Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028
illum | Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 Għawdex 14 Iċ-Ċess laqqagħha m'Għawdex .....u issa trid tlaqqgħu mal-Għawdxin minn John Busuttil MONIKA Gergelova hi tfajla ta' 33 sena, oriġinarjament mis- Slovakkja, li għexet l-Ingilterra u llum tgħix Għawdex. Hi tfajla li l-akbar imħabba tagħha hi l-logħba taċ-ċess. Logħba li laqqgħeta m'Għawdex u spiċċat tgħix hawn bil- ħsieb li tkabbar din il- logħba f 'din il-gżira. Monika qaltilna li hi ħabbet din il-logħba minn meta kellha sitt snin, "iz- ziju tiegħi kien għamilli l-biċċiet taċ-ċess tal-injam u ħija kien ġabli sett taċ- ċess manjetiku mir-Russja li konna nilagħbu bih kull nhar ta' Ħadd ma' missieri u ħija. Iżda qatt ma kont tajba biżżejjed biex nirbħilhom. Kont ħafna aħjar fid-draughts. Sitt snin ilu mort mal-partner tiegħi f 'tournament taċ-ċess u meta bdejt nara lil kulħadd jilgħab iċ-ċess emmint li la setgħu jilagħbuh dawk, stajt nilagħbu jien. Issa ilni erba' snin nilagħbu b'mod professjonali. Sirt immur nilgħab tournaments u dejjem qed nogħla fil-grad tiegħi fejn ix-xewqa tiegħi hi li nitla sal-grad 200." Mitluba tgħidilna xi tfisser għaliha din il- logħba, Monika qaltilna li hi sfida li tħallik tikkompeti kontra ħaddieħor billi tuża moħħok u jdejk biex tmexxi l-biċċiet minn fuq il-board. "Togħġobni għax hi logħba li ma tistax tqarraq fiċ-ċess biex tirbaħ. Trid tilgħab kontra moħħok stess." Monika qaltilna li kemm ilha tilgħab iċ-ċess, għenha biex saret tikkalkula aħjar meta l-matematika qatt ma kienet tħobbha. "Sirt aktar paċenzjuża u nieħu deċiżjonijiet aħjar u ma ngħaġġilx qabel niddeċiedi. Iċ-ċess jgħinek fix-xogħol u fid-deċiżjonijiet li tieħu fil-ħajja. Niftakar li qabel bdejt nilgħab iċ-ċess, lanqas paċenzja noqgħod bilqiegħda ma kelli, ma kontx kapaċi niffoka fit-tul u kont hyperactive. Illum kapaċi nikontrolla n-nervi tiegħi. Iċ-ċess jgħinek ukoll li tkun kapaċi tneħħi kull problema minn moħħok li jkollok, u bħala mara hu diffiċli li tagħmel dan, għax il-mara temozzjona ruħha ħafna u dejjem taħseb fuq ħafna affarijiet iżda ċ-ċess għeni biex ninsa kollox u nidħol f 'dinja għalija." Din il-logħba kienet li laqqgħetha m'Għawdex. "Kont niġi Malta għat- tournaments 'open' kull sena u darba żort Għawdex u ħabbejtu mmens. In-nies, il-pajsaġġ, l-arja friska, il-prodotti agrikoli friski u nħossni aktar sigura. U jien li kont ngħix Londra u esperjenzajt Għawdex, id-differenza kienet enormi għalija. U l-klima li kważi dejjem xemx tħossok aktar pożittiva." Monika qalet ukoll li d-differenza bejn Malta u Għawdex hi li f 'Għawdex hemm aktar trankwillità, inqas nies u inqas karozzi. Monika llum torganizza tournaments taċ-ċess madwar id-dinja fejn is-sena li għaddiet organizzat l-ewwel wieħed f 'Għawdex li se jiġi muri fuq il-BBC fi programm jismu 'Checkmate' u din is-sena organizzat ieħor f 'Londra. "Ridt norganizza tournaments kif inħobb nilgħab jien: f 'kundizzjonijiet tajbin, atmosfera sabiħa, post komdu u li nġib grandmasters li jilagħbu fih b'rigal qawwi. Iċ-ċess mhux futbol, iżda fid-dinja hawn aktar nies jilagħbu ċess milli jilagħbu futbol. L-unika fattur negattiv hu li dan l-isport mhux imbuttat bħal sport ieħor. Biex tilgħab iċ- ċess, ma tużax ħafna attività fiżika iżda hu attiv ħafna għall-moħħ li tista' titlef ħafna kaloriji tilgħab iċ-ċess. Jekk tqatta' ħames sigħat tilgħab iċ-ċess, titlef ħafna kaloriji minħabba li tkun iffukat fuq il-logħba u tiekol u tixrob mill-inqas." Tlabtha tgħidilna eżatt x'inhu l-programm televiżiv li se jibda jidher fuq il- BBC, 'Checkmate' fejn qaltli li l-idea ġietha tliet snin ilu meta bejnha u bejn ruħha qalet, 'għaliex m'hemmx ċess fuq it- televiżjoni?' Fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet kien hemm programm fuq il-BBC jismu 'MasterGame'. Il-logħba taċ-ċess hi interessanti li taraha jekk tkun taf ir- regoli u għalhekk iddeċidejt li fil-programm indaħħal nies tekniċi li jfiehmu l-logħba lit-telespetattur. Żidt ukoll l-opinjoni tal- kummentatur li jfiehem x'qed jaħseb il-plejer qabel jagħmel il-mossa li jmiss. Anke jekk tkun taf tilagħbu, hu interessanti li titgħallem kif jaħseb ħaddieħor, speċjalment jekk ikun xi grandmaster. Għalhekk, 'Checkmate' hu programm għal kulħadd u mhux għal dawk li jafu jilagħbuh biss." Monika organizzat l-ewwel programm f 'Għawdex fejn qaltli li kien ferm interessanti li ħafna mill- plejers lanqas kienu jafu jew qatt żaru Malta jew Għawdex. Kien hawn preżenti anke grandmasters fejn ir-rebbieħ ħa €40,000. "Il-plejers iġġennu fuq Għawdex speċjalment ix-xemx, l-ikel u l-irħula Għawdxin u kollha wrew ix-xewqa li jirritornaw Fatti interessanti meta ċ-ċess kien popolari f 'Malta u Għawdex MIS-SENA 1938, Soler, Serracino Inglott u Frisk kienu jiddominaw ix-xena taċ-Ċess, iżda din id-dominanza kienet qed tiġi mhedda minn plejer ġdid u żagħżugħ, Wilfred Attard. Wara l-gwerra li waqqfet ħafna l-attività tal-logħba, Attard sar isem sinonimu meta rebaħ diversi Kampjonati konsekuttivi f 'Malta. Minkejja dan, il-gwerra ħolqot plejers oħra tajbin bejn l-1946 u l-1950, fejn ġie introdott Kampjonat tat-tfal. Mario Serracino Inglott ta' età tenera ta' 10 snin kien rebaħ l-ewwel titlu. Sadanittant, inħoloq nukleu ta' plejers ġodda li kien jinkludi lill G. Mifsud Bonnici, Harry Camilleri, segwiti wara xi snin minn Adriano Gouder u Claude Sollars li kollha kienu diġà ttimbrati li jispiċċaw 'champions' Maltin. Sadattant, tfaċċaw l-aħwa Godfrey u Herbert Darmanin b'Godfrey jispiċċa bħala l-ewwel president onorarju għal għomru tal- Malta Chess Federation. Fil-fatt, is-snin bejn l-1946 u l-1956 jistgħu jitqiesu bħala s-snin tad-deheb taċ-ċess f 'Malta. Isegwi l-passi ta' Benjacar u Serracino-Inglott, kien hemm Mike Spiteri, magħruf bħala 'Kilin', li injetta entużjasmu u enerġija ġdida fil-logħba permezz ta' kolonni fil-ġurnali dwar iċ-ċess. Dan il-fatt wassal biex kien hawn l-akbar numru ta' plejers taċ-ċess li qatt kien hawn f 'Malta. Tant li kien hawn madwar 15-il klabb taċ-ċess f 'Malta inkluża wieħed f 'Għawdex. Kull klabb kellu madwar 40 sa 50 plejer taċ-ċess fih. Monika Gergelova tilgħab il-logħba li tant tħobb