Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Aktar minn qatt qabel, issa għaddej minn fażi fejn ma tridx tagħraf aktar dak li hemm mad- warek, imma dak biss li huwa importanti u ta' ġid għalik. Agħraf sib lilek, u agħraf x'hemm bżonn li l-iżjed isir sabiex int tissaħħaħ, qabel ma jkun tard u jersaq il-mewġ lejk, li jekk int ma tagħrafx it-triq vera tiegħek, allura dan il-mewġ li ġej se jkaxkrek miegħu, jekk ukoll ma tgħeriqx. Tgħallem mill-passat. Sib lilek! Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 14, 28 u 39. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Jekk int se tibqa' fiċ-ċirku tiegħek innifsek, se tkompli tgħarraq aktar dak li jista' jkun ta' ġid għalik. Imma jekkint tiftaħ bil-mod iċ-ċirku tiegħek ftit ftit, ħa tinduna kemm jeżistu op- portunitajiet. Issa ma tistax tibqa' tgħix fil-passat, anzi mill-passat li int għaddejt, użah bħala għodda għalik, sabiex minn dak kollu li int għaddejt, tkun kapaċi tagħraf timxi b'aktar determinazzjoni, kemm 'il quddiem u kemm f 'dak li trid. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 18, 22 u 31. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Xi kultant ikun tajjeb meta int timxi bil-qawwa kollha ta' ġewwa fik, għax hekk tħoss li dak li int qed tagħmel huwa ġej minnek biss. Però, bħalissa wasal dak iż-żmien li għandek tal-inqas tieħu xi forma ta' parir, ta' gwida, ħalli ma timxix mija fil-mija ma' dak li int tisma', imma jaf li dak li jtaqqlek, ikun ftit ta' irfinar iktar ta' dak li int se tkun ħa tagħmel. F'Lulju se jkun hemm ħafna tibdil ġej għalik, għalhekk ħejji. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li l-aktar tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 17, 28 u 36. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Deċiżjoni li tant ilek taħseb dwarha, issa huwa l-mument li twettaqha. Issa huwa dak il-mu- ment li tagħtiha dak id-dawl li għandha tant bżonn, u li jixirqilha. Għalkemm int tħossok xi ftit pass lura, mhux il-waqt li tkun hekk. Ippreżenta u ħejji lilek tajjeb, u għamel dan il-pass li tant ilek taħseb dwaru, u minn dan il-pass, se tara kemm verament issa kien preċiżament il-mument li int tagħmel dan. Emmen fik. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li l-aktar tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 10, 29 u 37. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Wasal dak il-mument li għalik ifisser jew bidu ta' bidla kbira jew terremot fil-ħajja tiegħek, però minn dak li hemm indikat fiż-żodijaku tiegħek, dan se jkun l-ewwel pass lejn direzzjoni differenti kif il-ħajja tiegħek minn issa 'l hemm se timxi, fuq liema direzzjoni se tiffoka, u kemm hu utli dak is-sagrifiċċju kollu li int għamilt f 'dawn l-aħħar xhur. Żomm saqajk mal-art u agħraf il-qawwa tiegħek. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għalkemm tħoss kollox bħal ġej bil-kontra tiegħek, u forsi minn min l-aktar li tippretendi attenzjoni, m'intix tirċeviha, xorta waħda ffoka 'l quddiem. Xorta waħda aħseb li int għandek timxi, xorta waħda trid tagħraf li riesaq dak il-mument li int taqdef għal rasek. Int persuna mimlija b'ħafna enerġija pożittiva, u jkun dnub kardinali jekk tibqa' fejn int, id-dgħajjef dak is-sabiħ kollu li int tant jixraqlek li jkollok. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li l-aktar tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 19, 29 u 38. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Żmien ir-renju li dan l-aħħar, kont qiegħed tgawdi, jaf jibda jbatti jekk ma tagħraf tħares fil-profond ta' ġewwa tiegħek. Jekk int trid tibqa' miexi bir- ritmu li issa ilek ftit mhux ħażin li qbadt, allura agħraf aktar dak li int tista' tħoss ġewwa fik, u ibqa' miexi. Biex int tibqa' għaddej kif int, ma tistax togħġob lil kulħadd. Ovvjament, huwa tajjeb li taħseb ftit iżjed dwar dak li int ħa tkun se tagħmel, ħalli b'hekk tkun għaraft sew. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 14, 25 u 30. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Aħbar li ilek tistenna, issa qiegħda fil-viċin sa- biex tingħatalek. Din sejra ġġib bidla magħha, li int suppost imħejji għaliha. Jekk bqajt li ma tħejjix lilek innifsek għal din il-bidla, ma' din l-aħbar jaqbillek tibda tħejji, sabiex ma tinqabadx fuq sieq waħda. Min- naħa l-oħra, fil-ħajja tiegħek jekk għandek relazzjoni, agħraf kun aktar flessibbli, u jekk int single, agħraf issib ftit spazju għalik. Hemm bżonn li ssib ftit tal-ħin għalik ukoll. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 19, 23 u 32. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottu- bru L-imġiba tiegħek tilfet ftit mil-linja tagħha, u għalkemm int m'intix tinduna b'dan, dawk ta' madwarek qrgħdin iħossuk li m'intix tkun is-soltu kif int magħruf li tkun. Jista' jkun kaġun ta' ċertu pressjoni, jew responsabbiltà li kibret madwarek, imma issa hemm bżonn li fl-iqsar żmien possibbli, terpa taqbad dak ir-ritmu li int tant magħruf għalih forsi jkun tajjeb, tieqaf ftit jiem u tirrilassa sabiex tħossok aktar int. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 12, 29 u 36. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Sitwazzjoni fejn issa trid tagħraf toffri dak li int taf, sejra daqt tkun il-qofol fil-jiem li ġejjin. Dan huwa l-mument fejn int issa, minħabba din is- sitwazzjoni, turi l-ħiliet u l-kapaċitajiet tiegħek, u minn hawn 'il quddiem, il-karriera tiegħek se tieħu spinta u bidla li dawn flimkein sejrin jagħmluk kuntent li issa tagħraf wara tant sagrifiċċji, se tkun f 'dik il-pożizzjoni li tant ilek taspira għaliha. Imxi pass pass. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 15, 26 u 34. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Hemm bżonn ma tibqax imwaħħal mal-passat tiegħek. Dan, mingħajr mhu qed tinduna qed jikkaġunalek ħafna tensjoni u mentalment qed tmur lura. Hemm bżonn tagħmel sforz qawwi sabiex il-passat ikun ktieb magħluq u bil-mod tibda tħares 'il quddiem. Dan il-pass, jekk ma tagħmlux illum, 'il quddiem xorta waħda trid tagħmlu. Il-biċċa li sakemm tibqa' mal-passat, qed toħloq ċirku qawwi negattiv madwarek. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li l-aktar tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 22 u 30. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Wasal iż-żmien li tagħmel eżami tal-kuxjenza sabiex tagħraf iktar aħjar, x'inhu l-iktar importanti għalik. Issa huwa dak il-mument li int trid tagħrad i l - pass li jmiss, u l-pass li trid tagħmel. Toqgħodx tibża' minn ċertu bidliet li se jkun hemm bżonn, għax fl-aħħar mill-aħħar, dak kollu li se jiġri ħa jkun għall-benefiċċju u sodisfazzjoni tiegħek personali.Wara dan il-pass, se tgħid ġeww fik, kemm ħlejt żmien. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla l-aktar li tħossok rilassata magħha ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 18, 26 u 39. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 Eddie Murphy PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www. pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Meta tistaqsu għas-servizzi ta' PaulJon, x'issejħulu ? 1. Tax-xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagtu t-tweġiba korretta tagħkom b'sms fuq 99013600. L-ewwel tweġiba tajba tirbaħ xahar b' Xejn l-ILLUM bil posta b'kollox. Nawguralkom ix-xahar ta' Mejju b'dak kollhu li tixtieq qalbkom. Namaste Illum qed inniedi l-EWWEL KTIEB tiegħi. Ktieb li malli tibdew taqrawh, ser iżommkom imwaħħlin f 'dak li qed taqraw. Għalihom il-qarrejja ta' din il-paġna, għandkom skont speċjali. L-ewwel 100 li jibbukjaw dan il-ktieb se jkollhom skont ta' 20% u dawk li jagħżlu li jintrabtu għal 4 xhur mal-paġna tiegħi, jingħataw 35% skont. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 99013600 / 79495804

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016