Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
€1.00 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Matteo Renzi bniedem ta' ambizzjoni bla qies u li kien ilu s-snin jgħid li jrid jixkupa lid-diriġenti l-qodma – Joe Ellis Jien ħarsti dejjem fuq l-Ewropa kienet u għadha, u hawn nixtieq nibqa' għax il-politika Ewropea togħġobni wisq. Nippreferi hawn milli l- kabinett Malti, iżda jekk il-partit jitlob minni li nkun l-kabinett Malti, immur xorta bil-qalb kollha - Therese Comodini Cachia F'erbat ijiem biss theżżet il-pjattaforma tal-Partit Nazzjonalista biex issa reġgħet infetħet kontestazzjoni ġdida ħdan dan il-partit għall-kariga ta' Segretarju Ġenerali li m'għandi ebda dubbju ser iġġib magħha xi naqra tal- attrit. - Toni Abela B'azzjoni sempliċi fejn ġarrew il-uri waqt l-inawgurazzjoni tal-Parlament il-ġdid, Godfrey u Marlene Farrugia rnexxielhom jisirqu l-attenzjoni tal-media u jispikkaw l-monotonija kolleġġjali ta' dawk prezenti. Bravi. - Claudette Buttigieg Ara Paġni 14-15 Ara Paġna 18 Ara Paġna 16 Nr 447 • 10 ta' Mejju 2015 • Tiftaħ it-tellieqa għal Segretarju Ġenerali tal-PN . . . Il-fenomenu tal-immigrazzjoni mill-Afrika . . . Busuttil iwissi lil David Agius biex ma jużax tattiċi minn taħt IKTAR kmieni din il-ġimgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sejjaħ lill-whip David Agius u wissieh ma jużax tattiċi minn taħt biex jerbaħ it-taqtiegħa għal Segretarju Ġenerali. Mindu sar magħruf li Chris Said tneħħa minn Segertarju Ġenerali, David Agius dlonk beda b'manuvri u kampanja interna qawwija biex joħodlu postu. Is-Segretarju Generali fil-PN ma jintgħażilx mill-Kunsill Ġenerali iżda jintgħażel minn madwar 50 ruħ fl- Eżekuttiv tal-PN. Il-Kunsill Ġenerali li jmiss mistenni jagħżel eżekuttiv ġdid li mbagħad b'sempliċi turija tal-idejn dawn il-persuni jagħżlu s-suċċessur ta' Said. Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu li David Agius qabbad lin-nies tiegħu biex kollha kemm huma jitfgħu nomina għall-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Il-pożizzjoni ta' Segretarju Ġenerali bħalissa hija battala wara li r-raġel tal-eks Ministru Giovanna Debono tressaq il-Qorti fuq akkuża ta' xogħlijiet li saru fil-privat għall-voti. "JEKK l-Ewropa ma toffrix soluzzjonijiet umanitarji immedjati, allura għandha tkun is-Santa Sede li tagħmel dan permezz ta' ħruġ ta' visas li jinħarġu min-Nunzjaturi Appostoliċi, li huma ekwivalenti ta' ambaxxati tal- Vatikan fl-Afrika u f 'Lvant Nofsani fost l-oħrajn." Din hi l-proposta tressqet lill-Papa Franġisku minn erba' qassisin fid-dawl biex tinstab soluzzjoni urġenti għall-immigrazzjoni rregolari u t-traffikar ta' nies bil-baħar li qed iwassal għal numru ta' mwiet. Dun Alex Zanotelli, missjunarju b'esperjenza kbira fl-Afrika, Dun Luigi Ciotti, il-fundatur tal-assoċjazzjoni Libera, Dun Gino Rigoldi, il-Kappillan ta' Beccaria, u Dun Virginio Colmegna, il- President ta' Casa Della Carità, ressqu din il-proposta biex dawk li qed ifittxu l-ażil ikunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma jafdaw id-destin tagħhom f 'idejn it-traffikanti u b'hekk ikunu jistgħu jaslu f 'post aktar sigur u bi prezz ħafna aktar baxx minn post fuq xi trakk jew xi dgħajsa. Qed jipproponu li l-ħruġ ta' dawn il-visas minn Nunzjaturi, biex b'hekk l-immigranti, anke permezz ta' titjira b'ajruplan ikunu jistgħu jitilqu minn pajjiżhom anke bi spiża ta' €500, kuntrarjament għas- somom kbar li preżentement qed iħallsu l-immigranti u li wħud spiċċaw ħallsu mas- €7,000 biex jitilgħu fuq dgħajsa li ma wasslithom imkien ħlief għall-mewt f 'nofs ta' baħar. Il-Vatikan qed jikkunsidra joħroġ visas għall-immigranti JZiXggX^\jZ_\d\XmX`cXYc\feZ\ikX`edf[\cj% ,p\XijnXiiXekpgXikjcXYfli%()p\XiYf[pnXiiXekp% 8l[`DXckX 8*?XkZ_YXZb 8*JgfikYXZb 8*JXcffe 8*JXcffe JkXik`e^]ifdÑ*(#00' 8*:XYi`fc\k JkXik`e^]ifdÑ*/#00' 8*?XkZ_YXZb JkXik`e^]ifdÑ)+#00' 8*JgfikYXZb JkXik`e^]ifdÑ)-#00' K_\8nXi[N`ee`e^8l[`8*IXe^\%%%% Efn\m\eY\kk\imXcl\]fidfe\pn`k_gc\ekpf]X[[`k`feXc\okiXj=I<< 8*:XYi`fc\k Ikompli f 'paġna 2 Ikompli f 'paġna 2 PAĠNA 19