Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 24 Kummerċjali Innovent tniedi kumpless ġdid għall- organizazzjoni ta' okkażjonijiet ta' kull tip Din id-dar tas-seklu sittax, ġiet ikkonvertita f 'post uniku sabiex tilqa' okkazjonijiet ta' kull tip. Il-binja tradizzjonali f 'qalb il-kampanja Maltija hija mimlija awtentiċità. Il-kmamar tad-dar fejn qabel kienet tgħix il-familja, mimlija tradizzjoni tal- imgħoddi iżda aġġornati bi stil kontemporanju, illum gew imsejha The Club House. Taħt il-Club House jinsabu dawk li fl-imgħoddi kienu l-istallel, li ġew trasformati b'mod eċċezzjonali. The Vault huwa post tassew uniku, mimli maġija, atmosfera storika u karattru awtentiku Malti. Il-post joffri l-faċilitajiet kollha biex jinħoloq l-ispazju ideali biex timmeravilja lill- mistednin. The Rooftop, hija żona fuq barra li toffri veduti spettakolari tal-kampanja. Din għandha atmosfera eleganti u tagħti l-flessibbiltà li ttella' avvenimenti bi nhar kif ukoll filgħaxija. Innovent hija kumpanija li għandha iktar minn 30 sena esperjenza fil-qasam tad- divertiment u organizzazzjoni ta' okkażjonijiet ta' kwalunkwe xorta u dan jagħmilha kapaċi tilqa' ħtigijiet differenti b'garanzija ta' suċċess. Din il-kollezzjoni ta' postijiet awtentici Maltin ġiet imnedija waqt okkażjoni fejn il- mistednin setgħu jesperjenzaw l-atmosfera. Tnejn mit-tliet postijiet ġew restawrati riċentament u għalkemm joffru spazji uniċi, fl-istess ħin jikkumplimentaw lil xulxin. It-tliet spazji indipendenti u privati joffru esperjenza tassew unika. Il-postijiet jistgħu jinkrew apparti, jew flimkien għal laqghat, festi jew ikliet. L-Innovent tista' tgħinek b'kull tip ta' avveniment minn laqgħat żgħar ta' 10 persuni, għal dawk ikbar bħal konferenzi, tiġijiet, wirjiet u staff parties sa 500 ruħ. The Vault The Club House Farsons tirrapporta tkabbir kostanti f 'ambjent kompetittiv Il-Grupp Farsons irrapporta prestazzjoni finanzjarja tajba għas-sitt xhur li għalqu fil-31 ta' Lulju 2016 b'żidiet kemm fil-bejgħ kif ukoll fil-qligħ meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Il-bejgħ tal-Grupp ammonta għal €46 miljun bi qligħ wara t-taxxa mill-attivitajiet operattivi, ta' € 5.5 miljuni li jaqbeż iċ-ċifra rekord tas- sena l-oħra b'20%. Il-prestazzjoni tajba tal- ekonomija Maltija flimkien ma' tkabbir sinifikanti fin-numru ta' turisti li żaru pajjiżna, u l-infiq tagħhom taw kontribut għall- prestazzjoni aħjar tal-Grupp, b'mod partikolari lejn is-settur tal-birer ewlenin li tipproduċi l-kumpanija. Barra minn hekk, il-ftuħ ta' żewġ ristoranti franchise ġodda fil-Mosta taw sehem ewlieni fil-prestazzjoni li kellu dan in-negozju, filwaqt li s-settur tal-importazzjoni tal-ikel irreġistra bejgħ tajjeb u profitabbli. Il-qligħ għall-perjodu, inklużi l-operazzjonijiet li ma tkomplewx, naqas b'€796,000. Dan seħħ l-aktar minħabba aġġustament materjali ta' darba li kien ta' €1.8 miljun fir-riżultati tas-sena l-oħra relatat mal- bidliet fir-regoli ta' tassazzjoni tal-qligħ kapitali. F'ħarsa lejn il-prestazzjoni tan-negozju tal-Grupp, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp, Norman Aquilina qal: "In-negozju tagħna jibqa' jiddependi ħafna fuq il-klima ekonomika prevalenti, il-fiduċja tal-konsumatur u d-dħul disponibbli flimkien mal-prestazzjoni tas-settur turistiku. B'mod kawt hu qal "li qegħdin nissorveljaw il-fatturi potenzjali makroekonomiċi bħalma huma t-tkabbir ekonomiku bil-mod madwar l-UE u s-sitwazzjoni ta' bħalissa wara r-referendum tar-Renju Unit favur Brexit li jista' jkollu impatt fuq ir-riżultati tat-tieni nofs tas-sena. Barra minn hekk, id-deprezzament addizzjonali sinifikanti fuq l-investiment fil-faċilità tal-ippakkjar tal-birra jista' jħalli impatt ukoll fuq ir- riżultati tas-sena kollha." Dwar l-investimenti, bħalissa għaddej ukoll xogħol ta' bini fuq l-estensjoni taċ-ċentru tal- loġistika flimkien mal-iżvilupp ta' spazji ġodda għall-uffiċċji biex minnhom joperaw l-impjegati fl-amministrazzjoni tal-Grupp. Iċ-Chairman tal-Grupp, Louis A. Farrugia, irrefera għal xogħol ieħor relatat mad-disinn u l-ippjanar tan-negozju għall- Farsons Business Park. Hu qal li "l-proċess tal-applikazzjoni tal-ippjanar miexi tajjeb u l-proġett mistenni jibda fit- tieni nofs tas-sena 2017, wara li jkun hemm approvazzjoni tal-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-2017." Il-bord tad-diretturi rrakkomanda dividend interim ta' €1 miljun, l-istess bħas-sena l-oħra li jitħallas mill-qligħ eżenti mit-taxxa fid-19 ta' Ottubru lill-azzjonisti ordinarji kollha reġistrati fil-5 ta' Ottubru 2016. Il-Bank of Valletta jestendi l-ħinijiet tal-ftuħ tiegħu għax-xhur tax-xitwa Il-Bank of Valletta ħabbar li ħdax-il fergħa tiegħu se jkunu qed joffru sigħat tal-ftuħ itwal matul ix-xhur tax-xitwa. Min-nhar it-Tnejn, 3 ta' Ottubru 2016, il-fergħat f 'dawn il-lokalitajiet li ġejjin se jkunu miftuħa għan-negozju bejn l-4.30 pm u s-7.00 pm. Nhar ta' Tlieta, jiftħu l-fergħat tal-Mosta u taż-Żejtun, nhar ta' Erbgħa jiftħu dawk tan- Naxxar, Rabat (Għawdex) u ta' Ħaż-Żebbuġ. Il-Ħamis tiftaħ il- fergħa ta' San Ġwann u nhar ta' Ġimgħa jiftħu dawn il-fergħat: Gżira, Mosta, Preluna Towers Tas-Sliema, Ħal Qormi, Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Żurrieq. "Konxji li l-ħin huwa komodità prezzjuża fid-dinja tal-lum, il- Bank of Valletta huwa impenjat li jipprovdi l-aktar servizz sempliċi possibbli, u għalhekk jimplimenta miżuri li jgħinu lill-klijenti jużaw il-ħin tagħhom bil-mod l-aktar effiċjenti," spjega Geoffrey Ghigo, Head Branch Network fil-Bank of Valletta. Matul is-sigħat tal-ftuħ estiżi, il-klijenti huma mistiedna jżuru l-fergħat tal-BOV biex jistaqsu dwar jew japplikaw għal firxa ta' servizzi inkluż il-ftuħ ta' kontijiet ġodda, prodotti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, investimenti, self għad-djar, self personali, karti tad-debitu u tal-kreditu, tranżazzjonijiet mal- istockbrokers, internet banking u mobile banking. Il-Bank jinkoraġġixxi wkoll lill- klijenti jiskedaw appuntament qabel ma jżuru l-fergħa b'mod partikolari matul is-servizz estiż, sabiex ikunu jistgħu jingħataw prijorità.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016