadhiex teżisti. "Illum għandna PN u PL li t-tnejn liberali, it-tnejn kapitalisti, it-tnejn jemmnu li s-suq isuq u t-tnejn fiċ-ċentru. Dan ħoloq vakum," jisħaq mal-ILLUM Grech Mintoff. "Għaliex qed ifittxu lil Trump ħafna Amerikani? Għax il-bidla li ġew imwiegħda ma ġratx u Malta hekk se jiġri jekk ma noqogħdux attenti." Il-lemin estrem juża l-emozzjoni biex jirbħek F'dan il-punt tal-intervista Grech Mintoff jgħid li d-differenza bejn partit b'ideoloġija xellugija jew leminija u l-lemin estrem huwa li "dan tal-aħħar juża l-emozzjoni, mhux it-twemmin, biex jirbħek u jikkonvinċik." Huwa kien jinsab ħerqan, sa minn qabel biss kienet għadha bdiet l-intervista biex jesprimi l-biża' tiegħu mil-lemin estrem f 'pajjiżna. Imma minkejja l-allarm li kien qed jitkellem bih, l-ILLUM tfakkru li jista' jkun li dan ma kienx is-sentiment hawn barra. L-immigrazzjoni m'għadhiex l-akbar kwistjoni fuq l-aġenda tal-pajjiż, in-numru ta' immigranti naqsu u f 'dawn is-snin kollha l-ebda partit żgħir, lanqas l-Alternattiva Demorkratika, ma rnexxielu jġib biżżejjed voti biex jirbaħ elezzjoni. Grupp bħall-Patrijotti Maltin li ħerġin għall-elezzjoni ġenerali lanqas spazju fuq il-midja mhuma qed jingħataw, allura ma jħossx Grech Mintoff li qed ikun allarmista żżejjed? Huwa, sinċerament iħoss li partit bħal dan se jikber? L-ILLUM tfakkar kif ħafna jħarsu lejn partiti bħal dawn bħala 'loony left' jew 'loony right'. Imma hu ma jaqbilx u jgħid lil din il-gazzetta li dak jista' jkun argument ferm simplistiku. "Hawnhekk qed isir l-istess żball li kien sar meta żżufjettaw b'nies tal-lemin estrem biex ara llum, għandek Le Pen fi Franza, l-Awsrija kienet viċin Gvern tal- Lemin estrem u għandek sentiment tal-lemin estrem saħansitra qed jinbet fil-Ġermanja. Jiġifieri dan l-argument li niddieħku bil-lemin estrem ibeżżagħni, għax filwaqt li qed nidħqu bihom qed jikbru u qed jikbru sew." Grech Mintoff ma jiddejjaqx illi jiddistakka lilu nnisfu miż-żewġ partiti l-oħrajn (PN u PL) u jpoġġi lilu nnifsu fermament fuq in- naħa l-oħra tal-ispettru politiku, mhux biss fuq kwistjonijiet purament ekonomiċi, imma wkoll fuq kwistjonijiet morali. Fil-fatt hu kien fuq quddiem f 'diversi kruċjati li saru kontra dak li hu jsejjaħlu "l-indutrinazzjoni tat-tfal dwar is-sesswalità u l-ġeneru" bi gruppi favur drittijiet ċivili u gruppi LGBTIQ jikkonfrontaw il-fehmiet tiegħu b'mod dirett. Naturalment, għal din id-darba, kellna naslu s'hawn bi Grech Mintoff iżda juri li anke jekk ħsibijietu dwar il- politika f 'Malta mhumiex 'mainstream', mhumiex l-aktar popolari u ma jikkonformawx man-normi li bniet l-eġemonija politika f 'pajjiżna, xorta jibqgħu ħsibijiet rappreżentattivi ta' settur tal-popolazzjoni Maltija. Għaliex qed ifittxu lil Trump ħafna Amerikani? Għax il-bidla li ġew imwiegħda ma ġratx u Malta hekk se jiġri jekk ma noqogħdux attenti " " Ritratt: Chris Mangion Ivan Grech Mintoff

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016