Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 9 Bonnici Soler fil-Qorti qal kif bdew jinstabu l-flus u l-istess għamel l-Ispettur Robert Magri li kien sab il-machine gun. Dan tal-aħħar qal ukoll kif u fejn kienu nstabu xi ħwejjeġ li l-akkużati kienu libsin waqt is-serqa. Dan ix-xhud kompla jgħid li l-akkużat Salvu Fenech offra li jurih fejn kien ħeba xi flus taħt iċ-ċangatura. L-Ispettur Magri semma' wkoll li meta nterroga lil Manwel Cardona, dan għall-ewwel ċaħad li kellu x'jaqsam fis-serqa, imma wara ammetta kollox. Cardona kien qagħad ħdejn il- bieb tal-Barclays Bank u kif it- trakk telaq bil-flus hu mar javża lil dawk li kienu qed jistennewh il-Blata l-Bajda. L-istess spettur kien interroga lil Ġeraldu Cassar. Fil-Qorti ntqal li Cassar kien stqarr li dakinhar tas-serqa kien mar għall-karozza ta' ċertu Pinu u li wara mar flimkien mal-oħrajn u qagħdu jistennew it-trakk ġej. Cassar kompla jistqarr li meta l-karozza tagħhom kienet qed tinsaq wara t-trakk kien hemm karozzi oħrajn warajhom u Cardona qallu biex jibqgħu sejrin, imma meta ġew maġenb it-trakk Ġanni Buttigieg ipponta r-revolver lejn is-sewwieq tat-trakk u waqqfu. Cassar qal li kien baqa' fil- karozza u kien wara li qallu Cardona, li niżel mill-karozza u tela' fit-trakk. Minn hemm kellhom imorru lejn tal- Ħandaq, imma biddlu r-rotta u marru lejn Tal-Ħlas, f 'Ħaż- Żebbuġ. Skont Cassar, il-flus tħallew taħt siġra tat-tina wara r-razzett ta' Salvu Fenech u Ġanni Buttigieg tħalla għassa mal-flus sakemm huma marru jeħilsu mit-trakk. Meta xi 20 minuta wara marru lura fir- razzett lil Buttigieg ma sabuhx hemm. Aktar xhieda L-Ispettur Magri kompla jgħid li Cassar kien qallu li peress li kien twil kien hu li newwel il-laned bil-flus lill-oħrajn li tpoġġew fuq raff fir-razzett u li wara li ħbew il-flus kollha, Cardona qalilhom li kulħadd kellu jmur għal riħu u li ħadd ma kien jaf lil ħadd. Ix-xhud qal li fl-istqarrija li għamel Cassar ammetta li kien ħa sitt xelini, (madwar €0.70) minn dawk il-flus kollha, u li dawn kien tagħhomlu Fenech mill- but tiegħu, wara li Cassar talab xi ħaġa tal-flus għax ma kellu xejn. Xhud ieħor kien iż- żagħżugħ Salvu Camilleri. Huwa qal li dakinhar tat-22 ta' April kien għaddej bir- rota min-naħa tar-razzett ta' Fenech u fit-triq ta' maġenb ir-razzett ra wieqaf trakk u erba' min-nies iwaddbu xi affarijiet minnu u jpoġġuhom taħt siġra tat-tin. Ix-xhud qal li f 'dak il-ħin kien rah l-akkużat Fenech u dan għamillu sinjal b'idu biex ma jersaqx 'l hemm, imma wara li telaq kulħadd kienet missitu l-kurżità u mar jara x'kien hemm. Huwa qal li taħt it-tina kien hemm boroż u laned kollha bil-flus li minnhom ħa landa u mar ħbieha fl-għalqa tiegħu. Hu kompla jixhed li aktar tard reġa' mar fil-post u ħa tliet boroż oħrajn li ħbiehom fl-istess għalqa ta' Fenech, u meta aktar tard mar biex jaħbihom fl-għalqa tiegħu kien rah Fenech minn fuq il-bejt u dan qallu biex imur jitfagħhom fil-bir. Camilleri stqarr li dawn il-boroż kien ħbiehom taħt il-furrajna, li hija tip ta' ħaxixa, u m'għamilx kif qallu Fenech. Camilleri rrakkonta li l-Pulizija kienet ħaditu l-Kwartieri Ġenerali u kien qalilhom kollox. Gabillott ieħor, Salvu Farrugia, li kellu għalqa ħdejn dik tal-akkużat Fenech, xehed li kien sab 181 tmintaxirbiegħi (munita li kienet tiswa' madwar €0.30), u xi muniti oħrajn u ħadhom id-dar. Imma meta l-Pulizija interrogatu hu mill-ewwel irritornahom. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mid-Deputat Avukat Ġenerali Dr J. Reynaud, filwaqt li Cassar, Fenech, Cardona, u Cachia kellhom bħala difiża lill- Avukati E. Magri, Vincent Scerri, Maurice Caruana Curran u Albert Ganado, rispettivament. Jissokta l-ġimgħa d-dieħla bir-raba' parti Fil-ħarġa tal-ġimgħa d-dieħla l-komplu bir- raba' parti li fiha naraw kif kulħadd kien qed jistenna li jixhed wieħed mill-akkużati li ngħata l-proklama. Iż-żagħżugħ Salvu Camilleri li sab xi flus moħbijin taħt siġra Il-gabillott Salvu Farrugia 'l-Mans' li fl-għalqa tiegħu kien sab numru ta' muniti l-Imħallef William Harding Ritratti: ARKIVJI GWU

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015