Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum Ma naqbilx le, li ssir moskea. L-ewwel nett ejja nkunu onesti, ilu jopera kontra l-liġi żmien twil il-post fejn hemm l-applikazzjoni. Issa jien kont il-laqgħa tal-Kunsill Lokali u l-Pulizija qalu li m'hemmx rapporti u dan mhu veru xejn. Jiena stess kont mort laqgħa meta kien Ministru Manwel Mallia u kont għidtlu li l-garaxx kien qed jintuża bħala moskea mingħajr permess, anke jekk hu qalli li mhux minnu. Le ma naqbilx, x'jiġifi eri? Hemmhekk jgħixu n-nies fl -istess blokka. Jiena mhux għax huma Musulmani, kulħadd għandu dritt jitlob imma kollox bil-permess u kollox f'żona apposta għalih. Jien m'għandix problema, diment li ma jagħmlux storbju żejjed bħalma wara kollox jagħmlu wkoll il-knejjes. L-importanti li ma jdejqux in-nies, bħalma wara kollox hemm ristoranti u bars li jdejqu n-nies hawnhekk. Dwar dak li ddeċieda l-Kunsill, nista' ngħid biss li jekk in-nies ma ħadux gost u lmentaw, seta' ma kellux għażla oħra. Wara kollox il-Kunsill Lokali u l-Kunsillieri min-nies iridu. Hawnhekk problema ta' parkeġġ sajf u xitwa għandna, m'għandniex għalfejn Moskea. Jien id-deċiżjoni tal-Kunsill Lokali ma narahiex ġusta, għax wara kollox kulħadd għandu dritt li jkollu fejn jitlob. Żewġi Musulman, imma anke li kieku le, bħalma aħna għandna l-Knisja, għaliex dawn m'għandhomx ikollhom il-Moskea? Jien naħseb li l-problema hija li għax huma Musulmani, mhux il-parkeġġ u l-istorbju għax meta jidħlu l-Musulmani, qisna nitkerrħu naqra aħna l-Maltin. Lawrence Tonna – Bugibba Sergio Sciberras – Qawra Josephine Kartal – Buġibba Le ma naqbilx li jkun hawn moskea hawn, għandhom Moskea Raħal Ġdid jekk iridu, jistgħu jkabbru dik. Jekk il-komunità Musulmana qed tgħid li m'għandhiex spazju, jekk trid tista' tkabbar dik diġà eżistenti mhux tapplika għal oħra. Jien naqbel mad-deċiżjoni tal-Kunsill u meta qal li ma jaqbilx għax se żżid il-problema tal-parkeġġ. Huwa vera li hawnhekk hawn problema kbira ta' parkeġġ. Iva naqbel mela, li jagħtuhom permess. U le ma naqbilx ma dak li qed jgħid il-Kunsill. Ma naħsibx li se tinħoloq problema ta' parkeġġ u storbju, wara kollox dawn il- problemi ssibhom kullimkien, anke fejn m'hemmx moskea. Samuel Zammit - Birkirkara Nathalie Farrugia - Birkirkara Jien ħaġa nista' ngħid. Il-poplu Malti huwa Kristjan u aħna l-Musulmani ma rridux nagħmlu problemi. Li nixtiequ biss huwa li jkun hemm rispett reċiproku, wara kollox aħna nitolbu qegħdin, mhux qed nagħmlu xejn ħażin. Il-Maltin huma sidien ta' pajjiżhom vera, imma tajjeb li jkun hemm rispett reċiproku bejnietna. Umit Kartal - Buġibba Le, jiddispjaċini imma ma naqbilx. Kull min huwa Musulman għandu Moskea diġà, issa jekk hemm problema ta' spazju mhux problema tagħna hux? Hemm Moskea Raħal Ġdid u jekk iridu jistgħu jmorru jitolbu hemmhekk, inkella se nimtlew. Bħala applikazzjoini m'għandhiex tkun problema għax ma narax kif qed tagħti fastidju billi titlob. Issa jekk hemm problema minħabba l-post partikolari, dejjem jista' jinstab post ieħor. Personalment ma narax li l-Maltin huma intolleranti, f'dan il-każ, l-aktar l-aktar forsi qed jiddubitaw hux post tajjeb hawnhekk minħabba l-ħwienet u minħabba li jgħixu numru ta' nies f'appartamenti. Marlene Cassar – Buġibba Amira – Qawra ILKUNSILL Lokali San Pawl il-Baħar, fil-laqgħa ta' nhar il-Erbgħa li għadda, iddiskuta l-applikazzjoni biex isir bdil ta' użu u sanzjonar ta' post għal post ta' talb. Dan il-post jinsab fi Triq il-Mazzola. Is-Sindku Graziella Galea tat l-informazzjoni dwar din l-applikazzjoni quddiem il-Kunsill kif ukoll xi diffikultajiet dwar din l-istess applikazzjoni, wara li l-Kunsillier Laburista Raymond Tabone ressaq numru ta' lmenti mingħand ir- residenti taż-żona. Għal-laqgħa attendew mal-20 persuna, fil- maggoranza tagħhom kontra l-applikazzjoni. Wara diskussjoni, il- membri tal-kunsill li kienu preżenti qablu li b'mod unanimu li l-Kunsill għandu joġġezzjona għal din l-applikazzjoni, għal dawn ir-raġunijiet. 1 - Il-post hu inadegwat - żgħir, taħt l-art u mhux aċċessibbli 2- Nuqqas ta' ordni pubblika u kawża ta' inkonvenjent - diġà kien hemm ilmenti mir- residenti li qiegħed ikun hemm persuni jitolbu fit-triq kif ukoll din l-attività tirrizulta f 'kawża ta' periklu għal kull min jgħaddi minn din iż- żona 3 - Żieda fin-nuqqas ta' parkeġġ li tali attività toħloq 4 - Dan il-post ilu jopera b'mod illegali u l-Kunsill m'għandux japprova illegalitajiet 5 - Attivitajiet bħal dawn għandhom jiġu evitati b'mod partikolari f 'żona turistika. Dawn l-attivitajiet iwasslu wkoll għal tnaqqis fil-valur tal- proprjetà fiż-żona. X'iddeċieda l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016