Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Mhux wara biebi, grazzi... B l-Ingliż nużaw l-akronimu NIMBY biex nirreferu għas- sentiment ta' dak li tagħmel, tagħmlux wara biebi. Dan l-akronimu li tradott fi kliem jiġi 'Not in my back yard', huwa sintomatiku ta' ħafna mir- reazzjonijiet u opinjonijiet espressi fuq suġġetti ikkunsidrati sensittivi, speċjalment dawk ambjentali kif ukoll dawk reliġjużi. Din il-ġimgħa, il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il- Baħar ħa deċiżjoni li jopponi applikazzjoni biex garaxx li kien qed jintuża, illegalment, bħala post tat-talb għall-Muslmani jingħata t-timbru legali ta' moskea. Kif mistenni, qamu l-irwiefen u kif mistenni wkoll, il-Kunsill ħareġ kontra din l-applikazzjoni. Għalkemm din il-gazzetta, lanqas għal mument ma tiddubita kliem il-Kunsill li post tat-talb bħal dan se joħloq inkonvenjent miżjud u se jaċċentwa l-problema ta' parkeġġ f 'lokalità fejn dawn il-problemi diġà huma kbar biżżejjed, jeħtieġ niddiskutu din il-kwistjoni b'ċerta perspettiva. Għax, jekk m'għandniex dubju li l-problemi li tqajmu fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali nhar l-Erbgħa huma reali, daqshekk ieħor m'għandna l-ebda dubju li l-fatt li l-applikazzjoni kienet għal Moskea, mhux għal xi kappella, kien fattur importanti ħafna għall- oppożizzjoni tal-Kunsill u tar-residenti. Fil-fatt anke jekk għadu ma ntebaħx b'dan, il- Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar fetaħ preċedent. Huwa mistenni minnu issa, li jkun daqstant pro- attiv meta jirreaġixxi għal applikazzjonijiet jew negozji li diġà jeżistu f 'Buġibba u li bl-aktar mod grottesk jiddiżrispettaw lir-residenti tal-madwar jekk mhux ukoll jiksru l-liġi. Għax jekk tempju għat-talb joħloq l-inkonvenjent, anke bar jew restorant jew kappella se toħloq l-istess inkonvenjent. Jekk il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u kull awtorità oħra fil-pajjiż, minflok, se jdawru wiċċhom għal ilmenti simili li saru, u nafu li saru ħafna bħalhom, minn residenti madwar il-lokalità kollha, mela allura m'għandux għalfejn iħossu insultat jekk ngħidu li tali deċiżjoni kienet motivata minn sentiment iżlamofobiku. Fil-fatt huma ħafna dawk in-nies li għexu jew għadhom jgħixu Buġibba li xtaqu li l-Kunsill ikun daqstant pro-attiv meta jirreaġixxi għall-ilmenti tagħhom. Naturalment imma, l-kwistjoni kollha tmur lil hinn minn Kunsill wieħed u minn applikazzjoni waħda. Il-kwistjoni kollha ddur mal-attitudni tagħna l-Maltin għal dak kollu li huwa Afrikan (ċoè ta' ġilda sewda) jew Għarbi (ċoè dak kollu mill-Afrika ta' Fuq u dak kollu Musulman). Inutli noqogħdu nduru mal-lewża, ħafna Maltin mhumiex tolleranti lejn dawn ir-razzez u din ir-reliġjon partikolari u ħafna Maltin lanqas biss jgħixu ħdejhom ma jridu. Jekk ma temmnux dak li qed niktbu hawn, nistednukhom tmorru f 'ċerti żoni f 'Buġibba jew anke l-Marsa u żoni aktar ristretti f 'Ħal Balzan u taraw jekk issibux iktar Maltin mis- swaba' ta' jdejkhom li lesti jgħixu fiż-żona. Huwa għalhekk li l-Kunsill ta' San Pawl il-Baħar semma l-waqa' fil-valur tal-proprjetà taż-żona fejn hemm l-applikazzjoni għal Moskea. Għax ħafna mill-Maltin ma jridux jgħixu f 'żona fejn hemm konċentrazzjoni qawwija ta' Afrikani u Musulmani. Huwa sew? Le. Imma dik il-verità sagrosanta, li ħadd ħlief minn jgħix fl-isħab ma jista' qatt jinnega. Dan l-episodju kollu juri u jerġa' jikkonferma li f 'pajjiżna mhux talli l-multikulturaliżmu falla, talli għadna l-anqas biss bdejna. Tfajna ftit nies 'l hawn u 'l hemm u ħloqna ghettos u qed nittoleraw dak li hu differenti minna, biss u sakemm ikun lil hinn minn biebna. Sakemm ma jkunx ħdejna, ma nisimgħuhx, ma narawhx u ma nkellmuhx. U dan jgħodd għal kullimkien, mhux għal Buġibba biss. Għax ċerti, anzi ċertissimi, li kieku applikazzjoni bħal din jew applikazzjoni għal xi 'Open Centre' kellu jsir Tas-Sliema, jew il-Mellieħa, jew Għawdex jew il-Madliena kien ikun hawn l-istess reazzjoni, jekk mhux iktar. Jiġifieri fuq din il-kwistjoni huma ftit u ftit ħafna f 'dan il- pajjiż li jistgħu, b'idejhom fuq qalbhom jgħidu li tgħallmu jgħixu maġenb nies li huma differenti, b'kulturi differenti u bi twemmin differenti. Għalhekk din il-gazzetta tħoss li jkun bidu tajjeb li minflok ninħbew wara ħafna skużi, inkunu onesti magħna nfusna, nammettu li s'issa ma tantx urejna ħeġġa biex nilqgħu dak li hu differenti fostna, niftħu diskussjoni wiesgħa dwar kif se nibdew nitgħallmu ngħixu ma' nies li llum jgħixu magħna legalment u bi dritt, u nkunu aħna stess l-ixprun tal-bidla. Forsi, xi darba applikazzjoni għal post tat-talb, tkun ta' liema reliġjon tkun, tiġi milqugħa bħala sinjal ieħor ta' diversità u mhux bħala theddida fuq l-eżistenza tagħna u tal-ġid li akkumulajna matul is-snin. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016