Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 Sports 30 SportMalta fl-aqwa tagħha minn Cristian Antony Muscat M'HEMMX dubju li bħalissa SportMalta mmexxija miċ-chairman Luciano Bisuttil u mill- Kap Eżekuttiv Mark Cutajar, tinsab fl-aqwa tagħha hekk kif fil-jiem li għaddew nediet libsa ġdida għall-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, organizzat il-Ġimgħa Ewropea tal- Isport li ngħatat l-isem ta' #Be Active, kienet il-moħħ biex xejn inqas minn 5,600 parteċipant ħadu sehem fil- programm imniedi minnha matul is-sajf li ġab l-isem ta' Summer on the Move, waqt li għall-ewwel darba f 'pajjiżna, nediet il-kunċett ta' ambaxxaturi sportivi Maltin li għandhom l-għan ewlieni li jagħtu direzzjoni ċara favur sport nadif f 'pajjiżna. F'dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu d-dettalji kollha rigward kull wieħed minn dawn il-proġetti msemmija. Libsa ġdida għall-Kumpless Sportiv tal-Kottonera Nhar il-Ġimgħa, 23 ta' Settembru ġiet ippreżentata d-dehra l-ġdida tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. F'dawn l-aħħar xhur kien għaddej xogħol bla waqfien mill- ħaddiema ta' SportMalta biex isir tibjid u tisbieħ fid-dehra estetika tal- Kumpless li issa tirrifletti l-branding il-ġdid tal-entità. Iżda l-akbar kambjament li wieħed jista' jara huwa l-art il-ġdida li tqiegħdet fis-sala prinċipali b'investiment ta' madwar €120,000. Din l-art hija tal-ogħla kwalità u se tagħti garanzija li issa SportMalta hija f 'pożizzjoni li tospita kompetizzjonijiet internazzjonali hekk kif il- post iħabbatha ma' venues ta' livell fl-Ewropa u kontinenti oħra. Dan l-investiment f 'din l-art il-ġdida huwa riżultat ta' kif f 'dawn l-aħħar tliet snin SportMalta ħadmet qatiegħ biex ittejjeb il- kundizzjoni tal-faċiltajiet tagħha u tkompli tagħti servizz tal-ogħla kwalità kemm lill-assoċjazzjonijiet li jistgħu jipprattikaw l-isport f 'lok li jixraqilhom, kif ukoll lill-poplu Malti li juża l-faċilitajiet ta' SportMalta fuq bażi regolari. Il-kollaborazzjoni bejn SportMalta u l-assoċjazzjonijiet sportivi qiegħda dejjem tikber u tissaħħaħ hekk kif il-kullana ta' proġetti li ġew imwiegħda ftit tax-xhur ilu qed isiru realtà. Kibret ukoll il-fiduċja li SportMalta qiegħda tgawdi, peress li qed tkun preżenti u aktar qrib l-assoċjazzjonijiet, tagħtihom is-sostenn meħtieġ sabiex ikabbru l-isport tagħhom u jagħtu servizz aħjar lill-atleti li jipprattikaw l-isport partikolari. Waqt l-attività ta' inawgurazzjoni, kien iċċelebrat ukoll l-għeluq tal-kampanja #Be Active permezz ta' Dance Project, esebizzjoni ta' żfin imtellgħa mill-istudenti li jattendu l-programmi ta' SportMalta, taħt il-gwida ta' kowċis professjonali. Din kienet waħda mis-seba' attivitiajiet li saru matul din il-kampanja li kienet tinkludi l-attivitajiet kollha li ttellgħu b'suċċess waqt il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport. Mark Cutajar, il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta rringrazzja lill-ħaddiema kollha li taw sehemhom biex din il-ħolma ssir realtà. Huwa esprima s-sodisfazzjoni tiegħu li l-messaġġ ta' SportMalta li jħeġġeġ iżjed nies jersqu lejn l-attività fiżika u jżommu 'l bogħod mill-ħajja sedentarja, jidher li qed jasal bin-numru ta' parteċipanti fil-programmi li toffri SportMalta jikber minn sena għall-oħra. Huwa ħeġġeġ lin-nies japplikaw għall-programm tax-xitwa li se jibda ftit tal-ġimgħat oħra u li se jkun ikbar minn tas-snin ta' qabel. Mark Cutajar ħa l-okkazjoni biex ifakkar kif f 'dawn l-aħħar snin SportMalta mhux biss bidlet id-dehra fiżika tagħha iżda wkoll il-mentalità ta' kif għandha tkun entità sportiva li tirrapreżenta l-Gvern fejn dan qed jiġi wkoll trasmess fil-mission statement il-ġdid ta' SportMalta li timpenja ruħha sabiex iċċaqlaq nazzjon. Luciano Busuttil, Chairman ta' SportMalta saħaq li dan l-investiment jirrifletti l-policy ta' SportMalta li tkun ta' sostenn kontinwu lill-għaqdiet sportivi biex ikunu jistgħu ikabbru l-isport tagħom u jsibu kenn u sapport mill-entità ewlenija sportiva tal-Gvern. Min-naħa tiegħu, is- Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius, semma' kif dan huwa investiment ieħor fin- nofsinhar tal-pajjiż u li din l-inawgurazzjoni tal-lum hija biss parti mill-bidla li se ssir fil-Kumpless tal-Kottonera, hekk kif saru l-applikazzjonijiet neċessarji għall- permessi mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta' pixxina indoor. Il-mira hi li lejn il-bidu tas-sena d-dieħla, jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet. Intant wara li fi ftit ġimgħat oħra tkun tlestiet għal kollox il-pixxina ta' Birżebbuġa, din is-sena wkoll jitkompla l-istudju fuq pixxina oħra fil- lokalità ta' Wied il-Għajn u possibbiltà ta' pixxina indoor oħra fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop. Il-Ġimgħa Ewropea tal- Isport - #BeActive Fil-jiem li għaddew, fi Pjazza San Ġorg fil-Belt Valletta sar il-ftuħ uffiċjali tal-Ġimgħa Ewropea tal- Isport li beda bi 'Flash Move' - żifna kkordinata mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-pjazza kienet miżgħuda bin-nies fejn ilkoll żifnu għall-mużika tal-kantawtur Malti, Malcolm Pisani. Id- diska Ale 'O' ntagħżlet bħala d-diska uffiċjali u ntużat mill-pajjiżi kollha mingħajr distinzjoni li ħadu sehem f 'din il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport. F'din il-ġimgħa, ġiet organizzata attività mifruxa fuq jumejn fil-Bajja s-Sabiħa ta' Birżebbuġa b'diversi tournaments sportivi fosthom il-Maltco Indoor Rowing Challenge fejn fiha ħadu sehem 'il fuq minn 100 ruħ fid-diversi kategoriji. Għal sena oħra, din kienet attività ta' suċċess fejn il- parteċipanti ħadu sehem bi ħġarhom u n-nies preżenti setgħu jgawdu mill-atmosfera pożittiva li kien hemm. Min mar Birżebbuġa gawda wkoll minn sessjonijiet bla ħlas tal-aerobics, piloxing, aikido, Beach Games, Tai Chi, Tug of War u ħafna attivitajiet oħra fosthom bouncy castles u logħob ieħor. Il-Ġimgħa Ewropea tal- Isport issoktat bi tliet mixjiet: waħda f 'Buġibba li ġiet imsejħa bħala promenade walk, oħra f 'Tas-Sliema u mixja oħra f 'Marsaskala. Attività oħra saret nhar il- Ħamis 15 ta' Settembru, fejn il-pubbliku seta' jżur wieħed mill-gyms li ngħaqdu ma' SportMalta f 'dan il-proġett, fejn ħa t-taħrig u uża l-post mingħajr ħlas. B'hekk, SportMalta kompliet fil-ħidma tagħha biex l-isport isir parti integrali minn ħajjitna fejn l-isport żgur li jagħmel ħajja aħjar għal dawk li jippratikawh u li jżommu rwieħhom attivi. Għalhekk ħeġġet lill-pubbliku biex ikompli jipparteċipa bi ħġaru fid-diversi attivitajiet li qed jiġu organizzati minnha f 'diversi lokalitajiet. Din il- Ġimgħa Ewropea tal-Isport hija waħda mill-għodod li l-Kummisjoni Ewropea kkreat biex tgħin fil-ġlieda kontra l-inattività fiżika. L-għan ta' din il-ġimgħa kien dak li kemm jista' jkun ċittadini Ewropej jintlaħqu mill-messaġġ #BeActive u jiġu spirati biex l-attività fiżika, sempliċi kemm tkun sempliċi, issir parti integrali minn ħajjithom. Uħud mit-tfal li ħadu sehem waqt l-inawgurazzjoni tal-pitch il-ġdid tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera Uħud mit-tfal li ħadu sehem waqt sessjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal- Isport fil-Belt Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016