Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 29 CHELSEA rritornaw għar-rebħ meta barra minn darhom għelbu lit-Tigers ta' Hull City bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għall- Blues jaslu minn Willian u Diego Costa f 'temp ta' sitt minuti biss, eżattament fil-61 u fis-67 minuta rispettivament. Din kienet rebħa ferm importanti għat-tim immexxi minn Antonio Conte f 'dak li għadu x'jaqsam mal-lat psikoloġiku u biex jgħollu l-moral speċjalment wara t-telfiet li huma kisbu kontra Liverpool u Arsenal. Intant, Liverpool dawru telfa f 'rebħa meta barra minn darhom f 'Wales għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Roberto Firmino u James Milner fl-54 u fl-84 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra, il-gowl waħdieni għal Swansea City wasal minn Leroy Fer wara biss tmien minuti logħob. B'hekk ir-Reds komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom fejn jekk ikomplu għaddejjin b'dan ir-ritmu, m'hemmx dubju li huma se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal-Kampjonat f 'Mejju li ġej. Sunderland u West Bromwich Albion temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, b'WBA ikunu huma li jiftħu l-iskor permezz ta' Nacer Chadli fil-35 minuta, waqt li Sunderland ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Patrick van Aanholt fit-83 minuta. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn West Ham United u Middlesbrough, bil-gowl għall-Hammers jasal minn Dimitri Payet fis-57 li ġab id-draw momentarju, waqt li kien Cristian Stuani li fetaħ l-iskor għal Middlesbrough fil-51 minuta. Fi draw ieħor iżda din id-darba ta' 2-2 intemm il-konfront bejn Watford u AFC Bournemouth, biż- żewġ gowls għal Watford jaslu minn Troy Deeney u Isaac Success fil-51 u fil- 65 minuta rispettivament, waqt li l-gowls għal AFC Bournemouth waslu minn Callum Wilson u Joshua King fil-31 u fit-63 minuta rispettivament. Chelsea jirritornaw għar-rebħ u Liverpool idawru telfa f 'rebħa RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 1 ta' Ottubru Swansea City vs Liverpool 1-2 Hull City vs Chelsea 0-2 Sunderland vs WBA 1-1 Watford vs AFC Bournemouth 2-2 West Ham U. vs Middlesbrough 1-1 Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 13:00 Manchester U. vs Stoke C. 15:15 Leicester C. vs Southampton 15:15 Tottenham H. vs Manchester C. 17:30 Burnley vs Arsenal Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 12:30 Empoli vs Juventus 15:00 Atalanta vs Napoli 15:00 Bologna vs Genoa 15:00 Cagliari vs Crotone 15:00 Sampdoria vs Palermo 18:00 AC Milan vs Sassuolo 18:00 Torino vs Fiorentina 20:45 Roma vs Inter Chelsea fl-attakk waqt il-logħba kontra Hull City Liverpool jitilgħu fit-tieni post wara li għelbu lil Swansea City

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016