Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 13 Ir-Reġina u l-Partit Nazzjonalista ALEX SALIBA GĦADNI niftakar qisu l-bieraħ nisma' l-eks mexxejja Nazzjonalisti Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi jitkellmu fuq Għawdex u l-Għawdxin b'ton paternalistiku daqslikieku din il-gżira kienet taħt id- dominju assolut tal-Partit Nazzjonalista. Dominju li ħafna drabi kienu jitkellmu fuqu daqs li kieku kien ingħata lilhom b' wirt bi dritt. Dak li ġara lill-Partit Nazzjonalista fil-gżira Għawdxija għandu jservi għalina lkoll li aħna involuti fil-politika bħala lezzjoni sagrosanta, dik li ma nieħdu qatt lil ħadd b'ovvju. L-ebda territorju, belt jew raħal f 'pajjiżna ma jistgħu jibqgħu jiġu kkunsidrati qatt bħala territorju assolut tal-ebda partit politiku. Illum il-fiduċja tan-nies trid taħdem sabiex iġġibha, tindukraha b'ħeġġa u onestà sabiex tkattara u tistinka sabiex iżżommha. Ir-reġina titlef ix-xettru Għalkemm konna ilna nisimgħu ġranet sħaħ bl- intriċċi u l-allegat indħil tar-raġel tal-eks ministru Nazzjonalista Giovanna Debono, ftit minna kienet qatt tgħaddilhom minn rashom li xi darba l-hekk imsejħa reġina fil-Gżira Għawdxija qatt tista' titlef ix-xettru tagħha. Kien il-ġurnal Maltatoday li permezz tal-ġurnalizmu investigattiv tiegħu tefa' dawl fuq dan il-każ li kexkex lill- bosta Maltin u Għawdxin ta' rieda tajba li raw iswed fuq l-abjad permezz ta' numru ta' emails ix-xibka li biha l-Partit Nazzjonalista kien jassigura li jaqdi lin-nies ta' ġewwa meta kien għadu jiggverna. Xibka ta' xogħol għall-kisba tal-voti, hekk ġiet deskritta din l-attività minn wieħed mill-kuntratturi li kien tqabbad sabiex jagħmel dan ix-xogħol lejliet l-elezzjoni ġenerali li għaddiet imbgħad wara baqa b' xiber imnieħer għaliex flusu baqgħhu qatt ma ngħatawlu. "Konkos fi djar privati, tħammil lill-persuna fl-Għarb biex inbnew żewġ sulari ta' garaxxijiet, triq fejn taret karma tan-nar, carparks u garaxxijiet privati u toroq privati bla ammont"; dawn kienu biss parti mix-xogħlijiet li ġew elenkati f 'email li Joe Cauchi, kuntrattur privat wettaq u li informa bihom b'email lis-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Chris Said. Ħafna jistaqsu jekk dawn ix-xogħlijiet humiex biss "the tip of the iceberg", ħafna jistaqsu wkoll kif jista' jkun li dan kollu baqa' għaddej mingħajr mal-eks Ministru Nazzjonalista ma ntebħet b'xejn, ħafna mistoqsijiet li issa nistennew tweġiba għalihom waqt il-proċeduri legali li ser jibda jaffaċja fil-jiem li ġejjin Anthony Debono, żewġ l-eks Ministru Nazzjonalista. Riżenja sfurzata? M'hemmx kliem oħra għajr "riżenja sfurzata" dik li biha niddeskerivi r-riżenja ta' Giovanna Debono mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Riżenja li wara l-ammont ta' emails li ġew ippublikati fuq dan il-każ żġur li kellha tkun waħda totali fejn Debono mhux biss tirreżenja mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista iżda wkoll mill- Parlament. Riżenja finta u sfurzata li żġur kompliet titfa' f 'pożizzjoni aktar esposta u dgħajfa lill- Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li ma rnexxilux jibgħat messaġġ b'saħħtu kontra dan l-allegat aġir tal-eks Ministru tiegħu. Però żġur li t-ton ta' dispjaċir li uża l-Kap tal-Oppożizzjoni waqt il-konferenza stampa li matulha ħabbar li Debono mhux ser tkun qed tkompli tifforma parti mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kompla jesponi d-dgħjufija u l-biża' mil-klikka l-antika li għada tiddomina l-Partit Nazzjonalista. Kap ta' partit li jibża' jieħu azzjoni iebsa sabiex jaqta' linja mill-passat ta' Gvern Nazzjonalista li dejjaq u urta lil bosta. Kap ta' Partit li mhux talli jdum biex jiddeċiedi, iżda meta jiddeċiedi jibqa' jieħu deċiżjonijiet żbaljati għaliex jibża' jirfes il-kallijiet! Chris is-Salvatur? Għal dawn il-problemi kollha li qed jaffaċja l-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kellu biss soluzzjoni waħda, dik li jara kif fi kliemu ser jerġa' jagħmel minn Għawdex fortizza tal-Partit Nazzjonalista. Fortizza li jrid jerġa jirbaħa mill-ġdid billi jibgħat lill-uniku kavallier Għawdxi li fadallu fil-Grupp Parlamentari tiegħu sabiex jakkwistaha mill-ġdid. Qalilna li ħa deċiżjoni iebsa li jikkonvinċi lil Chris Said sabiex ma jibqax jokkupa l-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u minflok jintefa' b'ruħu u b'ġismu sabiex jerġa' jmur ifittex in-nagħaġ il-mitlufa. Attitudni li hija riflessjoni ċara ta' kemm l-unika ambizzjoni li għandu Busuttil hija dik li jirbaħ il-voti qabel ma jpogġi l-kuxjenza f 'postha mal-eluf ta' Maltin u Għawdxin li għadhom maħsuda kif flusna spiċċaw jitberbqu minn uffiċjali tal-gvern sabiex jiġu aġevolati dawk tal-qalba u jibqgħu jintrebħu l-voti. Dan kollu jkompli jqajjem aktar u aktar mistoqisjiet hekk kif Chris Said huwa wieħed mill-protagonisti ewlenin f 'din il-kobba mħabbla hekk kif din l-informazzjoni kollha dwar dawn il-pjaċiri minn fuq dhar il-poplu kien ilu jaf bihom kważi sena ilu. Kien fis-7 ta' Ġunju tal- 2014 li Chris Said wieġeb b'dawn il-kliem għat-talba ta' kumpens għal xogħol li għamillu wieħed minn dawn il-kuntratturi li baqa qatt ma thallas "Ejja ħa niltaqgħu ħalli naraw x'pass imiss. Se ngħinek kull kif nista'." Dan kien l-istess Chris Said li qabel ġew ippubblikati dawn l-emails kien qalilna li ma kellu l-ebda informazzjoni dwar dan il-każ u li wara li ġew ippublikati qalilna li kien nesa li qara u wieġeb għal din l-email. B'din il-promozzjoni ried jikkumpensa lil Chris Said il-Kap tal-Oppożizzjoni, kumpens li ninsab ċert li żġur mhux ser jinżel tajjeb ma' sħabna l-Għawdxin! Għawdex u l-Partit Laburista Żgur li matul dawn l-aħħar tlett elezzjonijiet, l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, l-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew u kif wkoll l-elezzjonijiet lokali li għadhom kemm għaddew, rajna lill-Għawdxin jibgħatu messaġġ wieħed wara l-ieħor ta' fiduċja fil-Partit Laburista. Messaġġ li ħareġ bl-aktar mod ċar matul dawn l-aħħar round ta' elezzjonijiet lokali fejn il-Partit Laburista rnexxielu jżomm maġġoranza fil-lokalità tax-Xagħra u tal-Qala, u rnexxielna wkoll nirbħu għall-ewwel darba l-lokalità tal-Munxar. Ma rnexxilniex nirbħu għal ftit voti biss il-lokalità tan-Nadur imma żidna l-ammont ta' voti b' mod ġenerali u kostanti f ' kull lokalità tal-gżira Għawdxija. Dan huwa messaġġ ċar li l-poplu Għawdxi qed jibgħat lill-Partit Nazzjonalista, messaġġ li issa l-Għawdxin iddejqu mill-politika monarkika tar-reġina li tiddomina biss hi u l-klikka privileġġjata tagħha. Poplu Għawdxi li qed jagħti vot ta' fiduċja wieħed wara l-ieħor lil dan il-Gvern li qed jinvesti b'mod dirett f 'Għawdex u l-Għawdxin. Gvern li ġab lejn il-Gżira Għawdxija l-akbar investiment dirett barrani li qatt resaq f 'Għawdex permezz tal-iskola medika ta' Barts u kif ukoll ir-rinnovar tal-isptar ġenerali t'Għawdex. Titkellem ma' min titkellem f 'Għawdex tħoss tama għal futur pożittiv u poplu li diġa qed iħoss l-effett pożittiv tal-miżuri li qed jieħu gvern Laburista favur din il-gżira. L-għan ewlieni u waħdani ta' dan il-gvern huwa dak li l-Għawdxin ma jkomplux jiġu trattati bħala ċittadini tat-tieni klassi li jieklu biss mil-loqom u l-frak li jifdal mill-investiment li jsir f 'Malta. Għawdex għalina mhux biss għandu jħaddem lill-Għawdxin iżda wkoll jibda joffri opportunitajiet ta' xogħol għall-Maltin. Alex Saliba hu l-President tal- Forum Żgħażagħ Laburisti Giovanna Debono mal-eks PM Malti Lawrence Gonzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015