Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028
Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 31 5,600 parteċipant fil- programm Summer on the Move Kampanja ta' madwar xahrejn li tippromovi sport u edukazzjoni fiżika, li daret l-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex, laħqet il-kulminu tagħha f 'dawn l-aħħar ġimgħat, permezz tal-programm Summer on the Move. L-għan ta'dan il-programm huwa li jressaq kemm jista' jkun tfal, żgħażagħ u adulti lejn attività sportiva fix-xhur tas-sajf, meta t-tendenza hija li kulħadd ikollu iktar ħin liberu. Programm li huwa kontinwazzjoni tal-kampanji #BeActive u Move li bdew xhur ilu sabiex tiżied iktar il-parteċipazzjoni ta' nies li jaraw l-isport bħala mezz ta' kif wieħed jista' jgħix ħajja aħjar. Firxa wiesgħa ta' ċentri madwar Malta u Għawdex taw opportunità lil iktar nies jersqu lejn dawn il- programmi sabiex għall- ewwel darba kemm ilu jsir Summer on The Move, il-postijiet ġew kollha mimlija minn ġimgħat qabel. Mhux hekk biss, iżda l-injezzjoni finanzjarja li tat Sport Malta lil dawn il- programmi għamlet possibbli li l-prezzijiet jibqgħu baxxi ħafna u allura jippermettu l-inklużjoni ta' kulħadd. Saħħa oħra li għandu dan il-programm huwa li l-kowċis kollha ngaġġati huma kkwalifikati u jagħmlu x-xogħol tagħhom b'dedikazzjoni u bil-passjoni, dan biex jiġi garantit livell għoli f 'kull dixxiplina. Mhux hekk biss ammont ta' helpers ħafna minnhom studenti li fil-ħsieb tagħhom hu li jagħmlu karriera fl-isport qed jgħinu lil dawn il- kowċis sabiex il-parteċipanti jkollhom servizz aħjar. Barra l-isport, il-kowċis qed jiggwidaw lill-parteċipanti kollha fuq il-bżonn ta' ikel sustanzjuż, il-bżonn li wieħed jixrob l-ilma u anke l-protezzjoni mir-raġġi tax- xemx. Fil-ġimgħat li għaddew, Chris Agius żar wieħed miċ-ċentri fejn għaddej il- programm Summer on the Move u filwaqt li faħħar dan il-programm saħaq li dan huwa pass ieħor biex aktar ċittadini Maltin ikunu attivi u jitnaqqas l-persentaġġ ta' ċittadini obeżi li hawn f 'pajjiżna. Huwa kompla jisħaq li l-ħajja sedentarja tagħna flimkien ma' dieta ħażina hija pjaga li trid tinbidel u kull ċittadin għandu jagħraf x'għandu jagħmel sabiex jgħix ħajja aktar sana. Madanakollu, sostna s-Segretarju Parlamentari, irridu ninvestu fil-faċilitajiet sabiex inkomplu nikbru u nilqgħu aktar parteċipanti. Iċ-Chairman ta' SportMalta, Luciano Busuttil semma' kif għall-ewwel darba l-programm Summer on the Move laħaq punt ta' saturazzjoni u kellu jieqaf jilqa' l-applikazzjonijiet hekk kif intlaħaq l-ammont ta' 5,600 parteċipant. Minn din is-sena komplew jiżdiedu anke d-dixxiplini li qed ikunu offruti. Ħames Ambaxxaturi Sportivi Maltin biex jagħtu direzzjoni ċara favur sport nadif L-isportivi tal-passat u tal-preżent għandhom ikunu ambaxxaturi biex iwasslu direzzjoni ċara favur sport nadif u attività fiżika. Dan huwa l-messaġġ ewlieni li ħareg hekk kif SportMalta bil-kollaborazzjoni tal-Public Broadcasting Services ħabbru l-ħames ambaxxaturi fil- Kampanja tal-Kumissjoni Ewropea #BeActive, li tilħaq il-kulminu tagħha bejn l-10 u s-17 ta' Settembru fil-ġimgħa Ewropea tal-isport. Dawn se jingħaqdu mal-bqija tal- ambaxxaturi Ewropej ta' kull pajjiż li wkoll huma parti mill-istess kampanja. Waqt konferenza tal- aħbarijiet, il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta, Mark Cutajar, qal li meta kien preżenti f 'laqgħa tad-Diretturi Ġenerali tal- Isport li saret fi Bratislava fis- Slovakkja, taħt il-Presidenza Slovakka, fejn hemmhekk ġie diskuss l-irwol ta' dawn l-ambaxxaturi sportivi nazzjonali u anke l-messaġġi li huma jridu jwasslu. Dawn l-ambaxxaturi permezz tal-popolarità u s-suċċess tagħhom iridu jippromovu l-attività fiżika fil-ħajja ta' kuljum billi jispiraw udjenzi ġodda u jressquhom lejn l-isport. Huwa kompla jgħid li SportMalta qed tkun involuta f 'diversi iniżjattivi biex icċaqlaq lin-nies u tħeġġeġ lil kulħadd jaħdem flimkien u jipparteċipa bi ħġaru f 'dawn l-okkażjonijiet. Fil-fatt, Cutajar elenka lista ta' attivitajiet marbutin ma' din il-kampanja fejn l-ambaxxaturi se jkunu preżenti biex jagħtu s-sehem tagħhom. Huwa rringrazzja lill-PBS, li daħlu f 'kollaborazzjoni ma' SportMalta, li permezz tal-istazzjon nazzjonali u l-programmi tiegħu, l-ambaxxaturi se jkunu jistgħu jilħqu firxa kbira ta' udjenza. Huwa qal li dan il-proġett bejn l-entità tal-isport u l-istazzjon nazzjonali ġie ppreżentat lit-28 stat membru bl-għan li l-effetti ta' din l-inizjattiva jibqgħu jiġu diskussi waqt il-Presidenza Maltija. Cutajar irringrazzja wkoll lill-ambaxxaturi li mill-ewwel aċċettaw li jkunu parti minn din l-iniżjattiva biex iservu ta' role models għal nies inattivi u li huma 'l bogħod mill-attività fiżika. Il-ħames ambaxxaturi huma Karl Izzo, Kowċ Nazzjonali tal-Waterpolo, Esther Azzopardi, Referi Internazzjonali tal-FIFA, Vladislava Kravchenko, għawwiema para-olimpika, Jonathan Caruana, futboler mat-tim nazzjonali u captain ta' Valletta FC kif ukoll Gilmore Borg, atleta ta' Special Olympics Malta. Cutajar irrimarka li Jonathan Caruana huwa impjegat ta' SportMalta, u li fl-istrateġija taż-żmien li ġej qed jara biex iktar impjegati jkunu sportivi ta' livell. Semma wkoll li se tibda kampanja medjatika b'saħħita sew fuq it-televiżjoni kif ukoll fuq il-media soċjali fi żmien li ġej. Min-naħa tiegħu, Tonio Portughese, Chairman tal- Public Broadcasting Services qal li x-xandir pubbliku jagħti sostenn lill-inizjattivi soċjali u edukattivi bħal dawn bħala parti miċ-charter tiegħu dwar responsabbiltà soċjali fil-komunità. Semma wkoll li l-impenn tal-PBS joriġina minn direzzjoni tal-Kummisjoni Ewropea favur ħajja sana u attiva kif ukoll jirrifletti l-politika tal-European Broadcasting Union. Il-PBS se jxerred dawn il-messaġġi permezz tal-mezzi popolari tiegħu. Waqt l-intervent tiegħu Chris Agius, qal li l-ambaxxaturi li ntagħżlu huma l-idoli ta' ħafna u li permezz tar-rwol il-ġdid tagħhom ta' ambaxxaturi żgur ser jifirxu l-valuri li jħaddnu, u li ħafna minnhom akkwistawhom permezz tal-isport, fis- soċjetà Maltija. Huwa kompla jgħid li l-valuri akkwistati permezz tal-isport kienu fuq l-aġenda anke waqt laqgħat ta' livell għoli tal-Unjoni Ewropea u allura din l-inizjattiva se tkun qed titfa' lil pajjiżna fuq quddiem nett sabiex jintlaħqu miri li jaspiraw li jilħqu l-pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet lokali marbutin ma' din il- kampanja wieħed jista' jżur is-sit elettroniku l-ġdid, www. maltabeactive.com. Ritratt: DOI - Omar Camilleri Uħud mill-parteċipanti ta' Summer on the Move waqt sessjoni tal-għawm