Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum Għawdex 15 m'Għawdex Il-Hamis TVM 20:45 f 'Għawdex." Iż-żagħżugħa Slovakka, adottata f 'Għawdex qalet li għandha ħolma li timbotta din il-logħba f 'Għawdex bħalma jilagħbuha f 'Malta. "Is-snin sittin kienu snin mingħajr kompjuters u mobiles u n-nies kienu jilagħbu aktar 'board games' bħaċ-ċess, karti, draughts, dominos eċċ. Il-ġenerazzjoni tal-lum qas taf kif taħseb mingħajr it-tablet u dawn il-'board games' jistgħu jgħaqqdu familja sħiħa, u s-sabiħ meta wieħed jirbaħ jew jitlef. Niftakar meta kont nitlef kontra missieri u ħija iżda llum nirbħilhom." Monika qed taħdem biex tiftaħ chess club f 'Għawdex li fih tintlagħab il- logħba regolari u anke jistgħu jmorru tfal u anke adulti biex jitgħallmu jilagħbuh. "Imbagħad wara li jkun hemm plejers tajbin, nibdew norganizzaw tournaments bejniethom u anke kontra clubs Maltin. U għaliex le, nibdew nikkompetu kontra pajjiżi oħra. Qaluli li fiż- żmien, f 'Għajnsielem kien hemm chess club u nixtieq li dan jerġa' jinfetaħ." Monika qalet li jkun tajjeb li ċ-ċess jiġi mgħallem fl- iskejjel għax din il-logħba ttejjeb il-ħiliet tal-kalkoli, kif taħseb b'mod strateġiku u li tkun aktar paċenzjuż. Mitluba ssemmi d-differenza bejn it-tliet pajjiżi li għexet, jiġifieri l-Islovakkja, Londra u Għawdex, Monika qalet li kull pajjiż għandu s-sabiħ tiegħu, u kull pajjiż hu differenti minn xulxin. "Inħoss in-nuqqas tal- muntanji u l-ħbieb tas- Slovakkja, il-ħwienet, il-kultura u l-ħbieb li għandi f 'Londra, iżda lill-Għawdex inħobbu wisq, speċjalment ix-xemx li hi nieqsa ferm f 'Londra. F'Għawdex, il-ħajja hi iżjed kalma u tagħtik spazju biex tgħix u mhux dejjem taħdem bla waqfien. Immur l-Ingilterra b'mod regolari għax għandi n-negozju tiegħi hemm u għandi post fejn noqgħod hemm, iżda dejjem ikolli seba' mitt sena biex nirritorna Għawdex." Sadanittant, Monika għadha kif laħqet ftehim biex minn din is-sena, tibda tgħallem iċ-ċess f 'On the Move Skola Sport fejn għall-klassijiet tagħha huma anke mistiedna l-adulti u l-ġenituri tat-tfal. It-tagħlim se jsir fil-Gozo Sports Complex nhar ta' Ġimgħa filgħaxija. Grandmaster taċ-ċess waqt il-filming ta' Check Mate f 'Għawdex Monika tgħallem lit-tfal Għawdxin il-logħba taċ-ċess Monika Gergelova bit-trophy speċjali magħmul Għawdex għaċ-Ċhampion tat-Tourna- ment li sar Għawdex flimkien ma' €40,000

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016