Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 33 David Bugeja u Ste De Martino l- quċċata tal-basketball lokali minn Cristian Antony Muscat DAVID Bugeja rebaħ l-unur tal-BOV Basketball Plejer tas-Sena tal-Ewwel Diviżjoni tal-Irġiel, filwaqt li Steffi De Martino rebħet l-unur tal-BOV Basketball Plejer tas-Sena tal-Ewwel Diviżjoni tan-Nisa għall-istaġun 2015/2016. David Bugeja kien protagonist ewlieni fl-istaġun eċċellenti ta' Virtus li fih rebħu ħames unuri, biex temmew l-istaġun b'rebħa kbira ta' 3-0 fuq Athleta fil-finali tal-best-of-5. Il-plejer versatili kien b'mod kostanti fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers waqt li rnexxielu jikseb ir-reputazzjoni ta' difensur b'saħħtu. Min-naħa l-oħra Steffi De Martino, bħal dejjem kienet strumentali u indispensabbli biex it-tim tagħha Caffe Moak Luxol, jirbaħ erba' unuri tul l-aħħar staġun, fosthom il-Kampjonat. F'kummenti esklussivi li hija għaddiet lil din il-gazzetta hija qalet li: "L-istaġun li għadda kien wieħed ta' suċċess għalija personali u għat- tim kollu tan- nisa. ta' Luxol. Ninsab kuntenta hafna li rnexxielna nirbħu erba' unuri tul l-istaġun, speċjalment il-Kampjonat. Fl-aħħar tal-Kampjonat, kont iktar ikkonċentrata u kont motivata ħafna biex nirbaħ, li ġegħlitni niffoka iktar fuq it-taħriġ u għalhekk, kelli logħob fejn lgħabt aħjar. Però, nilgħab f 'tim ta' 12-il plejer fejn kull waħda minna kapaċi nidħlu fil-court u nilagħbu b'saħħitna u l-livell jibqa' l-istess. Il-fattur li mdawra bi plejers ta' dak il livell jgħinni kemm fit-taħriġ, kif ukoll fil-logħob għaliex naf li jekk toħroġli logħba ħażina, għandi 11-il plejer oħra li huma kapaċi jrebbħulna l-logħba. L-unuri personali dejjem ifissru xi ħaġa kbira għalija. L-unur tal-Plejer tas- Sena huwa importanti għalija għaliex juri li x-xogħol tiegħi li għamilt matul l-aħħar stagun ġie rikonoxxut. Però, l-għan tiegħi kien li nirbaħ il-Kampjonat - l-unur tal-Plejer tas-sena kien bonus li kull plejer jieħu gost bih. Kien unur li ħadtu bħala sorpriża, għaliex hemm diversi plejers ta' livell tajjeb u plejers li lagħbu barra minn xtutna fil-Kampjonat tan- Nisa, u għalhekk kull plejer issielet biex jirbaħ dan l-unur personali. Li tirbaħ dan l-unur meta qiegħda nikkompeti ma' nies ta' livell għoli huwa unur kbir għalija. L-istaġun li ġej ħa jkun wieħed li fih l-isfidi tiegħu. Kien hemm ħafna moviment minn timijiet oħra u għalhekk kien hemm it-tibdil. Matul din is- sena erġajna inkludejna l-plejers barranin fil-kampjonat u għalhekk il-logħba kienet waħda iktar interessanti. Min-naħa tal-Luxol, għandna kowċ Taljan ġdid li tana ideat differenti tal- logħba. Ninsab eċitata ħafna għall-istaġun li ġej u nispera li jkun wieħed ta' iktar suċċessi minn tas-sena l-oħra. Nixtieq nifraħ lill-plejers l-oħra li rebħu l-unur tal-Plejer tas-Sena, waqt li nixtieq nieħu dan il-mument biex nirringrazzja lil kull min għeni u tani s-sapport matul l-istaġun li għadda, speċjalment lill- plejers sħabi kollha, u l-kowċis li għenuni ferm biex inkompli navvanza fil- karriera tiegħi tal-basketball," temmet tgħid Steffi De Martino. Stefan Abela jippreżenta trofew kommemorattiv lil David Bugeja l-preżenza ta' Paul Sultana Paul Sultana jippreżenta tro- few kommemorattiv lil Ste De Martino Ritratt : BOV Riżultati pożittivi għal Swieqi Phoenix Volleyball fl -Ungerija ITTFAJLIET tas-Swieqi Phoenix Volleyball huma lura f 'Malta wara li pparteċipaw fl-20 edizzjoni tal-Eötvös Cup, kompetizzjoni prestiġjuża tal-Under 20 li ssir kull sena f 'Debrecen, it-tieni l-akbar belt tal-Ungerija. It-tfajliet tan-nursery ewlewnija tal-volleyball f 'Malta, rebbieħa l-aħħar staġun tal- kampjonati nazzjonali tal- Under 14, Under 16 u Under 18, irnexxielhom jiksbu r-ranking tal-10 post minn 32 klabb – kważi kollha mill- Ewropa tal-Lvant - li ħadu sehem fl-avveniment. F'kumment dwar il- parteċipazzjoni tas-Swieqi Phoenix Volleyball f 'dan it-tournament, il-President tal-klabb Orlando Bonnici qal li "Aħna kburin li l-plejers żgħażagħ tagħna rnexxielhom jikkompetu b'mod effettiv kontra wħud mill-aqwa timijiet Under 20 fl-Ewropa tal-Lvant. Ix-xorti tal-poloz fissret li kellna nissieltu l-aktar mat-timijiet Pollakki li kienu qed jieħdu sehem, u l-fatt li t-tfajliet tagħna rnexxielhom jakkwistaw erba' rebħiet u tliet telfiet, u dawn kollha b'differenzi minimi ta'punti, b'wieħed minnhom jispiċċa 2-1 - jgħid ħafna dwar il-livell tekniku, id-determinazzjoni u l-karattru li dawn urew tul il-kompetizzjoni." Fl- aħħar jum tat-tournament, li ddetermina l-klassifikazzjoni tas-Swieqi Phoenix fl-10 post, it-tfajliet tal-klabb għelbu lill-'home team' ta' Debrecen, Tiszaujvairosi Eötvös Jozsef Gimnazium 2-1 (26-24, 18- 25, 15-5), u sussegwentement tilfu kontra t-tim Pollakk qawwi ta' KS AZS-AWF Wroclaw 2-0 f 'logħba kombattuta ferm (25-18, 25-23). Sadanittant, l-investiment li qed jagħmel il-klabb fil- Phoenix Youth Beachvolley Academy – li hi appoġġjata minn MSV Life u Mapfre Middlesea –kompliet tagħti l-frott tagħha fl-Ungerija matul l-Eötvös Beachvolley Cup. Il-plejers tal-Phoenix Youth Beachvolley Academy, Ivana u Tamara Kenkovski kisbu l-pożizzjoni ta' 'runners-up' fil-kategorija Under 18 tal-kompetizzjoni, fejn tilfu biss il-finali kontra oppożizzjoni qawwija minn par Rumen, wara sensiela impressjonanti ta'rebħiet. Sadanittant, il-par l-ieħor Under 18 tal-klabb, kompost minn Mariana Zammit Munro u Darina Ilieva, irnexxielhom jaslu sal-ħames post fl-istess kompetizzjoni (minn 16-il tim Under 18). Għal aktar informazzjoni dwar Swieqi Phoenix Volleyball, jew sabiex wieħed jingħaqad ma wieħed mit- timijiet tan-nursery tagħhom, iktbu lil info@psc.com.mt. DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 It-tim ta' Swieqi Phoenix Volleyball f 'Debrecen, l-Ungerija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016