Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 Kif għażilt il-waterpolo fost numru ta' sport ieħor? Minn dejjem kien jogħġobni l-għawm u kont nipprometti ħafna. Minn età ta' 3 snin u nofs kont nitħarreġ l-għawn ma' IASIS - Ir-Razzett tal-Ħbiberija li llum jissejjaħ Inspire. Darba waħda meta kelli biss 10 snin, kienu għamlu kors ta' xi għaxar sessjonijiet u kont tħajjart immur. Kien immexxi minn Pawlu Privitera u kien hu li ħajjarni biex ningħaqad mal-klabb ta' Marsascala għax ra li kelli potenzjal, u minn hawn insellimlu u nirringrazzjah. Meta bdejt nilgħab ma' Marsascala kont immexxi taħt id-dixxiplina qawwija tal-kowċ Joe Sciortino li għallimni ħafna. Minn dakinhar ma ħaristx lura. Illum bdejt esperjenza ġdida ma' San Ġiljan u issa qed tibda l-karriera sabiħa li għandi fil-waterpolo. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek ma' San Ġiljan sa issa? Ma' San Ġiljan inħossni kuntent ħafna għax minn dejjem laqgħuni b'idejhom miftuħa. Mill-ewwel ħassejtni parti mit-tim. Il-plejers ta' San Ġiljan jagħmluk tħossok komdu u kulħadd magħqud u jgħin wieħed lill-ieħor. Barra minn hekk inħoss li qed ituni ħafna opportunitajiet biex inkun nista' nsir aħjar. Bħala San Ġiljan kellkom kampjonat tax-xitwa mill-aqwa fejn tliftu r-rebħ tal-kampjonat bi sbrixx. M'hemmx dubju li dan jawgura ferm tajjeb għall-kampjonat tas-sajf li se jkun qed jibda ftit tal-jiem oħra. Kif qed tħares lejn il-Kampjonat tas-sajf? Hemm min qed iqis li din taf tkun is-sena ta' San Ġiljan wara numru konsiderevoli ta' snin neqsin mill-unuri? Jien flimkien ma' sħabi tal-iskwadra tiegħi qed naħdmu u nistinkaw ħafna biex nirbħu l-kampjonat tas-sajf fil- futur qarib. Il-kampjonat tax-xitwa li għadu kif intemm, inqisuh bħala tagħlima li għandna x'nitgħallmu ħafna minnha. Issa qegħdin inħarsu lejn il-Kampjonat tas-sajf bħala fażi oħra diffiċli iżda mhux impossibli. Dejjem inħarsu pożittiv 'il quddiem. It-tim tagħna huwa kompost minn plejers żgħażagħ, però nħoss li għandna ħafna potenzjal. Tajjeb tkun taf li nofsna għandna età minn 20 'l isfel. Vera li hemm min qed iqis li din taf tkun is-sena ta' San Ġiljan wara numru konsiderevoli ta' snin neqsin mill- unuri. Pożittivament ikolli ngħid li din mhux impossibli li ssir. Nemmen li taf tkun fil-futur qarib hafna għax nemmen fit-tim li nagħmel parti minnu. Bosta segwaċi tal-waterpolo lokali jikkumparaw il-ħiliet tiegħek ma' dawk tal-plejer leġġendarju Jonathan Valletta. Taqbel magħhom u taspira li ssegwi l-passi ta' dan il-plejer li bla dubju huwa wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-waterpolo lokali? Ħafna qaluli dwar dak li jaraw l-istess waqt li pparagunawni mal-leġġendarju Jonathan Valletta li nammira ħafna, u b'hekk inħossni onorat. Hemm ħafna plejers oħra tal-preżent li nammira wkoll. Naħseb u nemmen li plejer li jrid jipprometti fil-ħajja, irid dejjem isegwi plejers oħra ta' kalibru kemm tal-passat kif ukoll tal-preżent. Dejjem issib x'titgħallem minn plejers bħalhom. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli qies li jmur jilgħab barra minn Malta? Jew tħoss li għadek żgħir wisq biex tagħmel dan il-pass rimarkabbli għal issa? Minn dejjem aspirajt li nilgħab b'mod professjonali ma' xi klabb barrani, iżda mhux faċli. Nemmen li jekk iċ-ċans jingħata, l-età ma tagħmilx differenza. Jekk il-klabb jemmen fik u jħoss li tista' tirnexxi, kif ukoll klabb barrani li lest li jirċevik, nemmen li l-pass għandu jittieħed. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-istudju u mat-taħriġ u l-logħob tal-waterpolo? Bħalissa qed nistudja l-MCAST fil-qasam tal-isports, u nħossni ħafna għal qalbi. Mhux faċli li tlaħħaq ma' kollox meta tikkunsidra li trid tilgħab il-logħob tal-U/17 kif ukoll tal-kbar, li jkolli ħafna taħriġ filgħodu kmieni, kif ukoll filgħaxija. Dan jikkonsisti kemm f 'taħriġ mal-grupp tal-età tiegħi, kif ukoll mal-kbar, kemm ta' San Ġiljan kif ukoll ma' Malta. Ġieli kelli madwar 3 anki 4 sigħat taħriġ f 'ġurnata, u dan isir kuljum. Trid tikkunsidra wkoll s-safar kemm ta' training camps, kif ukoll biex nirrapreżenta lil Malta. Trid tlaħħaq mal-istudju u l-assenjamenti. Kultant jaħbtuli flimkien u kultant lanqas jien ma nemmen kif inlaħħaq, imma billi nipprova nqassam sew il-ħin, nipprova nlaħħaq ma' kollox. Ġieli nkun msiefer u nieħu assenjament miegħi u naħdem xi ftit hemm waqt il-ħin liberu li jkolli. Ftit jibqali ħajja privata però kollox nagħmel għal qalbi. Nemmen li jekk vera trid, tirsisti u jirnexxielek. X'tikkummenta fuq ir-riżultati mill- aqwa li kellkom bħala tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena fl-aħħar xhur? Ir-riżultati ta' dawn l-aħħar xhur ilna naħdmu għalihom sentejn, permezz ta' taħriġ kontinwu u ntensiv. Huwa tim magħqud, b'ġenituri li jtuna l-appoġġ. Aħna flimkien mal-kowċis Karl Izzo, Anthony Farrugia u Adrian Cachia, u speċjalment l-ASA, ingħaqadna b'għan wieħed - dak li nġibu l-waterpolo 'il quddiem. It-tim jemmen ħafna fih innifsu u b'hekk kollox jirnexxi. Għandna fiduċja qawwija fina nfusna, konna pożittivi, u dan kollu għamel ir- riżultati li rnexxielna nġibu. Madanakollu kien hemm kritika li l-avversarji li lgħabtu kontrihom f 'dawn it-tournaments ma kinux tal- ogħla livell? Kif tirribatti din il-kritika sa ċertu punt kostruttiva? Fil-kompetizzjoni li kellna biex nikkwalifikaw għal Baku, l-Azerbaijan, inħoss li l-livell kien tal-kalibru tagħna. Kien hemm min kien iktar u min kien ħafna inqas minna fil-livell, però, dan m'għandux itellef il-mertu tat-tim Malti. Kienet kompetizzjoni li riedna nikkwalifikaw għaliha b'saħħa kbira, u li bir-rieda qawwija li kellna rnexxielna negħlbu lill-Ingliżi li bħalna, riedu jirbħu b'saħħa kbira. Kien ta' sodisfazzjon kbir għalina bħala tim għax kienet l-ewwel darba li Malta kisbet riżultat bħal dan. Naħseb ukoll li l-ASA tħossha wkoll kburija li l-waterpolo Malti wasal f 'dan il-livell. It-tim tagħna għandu jkun ta' eżempju għall-plejers futuri. Fil-każ tat- tournament tal-EU 8 Nations, din hija t-tieni sena konsekuttiva għal Malta li rbaħna l-unuri bħala l-aqwa tim, l-aqwa skorer u l-aqwa plejer tat-tournament, filwaqt li din is-sena rbaħna wkoll l-unur tal-aqwa goalkeeper. Dan kollu sar għall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta fil-waterpolo. U dan kollu grazzi għall- ASA li qed jemmnu fil-plejers żgħar. Għal dawn it-tournaments seta' ħa sehem kull pajjiż. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo u dan kif għenek matul il-karriera tiegħek fil- waterpolo sa issa? Ir-relazzjoni tiegħi ma' Karl Izzo hija tajba ħafna. Karl jemmen ħafna fija u jismagħni ħafna. Bħala captain tat- tim, jien u Karl niddiskutu ħafna fuq il-logħob u l-avversarji tagħna. Meta jkolli opinjoni dejjem evalwaha. Minn qabel kien jara li jien nieħu l-affarijiet bis-serjetà u li l-waterpolo huwa ħajti. Kien hu li ressaqni lejn il-klabb ta' San Ġiljan peressli kien il-head coach ta' dak il-klabb dak iż-żmien. Dejjem emmen li iktar ma kien se jtini ċansijiet fil-logħob, iktar kont se nirnexxi u iktar kont se nitgħallem. U tant kemm Karl Izzo jemmen fik li saħansitra dan tak iċ-ċans li tilgħab mat-tim nazzjonali tal-kbar meta għadek ta' età ferm żgħira. Plejers ta' esperjenza kbira fi ħdan l-istess tim nazzjonali kif laqgħuk biex jirnexxielek tintegra f 'dan it-tim nazzjonali? L-opportunitajiet li tani Karl dejjem kienu ta' ġid għalija. Saħansitra tani ċ-ċans li nilgħab mat-tim tal-kbar ta' Malta wkoll u ta' dan nirringrazzjah minn qalbi. Li tilgħab mal-aqwa plejers ta' Malta huwa ta' inċentiv kbir għalija u ta' dan inħossni onorat. Hemm plejers li diġà nilgħab magħhom ma' San Ġiljan u oħrajn li ġieli lgħabt kontrihom, imma li tilgħab f 'tim wieħed għal Malta u li tkun parti minnhom hija esperjenza sabiħa ħafna. Huma laqawni tajjeb ħafna u ġiegħluni nħossni verament parti mit-tim - għalhekk tintegra malajr ħafna. U r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ ta' San Ġiljan, Nicolic? Ir-relazzjoni tiegħi mal-kowċis tal-passat dejjem kienet tajba, kif ukoll mal-kowċ ta' San Ġiljan. Nicolic għandu ħafna esperjenza u huwa kapaci ħafna. Peressli huwa kowċ barrani dejjem jgħin li titgħallem affarijiet ġodda u teknika oħra. Inħossni komdu ħafna miegħu. U dik mal-President ta' San Ġiljan, Daniel Aquilina? Il-President ta' San Ġiljan, Daniel Aquilina, dejjem emmen fija minn mindu ingħaqadt mal-klabb. Kull meta kelli bżonn inkellmu dejjem semagħni u dik tfisser ħafna għalija għax nifhem li jien mhux sempliċi numru fit-tim SPORTSillum Ġojjell u stilla emerġenti Cristian Antony Muscat Ben Plumpton - bla dubju fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo lokali f'dawn l-aħħar snin, u li għalkemm għad għandu biss 17-il sena, huwa pedina importanti kemm ta' San Ġiljan kif ukoll tat-tim nazzjonali tal-waterpolo ta' taħt is-17-il sena. Ċertament, li huwa se jkun wieħed mill-plejers fundamentali tat-tim nazzjonali tal-kbar immexxi minn Karl Izzo, s-snin li ġejjin. "Il-waterpolo huwa ħajti"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015