Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum Opinjoni A pparti fis-saħħa, fl-ekonomija, fl-enerġija, fir-riforma tal-ġustizzja u oqsma oħrajn, fid-drittijiet ċivili illum fl-2016, Malta hija minn ta' quddiem nett fl- Ewropa. Qed turi viżjoni. Qed tmexxi l-aġenda hi u mhux issegwi lil ħaddieħor. Anke minn temi kontroversjali qed toħroġ ta' pajjiż b'viżjoni ċara u li jaf sew d-direzzjoni. Iżda mhux dejjem kien hekk... Rewind 2008... Id-dritt fundamentali li suspettat investigat mill- Pulizija jkun assistit minn avukat tal-fiduċja tiegħu ġie stabbilit fl-Istati Uniti tal- Amerka fl-1966 fis-sentenza Miranda vs Arizona. Meta jien, aktar minn 40 sena wara, għamilt ħilti biex inqajjem kuxjenza li fis-sena 2008, Malta kienet l-unika pajjiż fl- Ewropa u possibbilment fid- dinja, li ma kinetx tippermetti dan d-dritt, mhux talli qamu l-irwiefen kollha, kundanni, tgħajjir u insulti (minn nukleu żgħir iżda dominanti fil- PN), talli ġejt deskritt bħala 'kontroversjali'! Tajba wkoll! Ma ninsewx li tliet snin wara Miranda, fl-1969 l-bniedem tela' fuq il-qamar u lanqas din ma baqgħet kontroversjali, aħseb u ara drittijiet akkordati lil kulħadd u kullimkien madwar id-dinja ħlief, sa erbgħin sena wara, fil-portfolio ta' ministri ultra- konservattivi bħal Tonio Borg u Carm Mifsud Bonnici, parti intrinsika min-nukleu ristrett iżda dominanti fil-PN. Ngħid nukleu żgħir iżda dominanti fil PN għax niddejjaq nipponta subghajja lejn partit sħiħ, ladarba l-verità kienet li ħafna anke fil-PN kienu konxji tar- ridikolaġni ta' sitwazzjoni surreali. Fl-1969, bilkemm li titla' fuq il-qamar ma kienet kontroversjali aħseb u ara li persuni arrestati jkollhom avukat! Fl-1969, aħseb u ara fl-2008! U allura wieħed mill-ħafna aġġettivi li esponenti ta' din il- klikka ristretta iżda dominanti fil-PN għamlu ħilithom biex inġustament iwaħħlu ma' ismi huwa dak ta' bniedem 'kontroversjali'. Issa biex inpoġġu kollox fil-perspettiva, ma kienx wieħed mill-anqas kumplimentużi li ppruvaw jattribwuli, u minkejja li huwa inġust, irriżervawli ħafna agħar, fid-disperazzjoni ta' mentalità t'assedju li daħlu fiha minħabba nuqqas kważi totali ta' viżjoni politika, traskuraġni u inkompetenza. Iżda x'kien hemm kontroversjali f 'li deputat fl- 2008 jagħmel kampanja sħiħa fil-Parlament biex drittijiet li kienu ilhom jitgawdew għal aktar minn 40 sena f 'pajjiżi oħra jibdew jitgawdew f 'Malta wkoll? X'kien hemm kontroversjali, wara li anke l-Qorti Ewropea fil-każ ta' Salduz vs Turkija iddikjarat dan id-dritt bħala dritt fundamentali tal-bniedem, deputat Parlamentari jastjeni minn vot minuri fil-Parlament bħala sinjal ta' protesta biex jiddaħħal dan id-dritt u Malta ma tibqax l-uniku pajjiż fl- Ewropa fejn jekk persuna tkun arrestata ma jkollhiex dritt tikkonsulta ma' avukat? Fil-verità, li kien kontroversjali, mhux min imbotta biex Malta tersaq lejn dak li kien normali fil-bqija tad-dinja, iżda kien kontroversjali jekk mhux addirittura inkompetenti, politikament irresponsabbli u nieqes kompletament minn viżjoni politika, min kien qed jimblokka dawn l-iżviluppi tant importanti. Fi Frar 2010, ftit jiem wara li kont astjenejt f 'vot minuri fil-Parlament, iddaħħal id- dritt li persuni jikkonsultaw ma' avukat sa siegħa qabel jiġu interrogati. Dan kien pass storiku fejn għall-ewwel darba pajjiżna ra l-introduzzjoni tal-intervent tal-avukat fl- istadju mill-aktar sensittiv u importanti tal-investigazzjoni. Mhux dan l-iżvilupp kien kotroversjali, iżda min kien qed jimblukkah għal snin. Iżda dan ma kienx biżżejjed għax kien ċar li kemm is- sentenzi tal-Qorti Ewropea kif ukoll direttiva tal-Unjoni Ewropea li kienet qed tiġi preparata kienu mexjin fid-direzzjoni li d-dritt ta' assistenza legali għandu jkun mhux biss qabel l-interrogazzjoni iżda wkoll waqt l-istess interrogazzjoni u allura filwaqt li konna għamilna pass, dan ma kienx biżżejjed biex nkunu in linea mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea, kif ukoll mal-bqija tal-Ewropa. Kien għalhekk li fit-8 ta' Novembru 2011 ppreżentajt mozzjoni fil-Parlament dwar Riforma Ħolistika fil- Ġustizzja li kienet tinkludi fil-punt numru sitta, sejħa sabiex jiddaħħal fis-seħħ dan d-dritt ta' assistenza legali waqt l-interrogazzjoni. X'kien hemm kontroversjali f 'dan kollu? L-intransiġenza u t-traskuraġni ta' Gvern li ma riedx jisma', mhux l-azzjonijiet tiegħi bħala deputat. Traskuraġni u intransigenza li ġabu riperkussjonijiet legali fil-Qrati. Kontroversji politiċi u oħrajn legali. U allura konna qegħdin bħala pajjiż f 'pożizzjoni kontroversjali. Tant kontroversjali li wara l-ewwel każ li kont istitwejt fil-Qrati Maltin, dak ta' Alvin Privitera, li fil-fatt kien ġie liberat minħabba stqarrijja difettuża meħuda mingħajr assistenza ta' avukat, mijiet jekk mhux eluf ta' talbiet oħrajn saru quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja jitolbu li stqarrijiet jiġu skartati. Il-materja ħadet snin f 'limbu ta' kontroversja u ġiet riżolta definittivament din s-sena fis-sentenza ta' Mario Borġ fil-Qorti Ewropea, li definittivament iddikjarat li stqarrija meħuda mingħajr assistenza ta' avukat mhijiex valida. U allura hija aħbar tajba dik magħmula mill-Ministeru tal-Ġustizzja f 'nofs din il- ġimgħa, aħbar li tirrisolvi snin ta' kontroversji, fejn tħabbar li dik il-proposta li kont għamilt lura f 'Novembru 2011, ta' assitenza legali waqt l-interrogazzjoni, issa se tkun qed tiġi implimentata permezz ta' intervent leġiżlattiv. Il-kontroversja maħluqa minn gvernijiet Nazzjonalisti konsekuttivi se tingħalaq darba għal dejjem. Se tipprevali l-viżjoni li kont esponejt fil-Parlament snin ilu. U dan kollu xi jfisser? Dan kollu jfisser li l-kontroversja ma ġibtiex jien meta sa mill-ewwel diskorsi tiegħi fil-Parlament bdejt nisħaq li dan id-dritt jiġi nfurzat billi l-ewwel tiġi attivata liġi li kienet għaddiet mil-Parlament fl-2002 u tħalliet rieqda, imbagħad li dik il-liġi tiġi msaħħa. Il- kontroversja ġabuha ministri li kienu komdi jħallu dan il-pajjiż erbgħin sena lura. Jiena sempliċiment kont qed nesponi viżjoni. Iżda dan kollu jfisser ħaġa oħra. Li lanqas ma kont kontroversjali meta mbuttajt bil-qawwa kollha l-qasma bejn id-dekasteri tal-Ġustizzja u l-Intern sabiex isiru żewġ ministeri separati. Kienet kontroversjali dik is-sitwazzjoni. Dak li kont qed insostni ma kienx biss ibbażat fuq il-mudell tal- pajjiżi Ewropej kważi kollha fejn iż-żewġ dekasteri huma separati għax jistgħu joħolqu kunflitti, iżda wkoll fuq bażi ta' Kummissjoni Ewropea ż-żewġ setturi għandhom Kummissarju separat. Kont ispirat mis-sens komun, mill-buon sens oltre viżjoni politika. Iżda fuq kollox, ir- riżoluzzjoni ta' dik s-sitwazzjoni kontroversjali (il-funzjoni tal-Ġustizzja u l-Intern), bil-qasma tal- ministeri li issa ġiet simentata fis-sistema tagħna, fetħet il-bieb beraħ biex ikunu jistgħu jsiru l-bqija tar- riforma estensivi u tiġi attwata l-viżjoni ħolistika inkorporata fil-mozzjoni parlamentari privata tiegħi tat-8 ta' Novembru 2011. Mingħajr dik il-qasma, mingħajr dik is- separazzjoni bejn il-ġustizzja u l-intern, ir-riforma tal- Ġustizzja difficliment setgħet issir. Iżda dan ifisser ukoll, ladarba ssemmiet il-klikka ristretta iżda dominanti fil-PN, li dik id-deċiżjoni kontroversjali li jiġi maħtur l-iżgħar Kabinett fl-istorja kompliet irrestrinġiet il-grupp fit-tmexxija għal oligarkija. U għal dawk li forsi jistaqsu jekk illum hemmx klikek, filwaqt li fit-tmexxija ta' kull gvern ikun hemm forsi uħud fdati ftit aktar minn oħrajn u dan kullimkien madwar d-dinja bħala normalità, is-sitwazzjoni llum hija ta' kabinett kważi d-doppju ta' dak preċedenti, bil-backbenchers kollha jipparteċipaw ukoll b'xi mod, b'distribuzzjoni wiesgħa ta' poter bejn r-rappreżentanti eletti tal-poplu li tirrisolvi ruħha propju f 'sitwazzjoni dijametrikament opposta għal dik tal-aħħar leġiżlatura. Kuntrast bejn deċiżjoni kontroversjali ta' Dr Gonzi li jirrestrinġi t-teħid tad- deċiżjonijiet għal ftit individwi li traskuraw fl- implimentazzjoni ta' tant riformi, u għall-kuntrarju d-deċiżjoni ta' Dr Muscat li jwessa' kemm jiflaħ il-bażi ta' min jieħu d-deċiżjonijiet biex jifrex l-implimentazzjoni tal- viżjoni tal-gvern li qed tħalli frott. Iżda fuq kollox, ifisser li l-politika għandha tkun strument li permezz tagħha jsir il-ġid. Dan il-pajjiż ħela biżżejjed żmien f 'kontroversji inutli minħabba min ma kellux viżjoni jmexxih lejn l-futur. Dan il-pajjiż m'għandux bżonn jidħol f 'kontroversji bla bżonn, pajjiż li qed ikompli jiskopri orgolju nazzjonali li jseddaq is-sens ta' nazzjon u fiduċja fil-kapaċitajiet tagħna bħala poplu. Filwaqt li huwa tajjeb li jkun hemm opinjonijiet differenti f 'kull soċjetà, anzi huwa essenzjali għax jkompli jsaħħaħ id-djalettika demokratika, żmien il- kontroversji inutli spiċċa minn dan il-pajjiż. Soċjetà li ma taspirax li titla' fuq il-qamar tifhimha. Però soċjetà li ma tirribellax meta mċaħħda minn drittijiet li pajjiżi oħra kienu ilhom igawdu ħamsin sena, hija soċjetà li qed issofri min mejt, soċjetà li qed titlef l-enerġija, soċjetà li qed timrad u li qed tissokkombi għal min irid jopprimiha. Għalekk din s-soċjetà rribbellat kontra forzi ultra-konservattivi għax hija soċjetà ħajja, soċjetà mimlija enerġija u mhix se taċċetta min jopprimiha la minn barra u la minn ġewwa, u lanqas se timpressjona ruha b'min jilgħabha tal- qaddis biex jgħaddasha f 'sitwazzjonijiet kontroversjali. U fuq kollox, le, qatt ma kont kontroversjali, iżda kien konvenjenti għal ħaddieħor li jipprova jittimbrani b'dan l-mod, għax qatt ma jista' jingħad li min jimbotta riforma li huma n-norma madwar id-dinja huwa bniedem kontroversjali! Franco Debono huwa Kummissarju għal-Liġijiet u konsulent tal-Prim Ministru dwar ir-Riforma tal-Ġustizzja FRANCO DEBONO Kontroversjali? 19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016