Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028
illum Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Sliema W. .................... 3 Floriana ...................... 1 SLIEMA Wanderers rebħu d-Derby l-Antik ta' Malta, meta b'wirja konvinċenti għelbu lil Floriana bl-iskor ta' 3-1. Floriana fetħu l-iskor fl- ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fit-11-il minuta meta l-attakkant miċidjali Taljan Mario Fontanella wara li rċieva minn pass tajjeb, dar mal-goalkeeper avversarju Glenn Zammit u tefa' f 'lasta vojta. Iżda l-Greens ma tantx damu jifirħu hekk kif il-Wanderers ġabu l-iskor indaqs fit-23 minuta meta minn freekick ta' Mathias Muchardi, Jean Paul Farrugia approfitta minn indeċiżjoni tal-goalkeeper Justin Haber, u tefa' l-ballun fix-xibka. U dan ma kienx biżżejjed, hekk kif it-tim immexxi mill-kowċ John Buttigieg qaleb l-iskor favuruh fil-31 minuta, meta Matias Muchardi li lbieraħ kien strumentali għall- Wanderers, għadda tajjeb lejn Salomon Wisdom, li permezz ta' xutt tajjeb minn ġol-kaxxa, tefa' l-ballun wara Justin Haber, u lill-partitarji tal-Wanderes f 'delirju ta' ferħ. Iżda xorta waħda, jidher li l-Wanderers ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif fl-40 minuta, huma għamluhom tlieta meta John Mintoff għadda pass preċiż lejn Marko Potezica li avvanza tajjeb fil-kaxxa, u permezz ta' xutt angulat tefa' l-ballun fix-xibka. It-tieni taqsima ma setatx bdiet agħar għal Sliema Wanderers hekk kif fid-49 minuta, spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta Marko Potezica wettaq fawl ikrah fil-konfront ta' Maurizio Vella, u r-referi Mario Apap mingħajr eżitazzjoni wera karta ħamra diretta lill-plejer Serb tal-Wanderers. Floriana approfittaw mill-fatt li kienu qed jilagħbu bi player aktar u bdew juru logħob aħjar, biex fl-64 minuta tentattiv minn freekick ta' Enzo Ruiz stampa mal-wieqfa. Sliema Wanderers irrispondew fis-67 minuta meta Denni Rocha dos Santos, kellu x-xutt insidjuż tiegħu minn ġol-kaxxa imdawwar f 'corner bi bravura minn Justin Haber. Sliema W. - Zammit, A. Muscat, Muir, Aquilina (Sansone 90'), Xuereb, Wisdom (Rocha dos Santos 46'), Muchardi, Mintoff, Scerri, Farrrugia (Dos Santos Tarlaziz Vieira 90'), Potezica Floriana - Haber, Monticelli (Farrugia 67'), Pepe, Ruiz, Pisani (Borg 46'), Varela, Vella, Pisani, Cini (Camenzuli 60'), Chiesa, Fontanella Referi - Mario Apap MATIAS MUCHARDI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil- ground. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Żebbug Rangers u Ħamrun Spartans. Sliema Wanderers jirbħu d-Derby l-Antik ta' Malta Mathias Muchardi segwit minn Antonio Monticelli Ritratt: Christine Borg Ritratt: Joe Borg