Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 www.illum.com.mt Ikompli f 'paġna 2 NEWSPAPER POST Mhux kulħadd għadu rrealizza li dan il-pajjiż taċ- ċerimonji sar, u s'issa għadu, nazzjon – Immanuel Mifsud PAĠNA 20 Investiment ta' €115 miljun f 'università ġdida f 'Wied il-Għajn Republic Street, Valletta next to the Courts Prinċipessa oħra ĊOFF roża għall-Familja Rjali hekk kif ilbieraħ id-Dukessa ta' Cambridge, Kate Middleton welldet tifla fit-8:34am ħin Ingliż. Il-Prinċep William kien preżenti wkoll għat- twelid tat-tieni wild tiegħu. Dikjarazzjoni li ħarġet ftit wara qalet li l-prinċipessa l-ġdida tiżen 8lbs 3oz, u li kemm Kate kif ukoll it- tarbija "jinstabu tajbin." It-tarbija rjali waslet wara stennija kbira, fejn issa l-istennija li jmiss huwa propjament x'isem ħa tingħata – b'bosta jipprovaw ibassru x'isem ħa jkollha r-raba' fil-linja għat-tron tal- Ingilterra. Id-dukessa ddaħħlet f 'Lingo Wing fl-Isptar St Mary aktar kmieni lbieraħ, l-istess sptar fejn twieled l-ewwel wild tal-koppja rjali – il- Prinċep George, f 'Lulju tal-2013. Skont Kensington Palace, "Ir-Reġina, id- Duka ta' Edinburgh, il-Prinċep ta' Wales, d-Dukessa ta' Cornwall, il-Prinċep Harry u membri taż-żewġ familji jafu bl-aħbar u jinstabu ferħanin ħa jtiru bl-aħbar." L-American University se toffri għadd ta' faċilitajiet sportivi Nr 446 • 03 ta' Mejju 2015 • FREDERICK ATTARD WIED il-Għajn ser jibbenifika minn investiment barrani li ha jikkontribwixxi ukoll għal add ta' faċilitajiet sportivi li minnhom jistgħu jgawdu wkoll ir-residenti hekk kif l-American University of Malta hija l-università ġdida li se tkun qed tinbena f 'Wied il-Għajn b'investiment ta' aktar minn €115-il miljun. Dan l-investiment ser iwassal biex in-negozji kummerċjali jerġgħu jieħdu r-ruħ hekk kif il- kummerċ f 'Wied il-Għajn qatgħa ferm lura minn mindu għalqet il-lukanda Jerma. Kien propju nhar il-Ġimgħa li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar investiment ġdid waqt attivita politika biex jitfakkar Jum il-Ħaddiem fiż-Żejtun. Fid-diskors tiegħu Muscat qal li 'Malta tagħna lkoll' tfisser li kull parti tal-pajjiż jieħu sehmu waqt li ħabbar proġett edukattiv kbir minn investituri barranin u park nazzjonali naturali għall-familji. Għalkemm il-Prim Ministru qal biss li l-proġetti se jkunu fin-Nofsinhar ta' Malta, kien il-Ministru Owen Bonnici li fi tweet ilbieraħ qal li Wied il- Għajn għandu bżonn din l-università sabiex terġa titqajjem l-ekonomija tan-Nofsinhar speċjalment wara l-għeluq tal-lukanda Jerma. Fost il-faċilitajiet ġodda hemm ippjanati grawnd tal-futbol li ilu mwiegħed għal ħafna żmien lin-nies ta' Wied il-Għajn, kif ukoll ser issir riġenerazzjoni tal-pixxina ta' Marsascala. Hemm ukoll possibiltà ta' librerija state-of-the-art. Dawn il-faċilitajiet kollha ser ikunu jistgħu jintużaw kemm mill-istudenti tal- università l-ġdida kif ukoll mill-Maltin. Iż-żona fejn se tinbena l-università l-ġdida Busuttil jinsisti li l-pagi baxxi qed jattiraw għadd kbir ta' ħaddiema barranin "LIMPJIEGI b'pagi baxxi f 'pajjiżna qed jattiraw għadd kbir ta' ħaddiema barranin minn pajjiżi relattivament foqra li għalihom il-pagi f 'Malta xorta huma attraenti." Dan jgħidu l-Kap tal- Opożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f 'artiklu miktub fl-ILLUM. Busuttil jgħid li l-istatistika uffiċjali qed turi li nofs l-impjiegi li qed jinħolqu f 'Malta qed jieħduhom ħaddiema barranin. "Baqa' wkoll xorta waħda eluf ta' ħaddiema Maltin qiegħda li l-ekonomija tagħna mhix qed toffrilhom kundizzjonijiet u pagi attraenti biżżejjed jew skont il-livell ta' ħiliet li għandhom." Il-Kap Nazzjonalista jikkritika l-kundizzjonijiet li bihom qed joħroġ il- kuntratti tiegħu l-Gvern stess. "Dawn il-kuntratti jfissru li l-ħaddiema mqabbdin għalihom qed jitħallsu b'rata u kundizzjonijiet prekarji. Fost dawn hemm ħaddiema li jikkuraw il-morda u l-anzjani, ħaddiema fil-qasam tas- sigurtà, ħaddiema li jieħdu ħsieb binjiet tal-Gvern, u ħaddiema fuq proġetti tal- Gvern stess." Ara paġna 17 Id-Dukessa ta' Cambridge L-ewwel wild tal-koppja, il-Prinċep George Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015