Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum Il-kap Nazzjonalista b'diskors ta' Soċjalista? Semma' l-'ħaddiema' 13-il darba, tkellem dwar il-fqir u l-batut, u niżel Bormla...Simon qed isir Soċjalist? minn Albert Gauci Cunningham ILFESTI tal-Indipendenza, minkejja li fil-fatt hija festa nazzjonali, jibqgħu l-kulminu taċ-ċelebrazzjonijiet annwali, tradizzjonali tal-Partit Nazzjonlista u għalhekk, id-diskors tal-Kap tal-PN jimmarka mhux biss id- direzzjoni tal-partit f 'dak il-mument partikolari, iżda wkoll il-viżjoni politika tal- Kap tal-PN u fejn tkun qed tħabbat qalbu. Huwa ċar li Simon Busuttil bid-diskors fuq il-Fosos tal- Furjana l-ġimgħa l-oħra qed jipprova jressaq lill-Partit Nazzjonalista aktar lejn iċ- ċentru xellug, milli qatt kien il-PN f 'dawn l-aħħar snin. Jista' jkun li qed jagħmel dan għal diversi raġunijiet. L-ewwel, għax hekk huwa l-veru twemmin ta' Simon Busuttil. Jista' jkun ukoll li qed jara opportunità fl-iskuntentizza ta' settur minoritarju imma b'saħħtu ta' Laburisti li jħossu li l-Partit Laburista m'għadux jirrapreżenta, jew m'għadux jirrapreżenta biżżejjed l-interessi tal-ħaddiema u taż- żgħir. Mhux l-għan ta' din l-analiżi partikolari li tagħti t-tweġibiet. Minflok se nippreżentaw sensiela ta' kwistjonijiet u fatti li joħorġu mid-diskors ta' Busuttil fuq il-Fosos, ġimgħa ilu. Dawn il-fatti flimkien, għandhom ikunu huma t-tweġiba ta' fejn qiegħed Busuttil illum u fejn irid jieħu lill-partit li qed imexxi, liema votanti qed jara li jistgħu jwassluh sa Kastilja u fuq liema bażi jrid jiġġieled il-kampanja elettorali li ġejja. Raġel tal-familja Tajjeb jew ħażin, huwa fatt li immaġini ta' politiku li huwa raġel ( jew mara) tal-familja tinżel aħjar ma' elettorat li huwa ġeneralment aktar konservattiv. L-immaġini ta' Busuttil imdawwar b'partner u tfal li jsostnuh, jagħtih aktar saħħa milli l-immaġini ta' Busuttil bħala persuna single. Alfred Sant jafha sew din u fil-fatt, bata minnha. Mhux neċessarjament verità konvenjenti din, imma verità xorta u stat ta' fatt li mexxej Malti jkollu jiffaċċja. Fil-bidu tad-diskors Busuttil semma lil Greg, Zak, Pippa u Kristina. Isejħilhom 'l-aktar nies importanti' għalih, 'li jżommuli saqajja mal-art u jfakkruni li kull deċiżjoni li nieħdu fil-politika taffetwa lin-nies...nirringrazzjahom tal- paċenzja...bejnietna l-ħamsa, minn hemm u min hawn nirnexxu." Il-ħaddiema Bormla...mhux Tas-Sliema Il-prezz tal-korruzzjoni Alleanza mal-Alleanza Lejn ix-xellug Qalb soċjali In-nostalġija F'paragrafu wieħed biss, li ma setax ħa aktar minn ħames minuti, Bu- suttil semma l-"ħaddiem" xejn inqas minn 13-il darba. Fl-eżekuzzjoni ta' diskors politiku, l-idjoma użata hija importanti ħafna. Il-fatt li Busuttil isemmi l-ħaddiema 13-il darba f 'temp daqstant qasir, juri sforz ċar di- rett lejn dak is-settur ta' votanti Laburisti diżillużi. Busuttil jaf li l-Gvern illum bena immaġini ta' Gvern pro-business. Anke jekk fiha nfisha din hija xi ħaġa pożittiva, ħafna qed iħossu li qed tkun a skapitu tal-ħaddiem u taż-żgħir. Busuttil irid jiżra ż-żerriegħa fuq din l-art fertili qabel Muscat jibda jroxx u jerġa' jisseduċi lejh il-voti li tilef. Interessanti kif mil-lokalitajiet kollha li seta' semma mill-house visits tiegħu, Busuttil isemmi Bormla. Lokalità, sinonima mal-akbar u l-eqqel avversarju tal-PN, Dom Mintoff u mal-Partit Laburista, inġenerali. Mhux b'kumbinazzjoni li Busuttil għażel li jsemmi laqgħa ma' familja f 'Bormla biex ikompli jaċċentwa aktar il-ħidma tiegħu fost dawk li qegħdin fil-bżonn u fost l-għeruq tal-Labour. Seta' semma l-Ħamrun, il-Marsa, l-Belt jew Buġibba kieku ried jitkellem dwar problemi soċjali. Imma semma Bormla...mhux b'kumbinazzjoni. Interessanti kif Busuttil qatta' ftit ħin biss mid-diskors jitkellem dwar il-korruzzjoni. Minflok, rabat b'mod pjuttost effettiv, il-prezz tal-korru- zzjoni ma' nuqqasijiet li dawk fil-faxex t'isfel qed iħossu. B'hekk Busuttil qed jibda jaċċerta li l-korruzzjoni ma tibqax impersonali, lil hinn mill- but tal-individwu, imma li permezz tas-sentiment ta' inġurja ta' 'għaliex dak u mhux jien?' joħloq katina ċara bejn il-korruzzjoni t'hemm mar- realtà t'hawn. Kliem Busuttil idur fuq is-suġġett tal-kera privata. Suġġett għal qalb l-Alleanza kontra l-Faqar ta' Charles Miceli, għal qalb ħafna xellugin u għall-qalb din il-gazzetta. Hawnhekk hawn ferita, mhux ta' eluf kbar ta' nies, imma xorta ta' ħafna nies. Għalhekk Busuttil juża l-istess argument ta' Miceli dwar il-flus li jifdallu xi ħadd fil-but wara li jħallas kera eżorbitanti. B'hekk qed jidħol fi kwistjoni li l-PN qabel kien jaraha bħala 'sagrosanta'; fi kwistjoni tas- suq isuq u ma jistax jintmess, dogma politika Nazzjonalista, adottata b'ħeġġa mill-Gvern preżenti. F'diskorsu, Busuttil jagħmel diversi referenzi għal sitwazzjonijiet ta' familji reali li hu jgħid li ltaqa' magħhom, anke jekk dawn il-familji seta' kellhom l-istess problema meta l-PN kien fil-Gvern. Jitkellem dwar il-prezz tal-ikel, imsemmi fir-rapport tal-Caritas u jitkellem ukoll dwar il-kirjiet u l-housing. Ilkoll suġġetti li qed jkunu diskussi minn nies u għaqdiet xellugin bħalissa. F'punt minnhom fid-diskors, Busuttil isemmi esperjenza tiegħu u ta' Kristina f 'xogħol volontarju ma' vittmi tad-droga għand il-Caritas. "Il-politika jien ma rridx nagħmilha mill-uffiċċju tiegħi imma billi mmur għand in-nies u nifhem l-esperjenzi." Hawnhekk Busuttil qed juri li wara dik il-faċċata xi naqra stirata, huwa bniedem b'qalb soċjali li jaf jifhem lill-batut. Laburisti mwarrba Għalkemm id-diskors kważi kollu kien xi ftit jew wisq iddirezzjonat lejn votanti Laburisti diżillużi, Busuttil jagħmel referenza darbtejn għalihom. "Anke nies Laburisti li ġew mwarrba sempliċiment għax mhux tal-klikka, xi kultant b'kattiverija, b'vendikazzjoni..." Busuttil jaf li hemm inġustizzji li ħafna minnhom saru taħt Gvern tal-PN stess li għadhom ma kinux irranġati. Jaf li dan qed idejjaq lil ħafna Laburisti, li ħafna minnhom qed iduru għal siti soċjali u anke fuq is-sit tagħna l-illum.com. mt biex jiżvogaw is-sens ta' abbandun mill-partit. "Nies Laburisti li huma ġenwinament diżappuntati jekk mhux ukoll traduti..." L-unika parti fejn deher ċar li Busuttil qed jindirizza lill-għeruq Nazzjonalisti kienet fil-parti finali tad-diskors, fejn kif dejjem ġara għal snin twal issa, tintlagħab il-karta tan-nostalġija. Filwaqt li fakkar f'dawk li kienu fuq il-Fosos 52 sena ilu, ikkwota parti mill-innu tal-PN u temm, għaċ-ċapċip u fervur tal-folla "ejjew għax Alla magħna, ejjaw ħa nirbħu żgur." Interessanti kif kien f'dan il-mument l-aktar li l-folla qamet. Indikazzjoni ċara li ħafna mid-diskors ta' Busuttil kien immirat għal-Laburist li kien qiegħed id-dar u forsi ddeċieda li jsegwi diskorsu minn fuq it-TV u mhux għall-folla Nazzjonalista qudd- iemu li dejjem ivvutat PN. 'Jien żort it- Tarzna' Proprjament, it-Tarzna ta' Palumbo u mhux id-Dockyard, kif konna nafuha sa ftit snin ilu. Id-dockyard fejn twieled il-Labour u l-GWU u minn fejn bdew uħud mill-aktar taqbidiet u konfronti vjolenti li seħħew fl-80jiet. Iżda anke hawn. Busuttil għażel b'mod mill-aktar konxju li jsem- mi t-Tarzna bħala l-ewwel post tax-xogħol li żar. Anke llum, anke jekk post politikament ikkargat bħal qabel, it-Tarzna tibqa' wieħed mis-simboli tal- ħaddiema tal-id, tradizzjonal- ment Laburisti. 1 10 2 3 4 5 6 7 8 9

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016