Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028
Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 35 biex jilħaq l-ogħla livelli fl-atletika kuljum normali u bir-riżultati li ksibt dħalt fl-iskola ta' San Alwiġi fejn għażilt is-suġġetti tal-Matematika u l-Fiżika fil-Livell Avvanzat. Kont ħadt sehem fil-Fisec Games li kienu saru fl-Ungerija u kien irnexxieli ngħaddi għas-semifinali kemm tal- 100m kif ukoll tal-200m. Il-finali kienet tikkonsisti biss minn erba' atleti minħabba li t-trakka kienet tesa' biss erba' lanes. L-aqwa ħinijiet tas-sena kienu 11.0 sekondi u 23.37 sekondi rispettivament. Tina d-dettalji kollha ta' dak li għaddejt minnu fl-atletika bejn is- snin 2014 u l-2016 sa issa. Fl-istaġun 2014 kont ukoll weġġajt. Kont ħadt sehem fil-Fisec Games fi Vjenna u għal darb'oħra għaddejt għas-semifinali, li kienet tikkonsisti biss minn erba' atleti minħabba li t-trakka reġgħet kienet tesa' biss erba' lanes. L-aqwa ħinijiet tas-sena kienu 11.38 sekondi u 23.06 sekondi. Matul din is-sena, erġajt irbaħt l-unur tal- Atleta tas-Sena fil-Kategorija tal- Intermediates. Fl-istaġun 2015 kelli l-A Levels u kelli nerġa' nqassam ħini bejn it-taħriġ u l-iskola. L-aqwa ħinijiet tas-sena kienu 11.24 sekondi u 22.91 sekondi. Fil-kompetizzjonijiet tas-sajf iddeċidejt li nerġa' nipprova l-long jump u kien irnexxieli naqbeż 6.54 metri mingħajr taħriġ wara li kont għelibt il-biżà li nerġa' naqbeż wara li kont weġġajt fl-2011. Fl-istaġun 2016 dħalt bħala student fl-Università ta' Malta fejn bdejt insegwi l-kors tal-Inġinerija Mekkanika u għal darb'oħra ridt nibda nqassam ħini sew. Hekk kif kien se jibda żmien it-tlielaq, ġbidt il-hamstring fit-taħriġ u kulma rnexxieli nikkompeti kien darbtejn qabel irreġistrajt ħin ta' 11.22 sekondi, b'ħames ġimgħat nieqes mit-taħriġ. Bejn il-25 u s-26 ta' Ġunju li għadda, ħadt sehem fil- Kampjonati tal-Atletika Nazzjonali, fejn irnexxieli nikseb ħin ta' 11.06 sekondi u kklassifikajt fir-raba' post bħala atleta Malti overall fil- 100 metru, waqt li fil-200 metru ksibt ħin ta' 23.00 sekondi biex ikklassifikajt fit-tielet post bħala atleta Malti overall. Barra minn hekk, irrapreżentajt lil Malta fil-World Athletics Junior Championships li saru f 'Varsavja, il-Polonja bejn id-19 u l-24 ta' Lulju li għadda. Għandek xi ħolma partikolari li tixtieqha ssir realtà fl-atletika u kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Minkejja li matul iż-żmien esperjenzajt ħafna ostakli u injuries qatt ma jien ħa naqta' qalbi biex intejjeb il-ħinijiet tiegħi. Hija l-ħolma ta' kull atleta li jirrapreżenta lil pajjiżu fl-Olimpjadi. Xi darba nispera li jasal iż-żmien biex nikkompeti f 'dawn il-Logħob jien ukoll. Matul iż-żmien apparti li nagħmel dan, nixtieq insir atleta b'livelli tajbin Ewropej u jekk ikun possibbli wkoll fuq livell globali. Però, m'għandix għaġla u rrid nieħu l-ħin tiegħi biex inkompli ntejjeb il-livelli tiegħi pass pass, u matul iż-żmien dejjem nibqa' b'saqajja mal-art minkejja l-ostakli li nista' niltaqa' magħhom fil-ħajja. Billi jkolli livell tajjeb hawn Malta, ma jfisser xejn għalija għax jien dejjem inħares aktar 'il quddiem mill- ponta ta' mnieħri u dejjem nimmira u nqabbel ma' atleti ta' pajjiżi oħra. Fl-aħħar mill-aħħar nixtieq inkun l-aqwa atleta possibbli bil- kapaċitajiet tiegħi. Ritratti: Ivan Consiglio "Billi jkolli livell tajjeb hawn Malta ma jfisser xejn għalija għax dejjem inħares aktar 'il quddiem mill- ponta ta' mnieħri u dejjem nimmira u nikkumparani ma' atleti ta' pajjiżi oħra" Twieled fil-5 ta' Ġunju 1997 f 'Malta Fl-istaġun 2013 ħa sehem fil-Fisec Games fl-Ungerija u għadda għas-semifinali tal-100m u tal-200m Fl-istaġun ta' wara, reġa' ħa sehem fil-Fisec Games fi Vjenna u reġa' għadda għas- semifinali Għal diversi drabi rebaħ l-unur tal-'Atleta tas- Sena' fil-kategoriji li huwa jikkompeti fihom Irrapreżenta lil Malta fil-World Athletics Junior Championships f 'Varsavja, f 'Lulju li għadda ERIC BORG SAY WELL