Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028
RAĠEL barrani ta' 33 sena, li huwa residenti f ' Tas- Sliema qed jinżamm mill- Pulizija għal iktar stħarriġ b'rabta mal-qtil ta' omm ta' 41 sena f 'San Ġiljan. Il-każ seħħ nhar il- Ġimgħa għall-ħabta tal- 17:00, meta l-Pulizija ta' San Ġiljan ġiet mgħarrfa li kien hemm persuna mejta ġewwa residenza privata fi Triq George P. Badger, San Ġiljan. Il-Pulizija marret minnufih fil-post indikat lilha fejn sabet ġisem bla ħajja ta' mara fuq sodda, u l-vittma ġiet identifikata bħala Caroline Magri ta' 41 sena mill-Imqabba, iżda residenti San Ġiljan. Persuni li kienu qrib tar-residenza fejn instabet mejta l-vittma semmew kif instemgħet bint il-vittma tgħajjat li kienu qatlula lil ommha fost biki kontinwu min-naħa tagħha, hekk kif kienet hi li sabet il-ġisem imdemmi u bla ħajja ta' ommha mixħut fuq is- sodda. Il-Pulizija mill-ewwel sostniet li dan huwa każ ta' omiċidju fejn intqal li Magri nqatlet permezz ta' arma li taqta' u bil-ponta. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Hu mifhum li l-vittma hi magħrufa sew mal-Pulizija u x-xahar li għadda ġiet imressqa l-Qorti dwar każ ta' ġlieda fil-Furjana fejn kienu involuti wkoll tliet irġiel barranin. illum | Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 10 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Facade Cleaning Services at MITA Data Centre using Environmental Friendly cleaning products - T104/16 Data ta' ħruġ: 27 ta' Settembru 2016 / Data ta' għeluq: 26 t' Ottubru 2016 IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom onlajn. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. Il-pjan alternattiv għall-Air Malta ma jinkludix bejgħ tal-ishma lill-pubbliku L-ammissjoni li l-Alitalia qed titlef €500,000 kuljum qajmet ħafna tħassib Tkompli minn paġna 1 INTANT, l-ILLUM tinsab infurmata wkoll li l-pjan alternattiv tal-Gvern għall- Air Malta ma jinkludix il- proposta li għamel il-Partit Nazzjonalista lura f 'Ġunju ta' din is-sena, jiġifieri li l-ishma jinbiegħu lill- pubbliku. Id-deċiżjoni tal-Prim Ministru tiġi fid-dawl ta' relazzjoni li qiegħda dejjem teħżien bejn il-ħaddiema tal-Alitalia u l-kumpanija. Dan is-sajf, preċiżament f 'Lulju li għadda, l-Alitalia kellha tikkanċella 142 titjira wara li benefiċċji u perkaċċi li kellhom il-ħaddiema, ġew mneħħija f 'eżerċizzju ta' tnaqqis ta' spejjeż. Il-ġimgħa l-oħra stess, il-ħaddiema għamlu strajk ieħor, din id- darba wieħed li waqqaf 150 titjira skedata. Meta kien qed jirreaġixxi għal dan l-aħħar strajk, il-Kap Eżekuttiv tal-Alitalia stess, Cramer Ball ammetta li l-kumpanija kienet qed tagħmel telf ta' €500,000 kuljum. Stqarrija li tefgħet lil dawk kollha mdaħħlin fin-negozjati hawn Malta f 'dilemma qawwija. L-ILLUM hija infurmata li l-istqarrija ta' Ball qajmet għagħa fost il-ħaddiema, b'bosta jistaqsu u jilmentaw dwar il-futur tagħhom. Dan kollu xegħel bozza ħamra f 'Kastilja, bil-konsegwenza li l-Prim Ministru kellu jerġa' jikkunsidra u janalizza n-negozjati mal-Alitalia. L-Alitalia ilha tiffaċċja problemi finanzjarji għal snin twal, għalkemm il-bejgħ ta' ishma lill-kumpanija Etihad bdiet iġġib lil-linja nazzjonali tal-ajru Taljana fuq saqajha. Fil-fatt, l-Alitalia rreġistrat telf ta' €580 miljun fl-2014 u €199 miljun fl-2015 bil-pjani huma li l-kumpanija tagħmel l-ewwel qligħ fi snin, matul is-sena d-dieħla. Dawn il-fatti, flimkien mal-istqarrija taċ- chairman tal-Alitalia Luca Cordero di Montezemolo li l-Alitalia mhux se tinvesti sold u mhi se tirriskja xejn, tappnu waħda sew il-prospetti ta' ftehim mal- Alitalia. Fil-fatt, il-prospett ta' ftehim mal-linja nazzjonali tal-ajru Taljana qatt ma kienet milqugħa b'mod pożittiv ħafna hekk kif kollox kien jindika li s-sieħeb strateġiku dirett tal-Air Malta kien se jkun wieħed minn dawn it-tlieta: Etihad, Air China jew Turkish Airlines. Montezemolo kien qal li l-Alitalia mhux se tinvesti sold fl-Air Malta Raġel ta' 33 sena miżmum dwar il-qtil f 'San Ġiljan Barrani jinżamm mill-Pulizija dwar l-omiċidju ta' Caroline Magri Ritratt: Chris Mangion