Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika u kif komplejt tevolvi f 'dan l-isport li tant tħobb? Minn dejjem niftakarni niġri. Missieri kien l-istimolu li nibbet fija l-passjoni għall-atletika. Ta' sentejn kien iniżżilna, lili u lil oħti għall-ewwel darba fuq it-trakka tal-Marsa. Minn età żgħira, missieri kien jirrakkontali stejjer u bijografiji ta' atleti kbar. Dan minbarra l-kotba fuq l-atletika li kien u għadu jħalli fuq il-mejda tal-ikel. Ta' seba' snin bdejt nattendi n-nursery tal-atletika tal-klabb ta' Pembroke Athleta. Konna nittrenjaw darbtejn fil- ġimgħa fil-grawnds u l-'gym' tal- iskola sekondarja ta' Santa Tereża f 'Birkirkara. Fl-2007 attendejt kors ta' kowċ tal-ewwel livell taI- IAAF u speċjalizzajt fid-dixxiplini tad-distanzi qosra (sprints). Minn hemmhekk, missieri ħadni taħt idejh u beda jagħtini t-taħriġ huwa stess kif għadu jagħmel sal-lum il-ġurnata. Fl-2008 kont dħalt San Alwiġi f 'Birkirkara u b'hekk kont dħalt membru fil-klabb 'Allcomers Aloysians'. Niġu issa għall-istaġuni 2009 u 2010. X'riżultati rnexxielek tikseb matul dawn is-snin? L-ewwel staġun kien fl-2009 meta bdejt nikkompeti fit-tiġrija fuq it-triq. Aktar tard fis-sena beda l-istaġun tat-tlielaq fuq it-trakka, fejn kont bdejt nikkompeti fil-kategorija tal-kadetti ma' tfal li kienu sena akbar minni. Kont irbaħt kull tiġrija tal-100 metru li kont ħadt sehem fiha bl-aħjar ħin għalija ikun ta' 13.21 sekondi. Kelli wkoll ħin ta' 43.16 sekondi fit-300 metru, li kien it-tieni l-aħjar ħin ta' dik is-sena. F'dik is- sena kont spiċċajt l-istaġun bl-ewwel esperjenza tiegħi internazzjonali b'kompetizzjoni f 'Wrexham, f 'Wales fejn kont irbaħt żewġ medalji tal- fidda. Matul dik is-sena, irbaħt it- titlu tal-Atleta tas-Sena tal-Kategorija tal-Cadets għall-ewwel darba. It-tieni staġun 2010 kien beda bl-ewwel ġirja fil-100 metru b'ħin aħjar mir-rekord, b'12.57 sekondi, però ma kienx jgħodd bħala rekord nazzjonali minħabba li r-riħ kien qawwi wisq. F'dan l-istaġun din ġratli bosta drabi, saħansitra ksirt ir-rekord fi kważi kull ġirja li ġrejt għal total ta' seba' darbiet. Il-ħin kont tejjibtu minn 12.5 sekondi għal 12.23 sekondi imma r-rekord kien inżamm għal 12.53 sekondi, l-unika ġirja bir-riħ permissibbli. Dik is- sena kelli kompetizzjoni importanti ħafna fil-karriera tiegħi tal-ġiri fejn kont ikkompetejt fil-European Kids Athletics Games f 'Brno, fir- Repubblika Ċeka. Kont niżżilt miegħi midalja tal-fidda fis-60m u żewġ rekords nazzjonali ta' 7.82 sekondi fil-heats u 7.79 sekondi fil-finali, midalja tad-deheb fil-150m b'ħin ta' 18.89 sekondi u midalja tad-deheb oħra fil-long jump b'qabża ta' 5.43 metru. Din il-qabża kienet aħjar mir-rekord nazzjonali però ma kienx inżamm bħala rekord minħabba li ma kienx hemm kejl tar-riħ. Kont ħadt ukoll trofew tal-aqwa atleta ta' dawn il-logħob tal-età tiegħi kif ukoll trofew b'memorja ta' atleta tal-eks Ċekoslovakkja, Prochazky talli rbaħt il-long jump. Dik is-sena kont ksirt ukoll ir-rekord tal-150m b'ħin ta' 18.40 sekondi. waqt li kont irbaħt it-titlu tal-Atleta tas-Sena tal-Kategorija tal-Cadets għat-tieni darba konsekuttiva. Fl-2011 qlibt il-kategorija għal dik tal-Youths. X'esperjenzajt matul dik is-sena? Sfortunatament, matul dik is-sena, kelli nwaqqaf it-taħriġ tiegħi tal-long jump minħabba li kont weġġajt fit- taħriġ u ma stajtx inkompli naqbeż kif xtaqt. Din kienet affetwatli l-istaġun sħiħ u ma kontx tejjibt il-ħin kemm xtaqt. Dik is-sena kont ħadt sehem fil-European Kids Athletics Games fejn kont ġejt fir- raba' post fil-long jump u fit-300m u fil-ħames post fis-60m ma' atleti tal-età tiegħi. Flimkien mat-tim nazzjonali Malti kien irnexxielna nniżżlu lura Malta midalja tal-fidda fil-4x60m Relay. Fl-istaġun 2012 kellek bosta problemi ta' injuries. Tina iktar dettalji. Hekk hu, iżda xorta waħda ma qtajtx qalbi. F'dik is-sena kont ħadt sehem fil-COJI Island Games fejn kont tellaqt ma' ġuvintur li kienu tliet snin ikbar minni u kien irnexxieli ngħaddi għall-finali tal-100 metru u l-200 metru. Kont ħadt sehem ukoll fil-FISEC Games li kienu ġew organizzati f 'Malta, fejn ukoll kont tellaqt ma' ġuvintur li kienu tliet snin ikbar minni fl-età u kont għaddejt għas-semifinali. F'dik is-sena kont ksirt ir-rekord nazzjonali tal-Kategroija tal-Youths tas-60 metru b'ħin ta' 7.37 sekondi u tal-150m b'ħin ta' 17.56 sekondi. Kont tlajt ukoll għall-aħħar darba f 'Brno fir-Repubblika Ċeka fejn kont weġġajt waqt il-kompetizzjoni, imma ppersistejt li nieħu sehem fir- relay minkejja l-injury u rnexxielna nniżżlu midalja tal-fidda fir-relay lura Malta. Din is-sena erġajt irbaħt it-titlu tal-atleta tas-Sena għal Subien Youths. U fl-2013? Fl-istaġun 2013 kelli nqassam ħini għat-taħriġ kif ukoll għall-O levels. Sfortunatament, kont weġġajt ukoll. F'dik is-sena komplejt bit-taħriġ illum | Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 Cristian Antony Muscat Eric Borg Saywell - atleta żagħżugħ ta' 19-il sena li minkejja l-età tiegħu, matul iż-żmien, diġà esperjenza ħafna ostakli u injuries iżda qatt ma qata' qalbu, anzi rnexxielu jilħaq l-ogħla livelli fl-atletika Sports 34 Id-determinazzjoni tiegħu twassal "Minkejja li matul iż-żmien esperjenzajt ħafna ostakli u injuries, qatt ma naqta' qalbi biex intejjeb il-ħinijiet tiegħi"