Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum 3 Aħbarijiet 72% jemmnu li l-maġġoranza tal-MEPs ivvutaw kontra n-nomina ta' Leo Brincat għax il-PN ħadem kontrih minn Veronica Lynn Mizzi ANKE jekk nhar il-Ħamis li għadda, in-nomina ta' Leo Brincat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri kienet approvata mill-Kunsill tal-Ministri tal- UE, 72% jew 1,500 persuna li ħadu sehem fl-istħarriġ online ta' kull ġimgħa fuq l-illum.com.mt jemmnu li l-Partit Nazzjonalista ħadem kontra n-nomina ta' Malta. Din kienet ir-raġuni, jemmnu l-biċċa l-kbira tal- qarrejja tagħna, għalfejn il-maġġoranza tal-Membri tal- Parlament Ewropew ivvutaw kontra n-nomina ta' Leo Brincat. Din hija l-linja ta' kritika li bosta esponenti tal-PL mexxew fil-konfront tal-Oppożizzjoni, fosthom bosta deputati u anke l-eks President tal-Partit Laburista, Emanuel Cuschieri. Ma' dawn ingħaqad ukoll l-eks deputat Nazzjonalista, Jeffrey Pullicino Orlando u l-eks deputat Nazzjonalista Franco Debono, f 'artiklu li kiteb fuq din il-gazzetta nhar il-Ħadd 18 ta' Settembru, bl-isem ta' 'Ir-responsabbiltà politika'. Min-naħa l-oħra mbagħad, kienu kważi 25%, jew minn kull erba' ta' dawk li vvutaw fl-istħarriġ, li jemmnu li l-votazzjoni marret kif marret minħabba li l-każ Panama tefa' dell ikrah fuq Brincat, li f 'vot ta' sfiduċja kontra l-Ministru Konrad Mizzi, ivvota mal- Gvern. Dawn jemmnu li dan il-każ kollu tefa' dawk ikrah fuq Malta. Din kienet il-linja ta' kritika tal-Partit Nazzjonalista, MPE tiegħu, il- Kap tal-Oppożizzjoni u numru ta' opinjonisti. Kienu bosta dawk li ħallew il- kummenti tagħhom dwar din il-kwistjoni minn fost l-2,100 li vvutaw, u fil-maġġoranza tagħhom kienu kummenti li jisħqu li l-PN messu jistħi li ħadem kontra Malta. Kumment partikolari mill- qarrejja Mary Bugeja jgħid li, 'n-Nazzjonalisti huma tradituri u min hu traditur ma jistax jissejjeħ Malti. Ma jifilħux jaraw lil pajjiżna l-aqwa fl- Ewropa.' Żiedet tgħid li min jifraħ bid-deni, ma jistħoqqlux ikun Prim Ministru, u li, 'l-kap tan-Nazzjonalisti jmissu jistħi jirreaġixxi b'dak il-mod.' Fil-kumment tiegħu, Guido Cutajar Forte spjega s-sitwazzjoni u qabbilha daqslikieku jkollok argument fil-familja, 'u tmur għand tal-grocer u toqgħod tgħid xi ġralek f 'darek'. Annie Adams, fil-kumment tagħha tistaqsi x'hemm ħażin f 'li jintagħżel Leo Brincat għaliex huwa raġel onest u huwa intiż f 'xogħlu. Intant, kienu biss 1.35% li qalu li Brincat ma kienx kompetenti, u kien għalhekk li l-maġġoranza vvutat kontrih. Fil-fatt, f 'risposta għall- kumment ta' Annie Adams, Stephen Pace qal li kieku tagħti ħarsa lejn il-ħidma fqira ta' Brincat bħala ministru għall- ambjent, tbiddel fehemtha, u partikolarment isemmi d-dokument għall-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp. Diversi persuni, f 'kummenti fuq illum.com.mt, tkellmu wkoll dwar kif din id-deċiżjoni mhux se taffetwa biss lil Malta mal-Ewropej iżda se timpatta wkoll fuq il-Partit Nazzjonalista nnifsu. Fil-fatt, Steve Tabone jgħid li permezz tad-deċiżjoni li ħa l-Kap tal-Oppożizzjoni, 'irnexxielu jumilja lil Malta fl-UE, u daqs kemm kienet kbira l-ħsara mal-Ewropej, hekk ukoll kienet kbira l-ħsara lill-PN mal- Maltin.' 'Messkom tistħu...ja tradituri' 'Mhux billi tagħti l-permess ta' ħanut, biex imbagħad isir burdell' IRREALTÀ li bosta ħwienet tal-massaġġi bl-extras, jagħmluha ta' ħwienet tal-massaġġi leġittimi, ilha sigriet magħruf għal diversi snin. Dan jiġi b'detriment għal dawk il-persuni onesti u professjonali li jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum tagħhom minn trattamenti ta' sbuħija u sessjonijiet ta' massaġġi professjonali. F'kuntatt li din il- gazzetta għamlet mal-President tal- Malta Association of Beauty Therapists Magda Magri Naudi, din saħqet li ma jistax ikun li jinħarġu l-permessi għal dawn il-ħwienet u salons kif ġieb u laħaq mingħajr ma jsiru t-tfittxijiet u l-konfermi neċessarji sabiex jiġu żgurati li l-persuni li qed jitħaddmu f 'dawn is-salons, mhumiex jipparteċipaw f 'attivitajiet illegali fi ħdan l-istess bini. Fil-fatt, Magri Naudi tinsisti li, "mhux imbilli tagħti l-permessi, imbagħad dawn il-ħwienet isiru briedel." Fil-fatt, il-president tal- Assoċjazzjoni tat-Terapisti tas-Sbuħija sostniet li jeħtieġ ikun hemm iktar sorveljanza u żjarat regolari u għal għarrieda wara li jinħarġu l-permessi sabiex jinfetaħ ħanut bħala salon tas-sbuħija jew massage parlour. "Hemm bżonn li tas-sanità u tat-trade imorru għand is-salons biex jiċċekjaw dak li jkunu qed jagħmlu, u jaraw li l-ħaddiema u s-sidien ikunu persuni kwalifikati f 'dan il- qasam," tisħaq Magri Naudi waqt li tgħid li s-sitwazzjoni baqgħet kif kienet, u għadu ma nbidel xejn. Minn meta din il-gazzetta tkellmet l-aħħar ma' Magri Naudi dwar din is-sitwazzjoni lura f 'Diċembru li għadda, hi sostniet li għadu ma sar xejn, u qajla nbidlet is-sitwazzjoni f 'dan ir-rigward. Għalhekk, il-President tal- Assoċjazzjoni appellat biex dawk il-beauticians kollha li jagħmlu xogħol onest u professjonali, jingħaqdu mal-assoċjazzjoni għaliex, "f 'għaqda, hemm iktar saħħa." Meta tkellmet mal-ILLUM, Magda Magri Naudi elenkat punti importanti li jeħtieġ li min hu professjonali u involut fis-settur iżomm magħhom, fosthom li jagħti importanza massima lil kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà, jaċċerta li l-impjegati jkunu kollha kwalifikati, jkollhom assigurazzjoni għal xogħolhom u jingħaqdu f 'assoċjazzjoni. Finalment, Magri Naudi temmet tgħid li, "hemm bżonn li nsemmgħu leħinna u nagħmlu xi ħaġa dwar din is-sitwazzjoni għax dan qed iħalli impatt negattiv fuqna, bis-salons tagħna." 'Jibagħtuhom lura kif tiskadielhom il-viża' Intant, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' persuna li għandha l-kwalifiki biex tagħti servizzi ta' sbuħija u tal-massaġġi, li għal xi żmien, kienet taħdem f 'salon li joffri massaġġi bl-extras, fejn iżda hi insistiet li qatt ma tat dawn is-servizzi u dejjem irrifjutat li tagħmel dan. Din il-mara, li llum il-ġurnata topera mid-dar tagħha minħabba li kif qalet hi, ħafna nies pruvaw jagħmlulha l-ħsara għax ma riditx taħdem b'dan il-mod, saħqet li n-nisa l-oħra li kien ikun hemm magħha fis-salons kienu jkunu kollha ta' nazzjonalità barranija. Żiedet tgħid li dawn kienu jinġiebu minn min iħaddem direttament minn barra l-pajjiż biex jidħlu jaħdmu fis-salons. Tgħid ukoll li dawn kienu jinbidlu sikwit skont kemm tkun valida l-viża tagħhom. "Kienu jiġu t-tfajliet ġodda kull xahar jew kull tliet xhur is-salon, għax kienu jintbagħtu lura meta tiskadielhom il-viża." Din il-mara tirrakonta kif minħabba n-natura tas-salon, spiss kienu jiġu klijenti li jinsistu li din tagħti s-servizzi tagħha u l-extras, u saħansitra ġiet mhedda minn klijent ieħor f 'okkażjoni oħra li se jgħid lil żewġha li kienet tagħtu massage bl-extras. Magda Magri Naudi Leo Brincat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016