Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028
illum | Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 8 Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 Ninvestu fir-riżorsi umani sabiex noħolqu aktar opportunitajiet filwaqt li nippromwovu t-tisħiħ tas-soċjetà AVVIŻ – IT-III SEJĦA Fond Soċjali Ewropew L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal- Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), tixtieq tħabbar li se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti taħt l-Assi Prijoritarji u l-Prijoritajiet ta' Investiment elenkati hawn taħt. Din is-sejħa se tagħlaq il-Ġimgħa 27 ta' Jannar 2017 f'nofsinhar. Ass Prijoritarju 3 – 'Investiment fin-nies permezz tal-Edukazzjoni, Taħriġ u Tagħlim Tul il-Ħajja' Is-Sejħa taħt il-prijorità ta' investiment li ġejja hija ristretta għal interventi mill-Amministrazzjoni Pubblika: Prijorità ta' Investiment (PI) 10iv – It-titjib fir-rilevanza tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ għas-suq tax-xogħol, l- iffaċilitar tat-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol, it-tisħiħ tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) u l-kwalità tagħhom, inkluż permezz ta' mekkaniżmi għall-antiċipazzjoni tal-ħiliet, l-addattament tal-kurrikuli u l- istabbiliment u l-iżvilupp ta' sistemi tat-tagħlim ibbażati fuq ix-xogħol, inklużi sistemi ta' tagħlim doppju u skemi ta' apprendistat. Ass Prijoritarju 4 – 'Nibnu l-Kapaċità Amministrattiva Istituzzjonali' Is-Sejħa taħt il-prijorità ta' investiment li ġejja hija ristretta għal interventi mill-Amministrazzjoni Pubblika u l-Gvern Lokali: Prijorita ta' Investiment (PI) 11i - L-investiment fil-kapaċità istituzzjonali u fl-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali bl-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u governanza tajba. Is-Sejħa taħt il-prijorità ta' investiment li ġejja hija ristretta għal interventi minn Imsieħba soċjali u Organizzazzjonijiet tas- Soċjetà Ċivili; Korpi tal-Amministrazzjoni Pubblika involuti fit-twettiq tal-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ u l-impjegabbiltà u l-politiki soċjali: Prijorita ta' Investiment (PI) 11ii - Il-bini tal-kapaċitajiet għall-partijiet interessati kollha li jwasslu edukazzjoni, tagħlim tul il-ħajja, taħriġ u politika tal-impjiegi u politika soċjali, inkluż permezz ta' patti settorjali u territorjali għall-mobilizzazzjoni tar-riformi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti ta' proġetti hija disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Id-dokumentazzjoni ta' appoġġ inklużi n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà u n- noti ta' gwida dettaljati, in-noti ta' gwida dwar l-għażliet ta' spejjeż issimplifikati u n-noti ta' gwida dwar l-indikaturi marbuta ma' dan l-avviż huma disponibbli wkoll fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Applikanti prospettivi huma mħeġġa sabiex jirreferu għall-Programm Operattiv II disponibbli fuq l-istess sit u n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà sabiex jivverifikaw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għall-finanzjament permezz ta' din is-sejħa għal proposti ta' finanzjament. Qed jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni għal applikanti prospettivi. L-applikanti huma mistiedna jirreġistraw billi jimlew formola ta' reġistrazzjoni (disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls - taqsima PPCD) sa nhar it-Tnejn 10 ta' Ottubru 2016 f'nofsinhar. Id-dati u s-suġġetti huma dawn li ġejjin: Il-Ġimgħa 14 ta' Ottubru 2016 (Ħarsa Ġenerali); l-Erbgħa 9 ta' Novembru 2016 (Kif Tippjana Proposta Ta' Proġett); it-Tnejn 14 ta' Novembru/it-Tlieta 15 ta' Novembru/l-Erbgħa 16 ta' Novembru/il-Ħamis 17 ta' Novembru/il-Ġimgħa 18 ta' Novembru 2016 (Kif Tapplika Onlajn - Workshop) Jistgħu jiġu organizzati sessjonijiet addizzjonali skont it-talbiet riċevuti. Aktar informazzjoni u mistoqsijiet ġeneriċi fuq din is- sejħa u fuq il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 jistgħu jinkisbu minn fuq http://eufunds.gov.mt jew minn fuq l-email tal-PPCD għal sejħiet għal proposti 2014-2020: info.eufunds@gov.mt Operational Programme II - European Structural and Investment Funds 2014-2020 Investing in human capital to create more opportunities and promote the wellbeing of society Advert part financed by the European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 80% EU Funds; 20% National Funds IR-RELAZZJONIJIET eċċellenti li jeżistu bejn Malta u r-Renju Unit fl- affarijiet interni u tad- difiża, se jissaħħu aktar, irrispettivament mid- deċiżjoni meħuda mill- poplu Brittanniku li jitilqu mis-sħubija tagħhom mal-UE, saħaq il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela mal-Kummissarju Għoli Ingliż, Stuart Gill. Il-Kummissarju Għoli Gill, li ppreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President ta' Malta fl-1 ta' Settembru, għamel żjara ta' kortesija lill-Ministru Abela nhar il- Ġimgħa, 30 Settembu 2016. Id-diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE, li matulha kwistjonijiet bħall-imigrazzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu definittivament se jkun ta' tħassib. Il-Kummissarju Għoli qal li bil-Brexit, ir- Renju Unit se jkun ħiereġ mill-UE iżda mhux mill- Ewropa. Pajjiżi Ewropej għandhom bżonn jingħaqdu aktar flimkien minn qatt qabel hekk kif huma ffaċjati minn sfidi serji, qal Stuart Gill. Huwa żied li għalissa r-Renju Unit se jibqa' stat membru sħiħ fl-UE u f 'din il-kapaċità jibqa' sieħeb mill-qrib ta' Malta fl- Unjoni. 'Anke bi Brexit, ir-relazzjonijiet fl-affarijiet interni u tad-difiża se jkomplu jissaħħu' Delegazzjoni mis- Santwarju Ta' Pinu għall- Ġublew Marjan f 'Ruma FIL-ĠUBLEW Marjan li sa jinżamm f 'Ruma bejn is-7 u d-9 ta' Ottubru 2016, bħala parti miċ- ċelebrazzjonijiet universali tas-Sena Mqaddsa tal- Ħniena, il-gżejjer Maltin sa jkunu rrappreżentati minn delegazzjoni mis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta' Pinu, immexxija mir-Rettur Dun Gerard Buhagiar. Id-delegazzjoni Maltija sa tkun preżenti kemm għall-Velja ta' Talb tas-Sibt filgħaxija u kemm għall- Quddiesa tal-Papa fi Pjazza San Pietru l-Ħadd filgħodu. Barra dawn, mumenti oħra ta' ċelebrazzjoni jinkludu Quddiesa fil-Bażilika ta' Santa Maria Maggiore, Lejl ta' Adorazzjoni Ewkaristika u Rikonċiljazzjoni, u Pellegrinaġġ lejn il-Bibien Imqaddsa tal-Ħniena. Fil-purċissjoni Marjana tas-Sibt filgħaxija, id- delegazzjoni Maltija sa ġġorr il-bandalora tal-Madonna Ta' Pinu flimkien ma' santwarji Marjani oħra mid- dinja li sa jkunu qed jieħdu sehem f 'dan il-Pellegrinaġġ Ġubilari. Fl-istess waqt, sa jkun hemm ukoll l-okkażjoni li jintwera quddiem id- delegazzjonijiet l-oħra filmat ta' tliet minuti dwar Ta' Pinu u jitqassam materjal stampat dwar is-Santwarju, ħaġa li ċertament tgħin biex tiġbed iktar turiżmu reliġjuż lejn Malta u Għawdex, u speċjalment lejn l-istess Santwarju.