Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028
illum | Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 10 81 88 60 19 53 85 54 VILHENA Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna, Floriana DARWIN Pharmacy, 152, Triq il-Kbi- ra San Guzepp, Ħamrun ST. Venera Pharmacy, 532, Triq il- Kbira San Guzepp, Santa Venera ST. Paul's Pharmacy, Triq Brared, Birkirkara ST. Luke Pharmacy, Triq San Luqa, Pietà MEDICAL Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings Vjal ir-Rihan, San Ġwann MRABAT Pharmacy, 5, Triq l-Imra- bat, Sliema ILMEĦRIEŻ Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin ST. Mary Pharmacy, 71, Triq Sir Harry Luke, Mġarr REMEDIES Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier (previously "Mellieħa Pharmacy"), Mellieħa FLEMING Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola SAN Filippu Pharmacy, 155, Triq il- Vitorja, Isla MILIA'S Pharmacy, Triq il-Qalet C/W Triq il-Lampuka (previously "San Tumas Pharmacy"), Marsascala BRITANNIA Pharmacy, 5, Triq l-Baj- ja s-Sabiħa, Birżebbuġa PASTEUR Pharmacy, Triq it-Tellerit, Safi SANTA Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ NOVA Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat AZZOPARDI Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria ST. John's Pharmacy, 85, Triq l-Indip- endenza, Xewkija AIRPORT Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Imsaħħab b'xi ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu bir-ragħad għall-ewwel, li jsir ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Nofsinhar ix-Xlokk forza 3 għal 4 għall-ewwel, li jsir varjabbli forza 2 għal 3. Bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad. BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir ħafif IMBATT: Baxx mix-Xlokk L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 22˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira sabiħ b'xi sħab għoli VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 u jsir forza 3 mal-lejl BAĦAR: Ħafif IMBATT: Baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk Aħbarijiet 2 IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ-ċans li tirbaħ dan il-ktieb: L-istorja 'Markuż' hija waħda li titratta... ❏ Il-ħajja t-teatru ❏ Imħabba ❏ Mumenti komiċi ta' raġel jism Markuż Ibgħat ir-risposta tiegħek sas-6 ta' Ottubru f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 ippubblikat minn BDL Markuż Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': L-ewwel pass għal-liġi biex tneħħi l-libell kriminali WARA l-iżviluppi fil- liġijiet dwar il-libertà tal-espressjoni artistika, il-pass li jmiss hu l-immodernizzar tal- liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-libertà tal- espressjoni ġurnalistika. Fil-fatt, fl-ewwel seduta tal-Parlament fl-10 ta' Ottubru li ġej se jsir l-ewwel qari ta' abbozz ta' liġi approvat mill-Kabinett tal- Ministri, li għandu l-għan li jaġġorna l-oqsma tal-media u l-malafama għall-ħtiġijiet tad-dinja tal-lum. Dan l-abbozz huwa wieħed importanti għaliex se jdaħħal numru ta' bidliet. Ewlenija fosthom hija t-tneħħija sħiħa tal- libell kriminali. Bidla oħra se tkun id-dħul ta' mekkaniżmi ġodda ta' alternative dispute resolutions f 'kawżi ta' libelli ċivili. Fi stqarrija, il-Gvern saħaq li huwa kommess li jkompli jmexxi 'l quddiem aġenda progressiva favur iktar libertajiet u titjib tal-liġijiet li jirregolaw il- prinċipji fundamentali tad- demokrazija tagħna. Tfajla fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet minn fuq dgħajsa TFAJLA ta' 26 sena mis- Swieqi tinsab f 'qagħda kritika wara li waqgħet minn fuq dgħajsa u mal- waqgħa, spiċċat bejn żewġ dgħajjes. L-inċident seħħ fil-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, għall-ħabta tan-12:30, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru mill- Pulizija rriżulta li l-mara li għandha 26 sena, residenti s-Swieqi, għal xi raġuni, waqgħet minn fuq dgħajsa li kienet marbuta mal-moll f 'Tax-Xbiex. Jidher li l-mara waqgħet fil-baħar u ġiet bejn id-dgħajsa li kienet fuqha u oħra li kienet marbuta maġenbha. Il-mara ttellgħet mill-baħar minn raġel li f 'dak il-ħin kien magħha u xi nies oħra li kienu fil-viċinanzi u offrew l-għajnuna tagħhom. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li tinsab fil- periklu tal-mewt. Il-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera ġiet infurmata dwar l-inċident u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.