Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 35 18 20 74 40 62 43 22 NEW British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Valletta BROWN'S Pharmacy, 706, Triq il- Kbira San Ġużepp, Ħamrun BROWN'S Pharmacy, 278, Triq il- Vitorja, Qormi PHARMAPLUS, Triq Ganu, Birkirkara REGIONAL Pharmacy, Triq E.H. Furse, Msida BALLUTA Pharmacy, 30, Triq il-Kbi- ra, San Ġiljan DRUG Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Sliema MISRAĦ Kola Pharmacy, Triq il- Pitkali, Attard SGĦAJTAR Pharmacy, Triq Sgħajtar, Mosta QAWRA Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, Qawra SONREN Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien KALKARA Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Kalkara HOMPESCH Pharmacy, 207/211, Triq Hompesch, Fgura POMPEI Pharmacy, 28, Xatt is- Sajjieda, Marsaxlokk MQABBA Central Pharmacy, 9, Triq Santa Katerina, Mqabba DE Rohan Pharmacy, 24, Triq Sant'Antnin, Żebbuġ IDEAL Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat TAĊĊAWLA Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria GOZO Chemists, Mġarr Road, Xewkija L-OGĦLA: 25˚Ċ L-INQAS: 17˚ Ċ TEMP: Sabiħ u b'ħafna sħab għoli għal xi ħinijiet VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 5 għal 6 loka- lment forza 6 għal 7 BAĦAR: Qawwi, lokalment moderat għal qawwi għall-ewwel IMBATT: Ftit li xejn li jsir baxx mill- Punent L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 17 Ċ TEMP: Sabiħ b'ħafna sħab għoli billejl VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Tramuntana għall-Grigal forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir mill-Punent għall-Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir moderat IMBATT: Baxx għal moderat mill-Punent għall-Majjistral li jsir baxx, u jsir imħawwad mal-lejl Tellieqa biex jieħdu post Chris Said Ikompli minn paġna 1 Wara r-riżenja tal-eks Ministru Giovanna Debono mill-Partit Nazzjonaista u mill-Grupp Parlamentari tal-PN waslet ukoll ir-riżenja Chris Said minn Segretarju Ġenerali, bir-raġuni tkun li jrid jiffoka fuq Għawdex, minkejja li l-istess Said kien diġà Shadow Minister t'Ghawdex mit-8 ta' Jannar li għadda, wara l-aħħar shadow cabinet reshuffle li għamel Simon Busuttil. Intant mal-aħbar tar- riżenja ta' Chris Said, David Agius beda ħidma intensiva biex jipprova jinfilza kemm jista' "nies tiegħu" sabiex jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-eżekuttiv. Sorsi mdaħħla sew fil- Partit Nazzjonalista li tkellmu mal-ILLUM qalu li quddiem dan kollu, Simon Busuttil sejjaħ għal David Agius u widdbu biex ma jagħmilx dan il-logħob. David Agius kien diġà pprova jikkontesta għall- kariga ta' segretarju ġenerali f 'Mejju 2013 wara t-telfa rekord tal-Partit Nazzjonalista. Dakinhar ukoll, Agius kien tkellem ma' Simon Busuttil u wara l-laqgħa ta' bejniethom spiċċa lanqas biss kien tefa' n-nomina tieghu. Qed jingħad li l-favorit ta' Simon Busuttil hu l-eks kollega tiegħu fil-Parlament Ewropew David Casa. Casa qed jippunta għal din il-kariga wara li għamel aktar minn żewġ leġiżlaturi bħala Membru Parlamentari Ewropew u għalhekk għandu l-pensjoni tiegħu assigurata. It-taqtiegħa għall-post ta' segretarju ġenerali qed tkompli tikkawża firdiet fil- PN, li għadhom ma ssolvewx wara r-riżultat tal-aħħar elezzjoni. Fl-istess ħin hemm pressjoni min-nies ta' Lawrence Gonzi li jridu li l-Membru Parlamentari Robert Cutajar jintgħażel għal Segretarju Ġenerali. Il-Vatikan qed jikkunsidra b'interess din il- proposta – Il-Kardinal Antonio Maria Vegliò ILKARDINAL Antonio Maria Vegliò li hu wkoll il-Ministru għall- Immigrazzjoni tal-Vatikan, ikkonferma mar-rivista Taljana "L'Espresso" li din il-proposta qed tkun ikkunsidrata b'interess u b'serjetà filwaqt li kkonferma li tista' ssir. "Il-Vatikan qed jikkunsidra b'interess il-possibilità ta' din il-proposta iżda biex din ssir realtà għad hemm punti x'jiġu studjati. Minkejja kollox però, l-għan tagħna u tal-Knisja huwa li nħarsu l-ħajja umana, li nipproteġuha u li naraw li d-dinjità ta' kull bniedem dejjem tinżamm fiċ-ċentru ta' kollox." Intant f 'Lampedusa l-avukatessa Paola Della Rosa, li tgħix fuq l-istess gżira, qed tippromomwovi u ssostni l-idea tal-Vatikan. Della Rosa spjegat kif individwu li jrid ifittex l-ażil m'hemmx għalfejn imur fil-pajjż innifsu. "Tista' tidħol fl-ambaxxata tal-pajjiż li trid tmur fih, liema ambaxxata tkun fil-pajjiż li tkun tgħix fih, jew inkella pajjiż viċin tiegħu u titlob l-ażil." L-Avukatessa qalet li din il-proċedura diġà hija ħaġa li qed issir. "Il-liġi tippermettihilek tagħmel dan imma jidher li hemm volonta politika mill-istati tad-dinja kollha li ma jdaħħlux din il- proċedura fis-seħħ." Paola Della Rosa qalet li t-talba tagħha, flimkien ma' dawk li ressqu din il- petizzjoni hi li jitolbu lill-Papa Franġisku biex bħala Kap ta' Stat, jieħu azzjoni simbolika. "M'aħniex nistennew li jsolvi l-problema waħdu, imma rridu li l-Vatikan jagħmel din l-azzjoni simbolika biex juri lill-istati l-oħra kif ukoll lill- pubbliku li xi ħaġa tista' ssir." Dun Alex Zanotelli min- naħa tiegħu jfiehem kif fl- opinjoni tiegħu l-vantaġġ tal- Istat tal-Vatikan jinstab fil-fatt li ma ffirmax il-konvenzjoni ta' Dublin, li iżda ffirma l-konvenzjoni ta' Ġinevra. Wara li t-traġedja fil- Mediterran tax-xahar li għadda qajmet għagħa sħiħ mal-Ewropa kollha, hekk kif madwar 800 persuna tilfu ħajjithom wara li d-dgħajsa li kienu fuqha għerqet, ir-rispons tal-UE kienet li l-ewwel u qabel kollox il-ġlieda trid tkun kontra t-traffikanti tal-immigranti – b'mod partikolari bit-tifrik tal- bastimenti li dawn qed jużaw biex idaħħlu l-immigranti fl-Ewropa. "Jgħidu li rridu niġġieldu lit-traffikanti, u dan hu l-mod ta' kif niġġildulhom – billi nneħħulhom il-ħobż. Il-Papa Franġisku tkellem ħafna dwar din il-kwistjoni, u l-Knisja trid tkun stimolu biex ikun hemm ċaqlieq fis-sitwazzjoni." temm jgħid Zanotelli. David Agius David Casa Robert Cutajar Il-Kardinal Vegliò flimkien mal-Papa Franġisku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015