Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 N intebaħ kemm hija qasira, anke ġurnata fil-politika, meta inkun imsiefer. Il- ġimgħa l-ohra kont imsiefer u fejn kont, kont matqugħ mid-dinja. La kelli mobile u lanqas internet. Sakemm tidra, tħossok in-nawfragat. Wara jumejn tintebaħ kemm konna aħjar meta ma konniex ilsiera tal-kommunikazzjonijiet medjatiċi tal-lum. Iżda wara erbat ijiem, reġgħet stabbiliet lilha innifisha il-linja tat- telekommunikazzjonijiet moderni. Telefonati u messaġġi bdew dieħlin bħax-xita u mill- ġdid stajt naqra il-gazzetti online. F'erbgħat ġie inawgurat il-Parlament il-ġdid, tressaq żewġ il-Ministru Giovanna Debono akkużat b'reati ta' allegatament abbużi waqt li kien impjegat tal-ministru stess, Chris Said bħal sajjetta fil-bnazzi warrab minn Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista, Giovanna Debono ddikjarat li mhux ser tibqa' fil- Grupp Parlamentari u l-kwistjoni tal-kaċċa fir-rebbiegħa bħal donnha raqdet. Kollox f 'erbgħat ijiem. F'erbgħat ijiem biss theżżet il-pjattaforma tal-Partit Nazzjonalista biex issa reġgħet infetħet kontestazzjoni ġdida fi ħdan dan il-partit għall- kariga ta' Segretarju Ġenerali li m'għandi ebda dubbju ser iġġib magħha xi naqra tal-attrit. Veru huwa l-każ li fil-politika kollox jiċċaqlaq mil-lum għall-għada u meta ma tkunx qiegħed tistenniha. Il-parir li dejjem nagħti lil dawk li jkunu qegħdin jaqtgħu qalbhom hu li jistennew għaliex meta propju jiddeċiedu li jiefqu wara l-kantuniera jista' jkun hemm opportunità li mhumiex jaraw. Nibda bil-każ ta' Tony Debono. Dan il-każ bidel ir-regoli tal-logħba tal-politika ta' taħt fuq. Minn issa 'il quddiem ħadd ma jista' jippretendi li jekk jagħmel xi ħaġa ħażina xi ħadd ser jgħattilu. B'dan il-każ spiċċa iż-żmien li kollox jgħaddi u kulħadd jippretendi li xi ħadd jgħattilu. Fost l-ewwel liġi li daħlet taħt Gvern Laburista kien hemm dik li neħħiet il-preskrizzjoni għal dawk li fil-politika jabbużaw. Tista' tkun qiegħed fuq is-sodda tal- mewt għaliex jekk tkun abbużajt xorta tkun għadek passibbli għall- proċeduri serji, anke jekk ikunu seħħew snin twal qabel. It-tieni liġi hija dik tal- Whistleblower. Kull min għandu fdat funzjoni pubblika jrid iżomm quddiem għajnejh li ma jistax ikompli jaħseb li jekk jabbuża, ħadd mhu ser jikxfu, għaliex ħadd mhu sejjer jitfa' il-ġebla fuq saqajh. Din il-liġi hija propju maħsuba biex min jikxef saqajh, jibqgħu sħaħ. Tant jibqgħu sħaħ, li bihom jieħu l-pedana tax-xhieda biex jixhed mingħajr biża' li ser jinkrimina ruħu. Inxtegħlet il-bozza ħamra mhux biss għal dawk li kien hemm il-bieraħ, iżda wkoll għal dawk li hemm illum. Iċ-ċaqlieq li ġabet magħha l-istorja ta' Tony Debono kellhom ukoll tifsira. L-ewwel waħda hi, li il-grupp Parlamentari Nazzjonalista, b'Gonzi jew b'Busuttil qisu ma jistax jiġi f 'tiegħu. Għalkemm għal raġunijiet differenti, għal darb'oħra kellu jkun depuatat parlamentari li jiddikjara li mhux ser jibqa' jagħmel parti minn dan il-grupp. Ma naħsibx li Giovanna ser tkun l-aħħar waħda li tagħmel dan f 'din il-legiżlatura. Ħareġ ukoll kemm Simon Busuttil jimxi b'id differenti għaliex jiddependi ma' min ikun qiegħed jittratta. Għal xi wħud kienet bħal sajjetta fil-bnazzi li Chris Said warrab minn Segretarju Ġenerali. Għalkemm qal li ser iwarrab biex ikun jista' jikkonċentra fuq id-distrett u għaliex xogħlu f 'dik il-kariga kien għamlu, jiena nemmen mod ieħor. Għalija kien ovvju li wara d-disfatta katekliżmatika f 'Għawdex, il- balla kienet ser taqa' fuqu. Bih u mingħajru fuq Għawdex, sakemm l-Għawdxin ma jibdlux fehmithom għal raġunijiet oħra, mhix ser tagħmel ebda differenza elettorali għall-PN. Xi tridu jagħmel biex iġib il-voti? Iġib ruħu bħal Giovanna? Apparti dan sal-lum għandna ma nafux f 'liema stat finanzjarju jinsab fih il-PN. Il-kontijiet ta' dan il-partit qatt ma nsiru nafu bihom, u li kieku jinsabu tajbin, zġur li kienu joħorgu bl-aħbar. L-informazzjoni li għandi jiena hi, li il-finanzi ta' dan il-Partit ma jinsabux tant tajjeb. Jista' jkun ukoll li kienet okkażjoni għal Chris Said li jaqbeż minn fuq il-karru, li fejn jidħlu flus għadu għan- niżla mingħajr brejkijiet. Ma jridx ikun hu li jkollu jwieġeb għall-ħerba li ħallew dawk ta' qablu. Il-ftuħ tal-Parlament kien ukoll sinjifikattiv - li l-affarijiet qed jinbidlu. Iżda qatt ma rajt sitwazzjoni fejn jinbidlu għall- agħar u mhux għall-aħjar. Fil-fehma tiegħi dan il-Parlament ma jagħmel ebda gieħ lil din l-istituzzjoni tant importanti. Meta rajt ir-ritratt bil- Membri Parlamentari bilqegħda qishom tfal tan-nuna fi speci ta' latrina kbira, tħassarthom. Apparti li huwa klawstrofobiku, lanqas jirrispetta li t-tradizzjoni politika tagħna li hija mibnija fuq is- sistema Anglosassona. Jista' jkun li tirrifletti dik kontinentali, fejn l-koalizzjonijiet huma regolari, iżda żgur mhux dik bi-partitarja. Fl-aħħarnett jidher li l-kwistjoni tal-kaċċa fir-rebbiegħa bħal donnha raqdet. Iżda kien hemm punt wieħed li urtani. Ingħatat importanza prima paġina f 'ħafna gazzetti li wieħed tressaq il-Qorti u weħel multa u ħabs għaliex qatel tajra protetta. Hekk sewwa u xieraq. Ir-ritratti ta' dan il-kaċċatur kienu litteralment imxerrda kullimkien u juruh bħallikieku kien wieħed li għadu jgħix fl-għerien. Iżda fl-istess ġurnata li beda jkun riportat dan il-każ, kien hemm każ ieħor li għall-media ma kellux tant importanza biex ikun riportat bl-istess importanza tal-kaċċatur li mar sentejn ħabs. Dan kien il-każ ta' raġel li allegatment ħaqar lit- tifel awtistiku tas-sieħba li jgħix magħha. Każ li sirna nafu bih b'kumbinazzjoni meta intebħu l-iskola bil-grieħi li kellu dan it-tifel. Minn informazzjoni li għandi, jekk ma tridx dan ir-ragel tressaq il-qorti mhux b'arrest iżda biċ-ċitazzjoni, daqslikieku kienet kawża bejn żewġ ġirien. Jekk ma tridx mhux biss ir-ritratt tiegħu ma rajniex, iżda saħansitra ismu ma jistax jidher fil- gazzetta. Għandi nifhem li filwaqt li dak il-kaċċatur, jekk m'apellax, qiegħed Kordin, dan ir-ragel bħalissa qiegħed ħieles jiġri barra. Dan juri kemm aħna nafu nkunu sproporzjonati. Għasfur, li bla riżervi ngħid li għandu jkun protett, jikseb aktar importanza minn tifel awtistiku maħqur li ma jidhirx li għandu l-protezzjoni daqs għasfur protett! Aktar minn hekk, il-parti l-kbira tal-gazzetti aktar kien moħħhom f 'kaċċatur li xebħuh ma' bniedem tal-għerien, milli f 'dak it-tifel li huwa vittma innoċenti u li ħadd ma kien ikun jaf bih li ma kienx għall-fatt li sirna nafu b'kumbinazzjoni. Emmuni m'għadniex naf x'inhi d-definizzjoni ta' prijorità – tal- inqas minn aspett ġurnalistiku! F'erbgħat ijiem biss TONI ABELA Meta rajt ir- ritratti bil-Membri Parlamentari bilqegħda qishom tfal tan-nuna fi speċi ta' latrina kbira tħassarthom AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT "Għal xi wħud kienet bħal sajjetta fil-bnazzi li Chris Said warrab minn Segretarju Ġenerali"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015