Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

L-AWTORITAJIET parrokjali Mostin, qed jesprimu t-tħassib tagħhom dwar l-impatt li se jkun hemm fuq l-istruttura tar- Rotunda, hekk kif mistenni jsir tħaffir estensiv biswit il-Knisja Mostija sabiex jinbeda l-proġett ippjanat li fost l-oħrajn se jkun qed jara parkeġġ taħt l-art għal din iż-żona. Dawn qed jinkwetaw li t-tħaffir u xogħol ta' skavar li jeħtieġ isir, jista' jkun ta' dannu għall-istess knisja. Minkejja li l-Kunsill Lokali tal-lokal diġà esprima ruħu favur dan il-proġett li għandu jtaffi jew ineħħi għal kollox il-problema ta' parkeġġ u traffiku f 'żona li tant għandha attività u kummerċ, dan it-tħassib qed jinfirex malajr fost il-poplu Mosti. Anke jekk l-awtoritajiet tal-knisja lokali qed jesprimu dan il-ħsieb fil-privat, l-idea fost il- pubbliku qed tinxtered, bit-tħassib jikber, u anke ġie espress minn Sandro Vella f 'opinjoni fuq ġurnal lokali ilbieraħ, fejn saħaq li l-proġett propost ipoġġi lir-Rotunda f 'risku strutturali bla bżonn. Intant ilbieraħ saret ukoll Konferenza mill- Kunsill Lokali tal-Mosta li fiha s-Sindku tal-Mosta Edwin Vassallo serraħ ras ir-residenti tal-Mosta u filwaqt li reġa' fakkar kif il-Kunsill jibqa' favur dan l-iżvilupp, wiegħed konsultazzjoni sħiħa mar-residenti qabel jibda l-proġett. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna AVVIŻ – IT-III SEJĦA Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), tixtieq tħabbar li se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti taħt l-Assi Prijoritarji u l-Prijoritajiet ta' Investiment elenkati hawn taħt mill-Ministeri, Dipartimenti tal- Gvern, Awtoritajiet tal-Gvern Ċentrali u Kumpaniji tas-Settur Pubbliku. Is-sejħa għall-Ass Prijoritarju 4 se tagħlaq il- Ġimgħa 2 ta' Diċembru 2016 f'nofsinhar filwaqt li s-sejħa għall-Assi Prijoritarji 7, 10 u 11 se tagħlaq il-Ġimgħa 27 ta' Jannar 2017 f'nofsinhar. Ass Prijoritarju 4 – 'Il-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju' Prijorità ta' Investiment (PI) 4c - Tiġi sostnuta l-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni intelliġenti tal-enerġija u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-infrastruttura pubblika, inkluż f'bini pubbliku u fis-settur tad-djar. Ass Prijoritarju 7 – 'Il-bidla lejn settur tat-trasport b'livell aktar baxx ta' emissjonijiet' Prijorità ta' Investiment (PI) 7c - Jiġu żviluppati u mtejba sistemi tat-trasport favur l-ambjent (inkluż b'livell ta' storbju baxx) u b'livell ta' karbonju baxx, inklużi passaġġi tal-ilma interni u trasport marittimu, portijiet, kollegamenti multimodali u infrastruttura tal-ajruporti, sabiex tiġi promossa l-mobilità reġjonali u lokali sostennibbli. Ass Prijoritarju 10 – 'L-investiment f'soċjetà aktar ekoloġika' Prijorità ta' Investiment (PI) 6i - Isir investiment fis-settur tal-iskart biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni u jiġu indirizzati l-bżonnijiet, identifikati mill-Istati Membri, għal investiment li jmur lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet. Prijorità ta' Investiment (PI) 6ii - Isir investiment fis-settur tal-ilma biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni u jiġu indirizzati l-bżonnijiet, identifikati mill-Istati Membri, għal investiment li jmur lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet. Ass Prijoritarju 11 – 'L-investiment f'infrastruttura TEN-T' Prijorità ta' Investiment (PI) 7i - Tiġi appoġġata Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fit-TEN-T. Nota: Għall-iskop ta' din is-sejħa ser jiġu kkunsidrati biss proposti sottomessi mill-Amministrazzjoni Pubblika u li għandhom fil-mira tagħhom infrastruttura tat-trasport marittimu. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti ta' proġetti hija disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Id-dokumentazzjoni ta' appoġġ inklużi n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà u n-noti ta' gwida dwar l-indikaturi marbuta ma' dan l-avviż huma disponibbli wkoll fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Applikanti prospettivi huma mħeġġa sabiex jirreferu għall-Programm Operattiv I disponibbli fuq l-istess sit u n-noti ta' gwida dwar l- eliġibbiltà sabiex jivverifikaw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għall-finanzjament permezz ta' din is-sejħa għal proposti ta' finanzjament. Qed jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni għal applikanti prospettivi. L-applikanti huma mistiedna jirreġistraw billi jimlew formola ta' reġistrazzjoni (disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls - taqsima PPCD) sa nhar it-Tnejn 10 ta' Ottubru 2016 f'nofsinhar. Id-dati u s-suġġetti huma dawn li ġejjin: Il-Ġimgħa 14 ta' Ottubru 2016 (Ħarsa Ġenerali); it-Tnejn 24 ta' Ottubru/it-Tlieta 25 ta' Ottubru/l-Erbgħa 26 ta' Ottubru/il-Ħamis 27 ta' Ottubru/il-Ġimgħa 28 ta' Ottubru 2016 (Kif Tapplika Onlajn - Workshop); il-Ġimgħa 4 ta' Novembru 2016 (FA/FFS/CBAs għall-Applikanti); il-Ġimgħa 11 ta' Novembru 2016 (Kif Tippjana Proposta ta' Proġett) Jistgħu jiġu organizzati sessjonijiet addizzjonali skont it-talbiet riċevuti. Aktar informazzjoni u mistoqsijiet ġeneriċi fuq din is- sejħa u fuq il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 jistgħu jinkisbu minn fuq http://eufunds.gov.mt jew minn fuq l-email tal-PPCD għal sejħiet għal proposti 2014-2020: info.eufunds@gov.mt Operational Programme I - European Structural and Investment Funds 2014-2020 Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges Advert part financed by the European Regional Development Fund (ERDF) Co-financing rate: 80% EU Funds; 20% National Funds L-awtoritajiet parrokkjali tal-Mosta inkwetati Pajjiżna jospita l-ewwel Summit Marittimu Malti Tħassib dwar ir-rotunda tal-Mosta KOLLOX jinsab lest biex il-ġimgħa d-dieħla pajjiżna jospita l-ewwel Summit Marittimu Malti li se jsir bejn it-Tnejn it-3 u l-Ħamis is-6 ta' Ottubru li ġej. Dan l-avveniment, li se jsir fuq skala internazzjonali bil- parteċipazzjoni ta' madwar 300 delegat, fosthom ministri barranin, għandu l-iskop li jkompli jikkonsolida r-rieda ta' dan il-Gvern li jistabilixxi lil pajjiżna bħala ċentru ta' eċċellenza marittima fil- Mediterran. Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li d-deċiżjoni biex avveniment daqstant importanti jsir hawn Malta tkompli timla lill-Gvern Malti b'kuraġġ biex jaħdem iżjed ħalli jassigura li Malta Marittima tkompli tibbenefika mill-pożizzjoni tagħha f 'dan is-settur internazzjonali, kemm f 'dak li huwa dħul barrani dirett kif ukoll il-valur miżjud fuq l-ekonomija. Is-summit se jagħti opportunità unika lil stakeholders fil-qasam marittimu biex jiltaqgħu, jiddiskutu u janalizzaw l-istrateġija marittima tal- UE u dik internazzjonali u l-impatt li qiegħda tħalli fuq l-industrija. Il-konferenza se tkun mifruxa fuq erbat ijiem u hija intiża biex tistimula dibattitu bl-iskop li jitħejjew proposti biex jiġu ppreżentati lilstakeholders u policymakers f 'Malta li se jkollhom il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE fl-2017. Matul din il-ġimgħa, il-Ministru Mizzi se jkollu wkoll numru ta' laqgħat bilaterali ma' ministri u stakeholders biex ikompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet tajbin li jeżistu f 'dan il- qasam. Intgħażlet proprju Malta bħala d-destianzzjoni li tospita dan is-summit mhux biss minħabba l-pożizzjoni eċċellenti ġeografika tagħha, iżda wkoll minħabba l-irwol ewlieni tagħha mhux biss fir-reġistrazzjoni ta' vapuri, iżda fl-aspetti l-oħrajn tal-industrija marittima. Pajjiżna llum għandu rwol kompetittiv, u r-responsabbiltajiet u l-obbligi tiegħu fil-qasam marittimu huma kbar. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016