Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Bidla bħalissa fil-ħajja mhix se tagħmel ġid, u pjuttost taf tikkomplika l-affarijiet li diġà hemm qishom xi ftit ikkumplikati. L-aħjar huwa li tin- qata' ftit għalik u tgħarbel ftit fil-fond dak kollu li għaddej madwarek. L-aħjar mument li int tiddeċiedi, jkun minn nofs Ottubru. Dak huwa żmien fejn int se tkun iktar int, u iktar kalm. Dejjem imxi b'moħħok u mhux b'qalbek, għax meta mxejt b'qalbek ħriġt tellief. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 15, 24 u 37. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Wasal iż-żmien li differenza li int għandek ma' per- suna mill-passat tiegħek, titranġa. Dan hu żmien tajjeb sabiex din il-ġerħa li ilha għal żmien mad- warek, issa għandha bil-mod tiġi rranġata u dan se jkun effett pożittiv madwarek. Għalkemm taħseb li din is-sitwazzjoni mhix ta' tant importanza, hi iktar importanti milli taħseb int. Huwa biss iż-żmien li ġej li se jurik kemm kien importanti dan il-pass pożittiv. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 25 u 35. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ir-ras iebsa tiegħek taf tkun ta' iktar kumplikazzjo- ni f'dak li int għaddej minnu bħalissa. Għalkemm jista' jkun hemm xi raġun, imma trid trattab ftit dik ir-ras iebsa, għax b'hekk biss tista' tasal. Ovvja- ment, m'għandekx toqgħod għal kollox, imma trid ukoll tkun ftit moderat f'dak li jista' jkun ta' titjib mad- warek. Għalkemm għandek tgħarbel sew dak kollu li hemm għaddej, imma wara dan kun ftit aktar flessibbli. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 18, 22 u 34. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Pawsa ta' xi vaganza jew weekend break mal-part- ner tiegħek li int qed tħejji, tkun tajba ħafna sabiex isibu ftit ħin flimkien. Hemm bżonn din il-ġabra tagħkom sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tagħkom u ankke tkun ta' ftit ta' rilassament mill-pressjoni li issa ilha ddur madwarkom. Il-kumpanija ta' xulxin bħalissa hija ċ-ċavetta sabiex it-tnejn li intom tkomplu mexjin b'ritmu pożittiv li bħalissa hemm madwarkom. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 14, 23 u 38. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Mument attiv qawwi ġej madwarek. L-attività se tkun l-iktar importanza f'dak li int hemm mad- warek, għalkemm se jkun hemm intoppi, imma xorta waħda fl-aħħar mill-aħħar l-affarijiet se ġġibhom kif tixtieq int. Bħalissa, għaddej bla nifs sabiex tqawwi s-sitwazzjoni ta' madwarek u għalkemm taħseb li mhux ikun effettiv, dan mhux il-każ għax dan se jħalli l-frott tiegħu fiż-żmien li ġej. Kompli miexi bil-pjanijiet tiegħek. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Pi- sces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 29 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għalkemm tħossok xi ftit trankwill, ix-xahar ta' Ottubru se jkun xahar fejn se jkollok ħafna taqlib madwarek, imma l-importanti li int tkun iffukat fuq dak li huwa tajjeb għalik u li int tħossok tajjeb. Tħallix pressjoni minn madwarek tkun ta' ostaklu fil- pass li int tixtieq tagħmel. Li tieħu xi forma ta' parir, ikun tajjeb, imma fl-aħħar mill-aħħar, trid tkun int li tagħmel l-aħħar pass. Fik tħoss dik il-bidla. Agħraf dan. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 14, 25 u 39. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Xi kultant, fil-ħajja tipprova għalik tkun tajjeb, imma sfortunatament, dan ikun bil-kontra. Taqtax qalbek. Bħalissa għandek ftit ta' żmien diffiċli quddiemek, imma dan m'għandux jibdel minn dak it-tajjeb li int għandek. Tħallix dan iż-żmien ikun xi forma ta' fixkla għalik. Int kompli kun pożittiv, u kompli għamel dak li tħoss li huwa tajjeb. Tibżax, dak li int qed tiżra llum, se tkun qed tara l-frott tiegħu fiż-żmien li ġej. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 16, 22 u 30. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru L-arja pożittiva li qed iddur madwarek u li qed toffrilek diversi opportunitajiet taf titlef ir-ritmu tagħha f'dawn il-ġimgħat li ġejjin. Dan minħabba ċaqliq fis-sistema astroloġika, mhux għax int tkun għamilt xi ħaġa ħażina, jew inkella taħseb li xi ħadd seħtek. Għalhkk, żomm lilek kawt u minn dak li n qed tagħraf tak- kwista, sarrfu b'aktar għaqal sabiex meta dan il-mument ikun mad- warek, int tibqa' miexi xorta. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 16, 26 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Int trid tagħraf timxi iktar mas-sitwazzjoni li bħalissa hemm madwarek. Jekk se tipprova tara kif tista' tgħawweġ dak li hemm bħalissa jdur madwarek, aktar tista' tikkomplika s-sitwazzjoni. Żomm lilek kalm għax in-nervi li forsi tiżvugahom ma' xi ħadd, tkompli tikkomplika kollox. Jekk int tara li għalissa bħal qisek tlift ċertu kontroll u ma tistax taqbad ritmu, ieqaf għal kollox. Jekk int tara li għalissa bħal qisek tlift ċertu kontroll u ma tistax taqbad ritmu, ieqaf għal ftit u ħu break. Din is-sitwazzjoni ma tantx baqgħalha madwarek. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Can- cer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 19, 24 u 35. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novem- bru Jista' jkun li int qed tħoss li riesaq żmien iebes lejk, għalhekk għandek minn issa tħejji lilek innifsek iktar. Issa jekk int tagħraf tibda minn issa tħejji lilek tajjeb, dan jasal jgħaddi minn madwarek u jaf ikollu ftit effett, imma jekk int tieħu kollox 'for granted' allura taf issib lilek innifsek maqbud ġo fażi li mhux malajr toħroġ minnha. Ottubru għal Scorpio jista' jkun xahar ta' sfida, għalhekk int kun imħejji u b'hekk tagħraf timxi. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 28 u 32. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru L-imħabba tibqa' kwistjoni madwarek, imma int tibqa' qisek imwaħħal mal-passat u dan mhux ikun xejn tajjeb għalik. Jekk int trid tkompli tagħraf il-passat muġugħ tiegħek, agħmel biss li jkun forma ta' gwida għalik sabiex jibqa' jkun ta' emra għal dak li jista' jiġri. Jekk trid, fil-preżent int timxi ħafna iktar 'il quddiem u tkun ħafna aħjar milli qatt kont, imma trid tagħraf tikkumbatti l-passat li għal xi raġuni għadu madwarek. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 17, 25 u 32. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jan- nar Tibżax tieħu xi deċiżjoni li ilek tħejji dwarha, għalkemm jista' jkun li sejra taffetwak xi ftit minn dak li int bħalissa hemm madwarek, imma jinħass li wasal il-mument li int tagħmel pass ieħor fil-ħajja personali tiegħek. F'dawn il-ħmistax li ġejjin, ikun iż-żmien opportun li int tieħu din id-deċiżjoni, wara taf tkun xi ftit iktar diffiċli. Emmen fik innifsek u ħares 'il quddiem. Żgur li dan ikun ta' ġid għalik. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa se tkun negattiva għalik ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 19, 22 u 38. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Kull min jordna l-ktieb minn din il-paġna: 1. Jingħata skont fuq il-prezz tal-ktieb 2. ingħata xahar b'XEJN tal-gazzetta ILLUM 3. 10% skont fuq trattamenti ta' sbuħija Għal iktar informazzjoni, ċemplu fuq 99013600 Offerti għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016